Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0287

    Kawża C-287/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 4 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Aalberts Industries NV, Comap SA, li qabel kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG (Appell — Akkordji — Suq Ewropew — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Multi — Ksur uniku, kumpless u kontinwu — Waqfien tal-ksur — Tkomplija tal-ksur minn uħud mill-parteċipanti — Reċidiva)

    ĠU C 245, 24.8.2013, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 245/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Aalberts Industries NV, Comap SA, li qabel kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG

    (Kawża C-287/11 P) (1)

    (Appell - Akkordji - Suq Ewropew - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Multi - Ksur uniku, kumpless u kontinwu - Waqfien tal-ksur - Tkomplija tal-ksur minn uħud mill-parteċipanti - Reċidiva)

    2013/C 245/02

    Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, V. Bottka u R. Sauer, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Aalberts Industries NV, Comap SA, li qabel kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG (rappreżentant: R. Wesseling, advocaat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Aalberts Industries et vs Il-Kummissjoni (T-385/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP7F 1/38.121 — Attrezzaturi), dwar akkordju li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet u tal-ammonti ta’ skonti u ta’ roħs, fuq l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet, fuq it-tqassim tal-klijenti u fuq l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali, fis-suq Ewropew tal-attrezzaturi tar-ram, b’mod partikolari tal-liga tar-ram, kif ukoll, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell prinċipali huwa miċħud.

    (2)

    Ma hemmx lok li jiġi eżaminat l-appell inċidentali.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


    Top