Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0314

    Kawża T-314/11: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Ġunju 2011 — Fortress Participations vs UASI — Fortress Investment Group and Fortress Investment Group (UK) (FORTRESS)

    ĠU C 238, 13.8.2011, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 238/32


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Fortress Participations vs UASI — Fortress Investment Group and Fortress Investment Group (UK) (FORTRESS)

    (Kawża T-314/11)

    2011/C 238/55

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Fortress Participations BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti:: M.L.J. van de Braak, avukat, B. Ladas, solicitor, u S. Malynicz, barrister)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Fortress Investment Group LLC (New York, l-Istati Uniti) u Fortress Investment Group (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ April 2011, fil-Każ R 354/2009-2; u

    tordna lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra fil-kawża jħallsu l-ispejjeż tagħhom tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju u l-Qorti Ġenerali u jħallsu dawk tar-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva “FORTRESS”, bil-kuluri aħmar, iswed u abjad, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3398451

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Il-partijiet li qed jitolbu d-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażaw it-talba tagħhom fuq raġunijiet relattivi ta’ invalidità skont l-Artikoliu53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009. Din kienet ukoll ibbażata fuq it-trade marks tar-Renju Unit mhux irreġistrati, “Fortress”, u “FORTRESS INVESTMENTS”, u “FORTRESS INVESTMENT GROUP”, użati fil-kors tal-kummerċ.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ma analizzax korrettament il-kwistjoni ta’ avvjament taħt id-dritt tar-Renju Unit dwar l-abbuż tad-denominazzjoni (passing off) u naqas milli jevalwa korrettament ir-riskju ta’ preżentazzjoni żbaljata u d-dannu li jista’ jirriżulta.


    Top