Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0046

    Kawża T-46/12: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Frar 2012 — Chrysamed Vertrieb vs UASI — Chrysal International (Chrysamed)

    ĠU C 98, 31.3.2012, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/25


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2012 — Chrysamed Vertrieb vs UASI — Chrysal International (Chrysamed)

    (Kawża T-46/12)

    2012/C 98/41

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Chrysamed Vertrieb GmbH (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Schneider, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chrysal International BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Novembru 2011, fil-Każ R 46/2011-1 u tiċħad l-oppożizzjoni magħmula kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni;

    tikkkundanna lill-UASI u, skont il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Chrysamed” għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 387 071)

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Chrysal International BV

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “CHRYSAL”, reġistrazzjoni internazzjonali Nru 645 377 għal prodotti fil-klassijiet 1, 5 u 31 u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 144 634 għal prodotti fil-klassi 1, kif ukoll it-trade mark figurattiva “CHRYSAL”, reġistrazzjoni internazzjonali Nru 877 785 għal prodotti fil-klassijiet 1, 3, 5 u 31

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, fin-nuqqas ta’ kull probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni


    Top