This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0610
Case C-610/11 P: Appeal brought on 29 November 2011 by Centrotherm Systemtechnik GmbH against the judgment of the General Court (Sixth Chamber) delivered on 15 September 2011 in Case T-434/09 Centrotherm Systemtechnik v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs)
Kawża C-610/11 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta’ Novembru 2011 minn Centrotherm Systemtechnik GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal- 15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-434/09 — Centrotherm Systemtechnik GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Kawża C-610/11 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta’ Novembru 2011 minn Centrotherm Systemtechnik GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal- 15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-434/09 — Centrotherm Systemtechnik GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
ĠU C 80, 17.3.2012, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/7 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 minn Centrotherm Systemtechnik GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-434/09 — Centrotherm Systemtechnik GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-610/11 P)
2012/C 80/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Centrotherm Systemtechnik GmbH (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha,
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża T-434/09, |
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Awwissu 2009 fil-Każ R 6/2008-4, sa fejn din tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ revoka tat-trade mark Komunitarja Nru 1 301 019 CENTROTHERM, |
— |
tikkunndanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u lil centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell ġie ppreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li ċaħdet ir-rikors tal-appellanti ppreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Awwissu 2009 dwar proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ revoka bejn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG u Centrotherm Systemtechnik GmbH.
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin:
(1) |
Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), sa fejn din ma tiħux inkunsiderazzjoni l-valur probatorju tad-dikjarazzjoni ġuramentata tar-rappreżentanti tal-appellanti, imressqa quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni. B’mod kuntrarju għall-pożizzjoni tal-Bord tal-Appell u tal-Qorti Ġenerali, din id-dikjarazzjoni ġuramentata hija, anki skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, prova ammissibili fis-sens tal-Artikolu 78(1)(f) tal-istess regolament. |
(2) |
Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009. B’mod kuntrarju għall-interpretazzjoni mogħtija fl-istanzi preċedenti, il-prinċipju ta’ eżami ex officio huwa applikabbli kemm fuq il-bażi tal-kliem ċar tal-istess Artikolu 76(1) u kif ukoll fuq il-bażi tas-sistema stabbilita minn dan ir-regolament, b’mod partikolari fl-Artikolu 51(1)(a) tiegħu, fir-rigward tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ revoka. |
(3) |
Id-dokumenti ppreżentati mill-appellanti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell ma setgħux jiġu miċħuda bħala tardivi. Dan jirriżulta, minn naħa, mis-sistema stabbilita mir-Regolament Nru 207/2009, b’mod partikolari, meta jsir paragun bejn ir-regoli dwar l-użu applikabbli għall-proċedimenti ta’ revoka u dawk dwar il-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-kanċellazzjoni għal raġunijiet assoluti ta’ rifjut u, min-naħa l-oħra, mill-prinċipji ġenerali tal-oneru tal-prova. F’dan l-ambitu, huwa neċessarju li tingħata interpretazzjoni teleoloġika tar-Regola 40(5) tar-Regolament Nru 2868/95 (2). |
(4) |
Kemm-il darba l-Qorti tal-Ġustizzja tirrifjuta li tagħti interpretazzjoni teleoloġika tar-Regola 40(5) tar-Regolament Nru 2868/95, din tkun inapplikabbli peress li tmur kontra r-regoli u s-sistema taħt ir-Regolament Nru 207/2009 u tikser il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189)