EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0022

Kawża T-22/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Jannar 2012 — Fomanu vs UASI (Qualität hat Zukunft)

ĠU C 80, 17.3.2012, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/22


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2012 — Fomanu vs UASI (Qualität hat Zukunft)

(Kawża T-22/12)

2012/C 80/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fomanu AG (Neustadt an der Waldnaab, il-Ġermanja) (rappreżentanti T. Raible, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Ottubru 2011 fil-Każ R 1518/2011-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-appell u ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Qualität hat Zukunft”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 40

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv.


Top