This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0105
Case C-105/11 P: Appeal brought on 2 March 2011 by Kingdom of the Netherlands against the judgment of the General Court (First Chamber, extended composition) delivered on 16 December 2010 in Joined Cases T-231/06 and T-237/06 Kingdom of the Netherlands (T-231/06) and Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (T-237/06) v European Commission
Kawża C-105/11 P: Appell ippreżentat fit- 2 ta’ Marzu 2011 mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kontra s-sentenza mogħtija fis- 16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fil-Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (T-231/06) u Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (T-237/06) vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-105/11 P: Appell ippreżentat fit- 2 ta’ Marzu 2011 mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kontra s-sentenza mogħtija fis- 16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fil-Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (T-231/06) u Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (T-237/06) vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 238, 13.8.2011, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 238/3 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kontra s-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fil-Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (T-231/06) u Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (T-237/06) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-105/11 P)
2011/C 238/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellant: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels u M. Noort, aġenti)
Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea, Stichting Nederlandse Publieke Omroep, li qabel kienet Nederlandse Omroep Stichting (NOS)
Talbiet tal-appellant
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06; |
— |
tiddeċiedi hija stess dwar din il-kawża billi tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/136/KE (1), tat-22 ta’ Ġunju 2006, sa fejn fiha din ikkonstatat li ammont ta’ EUR 42 457 miljun għandu jiġi kklassifikat bħala għajnuna ġdida u għandu jiġi rkuprat bħala parti minn somma totali ta’ EUR 76 327 miljun (flimkien mal-interessi); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Bl-aggravju tiegħu, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni peress li din adottat interpretazzjoni mhux eżatta tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 107(1) TFUE, 108(1) u (3) TFUE u 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2) u peress li l-Qorti Ġenerali ma mmotivatx, jew ma mmotivatx biżżejjed, l-evalwazzjonijiet tagħha.
L-aggravju jikkonsisti fil-partijiet segwenti:
(1) |
sabiex tiddeċiedi li t-trasferiment jikkostitwixxi għajnuna ġdida, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-fatt li l-Artikolu 109a tal-liġi dwar il-medja ġie introdott fiha wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat; |
(2) |
sabiex tiddeċiedi li t-trasferiment jikkostitwixxi għajnuna ġdida, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-kriterju li din l-għajnuna tirrispondi għal “bżonnijiet preċiżi” (tax-xandar pubbliku); |
(3) |
sabiex tiddeċiedi li t-trasferiment jikkostitwixxi għajnuna ġdida, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-kunsiderazzjoni li x-xandar pubbliku b’hekk ibbenefika minn kumpens żejjed (kumplimentari). L-ammont ta’ eventwali kumpens żejjed ma huwiex determinanti sabiex tingħata risposta għall-kwistjoni dwar jekk it-trasferiment jikkostitwixxix għajnuna ġdida. F’kull każ, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma ġietx immotivata biżżejjed; |
(4) |
il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li, sabiex tirrispondi għall-kwistjoni jekk it-trasferiment jikkostitwix għajnuna ġdida, is-sors tat-trasferiment huwa irrilevanti. B’hekk, il-Qorti Ġenerali tinjora d-distinzjoni bejn għajnuna ġdida u eżistenti. F’kull każ, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma ġietx immotivata biżżejjed; |
(5) |
il-Qorti Ġenerali ddeċidiet mingħajr motivazzjoni suffiċjenti li ma huwiex ammissibbli li r-riżervi ttrasferiti jipprovjenu mill-finanzjament annwali tax-xandir pubbliku u għalhekk minn għajnuna eżistenti; |
(6) |
il-Qorti Ġenerali ddeċidiet mingħajr motivazzjoni suffiċjenti li l-mezzi ttrasferiti jipprovjenu minn finanzjamenti ad hoc u konsegwentement jikkostitwixxu għajnuna ġdida; |
(7) |
anki kieku l-motivi tal-Qorti Ġenerali kkritikati iktar ’il fuq għandhom jinqraw flimkien, ma jistgħux jiġġustifikaw il-konklużjoni li t-trasferiment jikkostitwixxi għajnuna ġdida. |
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2006 dwar il-finanzjament ad hoc tax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż — Għajnuna tal-Istat C 2/2004 (ex NN 170/2003) (ĠU L 49, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339)