This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0179
Case C-179/12 P: Appeal brought on 16 April 2012 by The Dow Chemical Company against the judgment of the General Court (Seventh Chamber) delivered on 2 February 2012 in Case T-77/08: The Dow Chemical Company v European Commission
Kawża C-179/12 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta’ April 2012 minn The Dow Chemical Company mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit- 2 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-77/08: The Dow Chemical Company vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-179/12 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta’ April 2012 minn The Dow Chemical Company mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit- 2 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-77/08: The Dow Chemical Company vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 184, 23.6.2012, pp. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 184/5 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2012 minn The Dow Chemical Company mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-2 ta’ Frar 2012 fil-Kawża T-77/08: The Dow Chemical Company vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-179/12 P)
2012/C 184/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: The Dow Chemical Company (rappreżentanti: D. Schroeder u R. Polley, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-77/08 sa fejn tiċħad it-talba tagħha sabiex tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 fil-Każ COMP/38629 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2974 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2008, sa fejn tirrigwarda l-appellanti; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 fil-Każ COMP/38629 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2974 finali tat-23 ta’ Ġunju 2008 sa fejn tirrigwarda l-appellanti; |
|
— |
b’mod alternattiv, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-77/08 sa fejn din twarrab it-talba tagħha li tnaqqas b’mod sostanziali l-multa imposta fuqha; |
|
— |
tnaqqas b’mod sostanziali l-multa imposta fuqha; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż sostnuti minn Dow Chemical Company fir-rigward ta’ din il-kwistjoni; u |
|
— |
tieħu kull miżura oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra xieraq. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell fih żewġ aggravji. Skont l-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi inkwantu għall-imputazzjoni tal-ksur lill-appellanti. Billi l-appellanti ma eżerċitatx influwenza deċiżiva fuq DuPont Dow Elastomers (iktar ’il quddiem “DDE”), impriża konġunta ma’ EI du Pont de Nemours and Company, hija ma pparteċipatx fil-ksur li twettaq minn DDE. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat b’mod żbaljat il-kunċetti relatati ta’ entità ekonomika waħda, ta’ impriża waħda u tal-eżerċizzju ta’ influenza deċiżiva. Skont it-tieni aggravju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi inkwantu għaż-żieda tal-multa tal-appellanti b’10 % bħala deterrent. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ trattament ugwali f’dan ir-rigward.