This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0053
Case C-53/12: Reference for a preliminary ruling from the Giudice di Pace di Revere (Italy) lodged on 2 February 2012 — Criminal proceedings against Hai Feng Sun
Kawża C-53/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (l-Italja) fit- 2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Hai Feng Sun
Kawża C-53/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (l-Italja) fit- 2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Hai Feng Sun
ĠU C 98, 31.3.2012, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (l-Italja) fit-2 ta’ Frar 2012 — Proċeduri kriminali kontra Hai Feng Sun
(Kawża C-53/12)
2012/C 98/34
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Giudice di Pace di Revere
Parti fil-kawża prinċipali
Hai Feng Sun
Domandi preliminari
(1) |
Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 4, 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2008/115/CE (1) jipprekludu l-possibbiltà li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fi Stat Membru jiġi ssanzjonat b’multa sostitwibbli bid-detenzjoni fid-dar bħala piena kriminali, biss minħabba l-fatt tad-dħul u tas-soġġorn illegali tiegħu, anki qabel kwalunkwe nuqqas min-naħa tiegħu li jaderixxi għal ordni ta’ tneħħija mogħti mill-awtorità amministrattiva? |
(2) |
Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE jipprekludu l-possibbiltà li, wara l-adozzjoni tad-Direttiva, Stat Membru jkun jista’ jadotta regoli li jipprovdu li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fl-istess Stat Membru jiġi ssanzjonat b’multa sostitwibbli bit-tneħħija immedjata bħala piena kriminali, mingħajr l-osservanza tal-proċedura u tad-drittijiet taċ-ċittadin barrani previsti fid-Direttiva? |
(3) |
Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE jipprekludi regoli nazzjonali adottati matul il-perijodu previst għat-traspożizzjoni ta’ direttiva sabiex tiġi evitata jew, fi kwalunkwe każ, illimitata l-applikazzjoni tad-direttiva, u x’miżuri għandha l-qorti tieħu fil-każ li jirriżulta tali għan? |
(1) ĠU L 348, p. 98.