Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0134

    Kawża C-134/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Jürgen Blödel-Pawlik vs HanseMerkur Reiseversicherung AG (Direttiva 90/314/KEE — Vjaġġi kollox kompriż (package travel), vaganzi kollox kompriż u tours kollox kompriż — Artikolu 7 — Protezzjoni kontra r-riskju ta’ insolvenza jew ta’ falliment tal-organizzatur tal-pakkett — Kamp ta’ applikazzjoni — Insolvenza tal-organizzatur minħabba użu frawdolenti ta’ fondi ddepożitati mill-konsumatur)

    ĠU C 98, 31.3.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Jürgen Blödel-Pawlik vs HanseMerkur Reiseversicherung AG

    (Kawża C-134/11) (1)

    (Direttiva 90/314/KEE - Vjaġġi kollox kompriż (package travel), vaganzi kollox kompriż u tours kollox kompriż - Artikolu 7 - Protezzjoni kontra r-riskju ta’ insolvenza jew ta’ falliment tal-organizzatur tal-pakkett - Kamp ta’ applikazzjoni - Insolvenza tal-organizzatur minħabba użu frawdolenti ta’ fondi ddepożitati mill-konsumatur)

    2012/C 98/13

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Jürgen Blödel-Pawlik

    Konvenuta: HanseMerkur Reiseversicherung AG

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132) — Protezzjoni kontra r-riskju ta’ insolvenza jew ta’ falliment tal-organizzatur — Insolvenza tal-organizzatur minħabba użu frawdolenti ta’ fondi ddepożitati mill-konsumaturi — Applikabbiltà tad-Direttiva 90/314/KEE

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu sitwazzjoni li fiha l-insolvenza tal-organizzatur tal-vjaġġ tkun dovuta għall-imġiba frawdolenti tiegħu.


    (1)  ĠU C 179, 18.6.2011


    Top