Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0125

Kawża T-125/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku tax-xandir — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Għajnuna implementata mill-awtoritajiet Daniżi favur ix-xandar Daniż ta’ servizz pubbliku TV2/Danmark — Finanzjament pubbliku mogħti sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż inerenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku — Kompatibbiltà ta’ għajnuna — Sentenza Altmark”)

ĠU C 389, 23.11.2015, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Għajnuna implementata mill-awtoritajiet Daniżi favur ix-xandar Daniż ta’ servizz pubbliku TV2/Danmark - Finanzjament pubbliku mogħti sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż inerenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku - Kompatibbiltà ta’ għajnuna - Sentenza Altmark”))

(2015/C 389/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Viasat Broadcasting UK (West Drayton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Stromsky, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti, sussegwentement V. Pasternak Jørgensen, assistita minn K. Lundgaard Hansen, avukat, u finalment C. Thorning, aġent, assistit minn K. Lundgaard Hansen u R. Holgaard, avukati); u TV2/Danmark A/S (Odense, id-Danimarka) (représentant: O. Koktvedgaard, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark (ĠU L 340, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors, sa fejn huwa ntiż għal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark, sa fejn il-Kummissjoni qieset li d-dħul mir-reklamar għall-1995 u 1996 mogħti lil TV2/Danmark permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Viasat Broadcasting UK Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

5)

TV2/Danmark A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 138, 12.5.2012.


Top