This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0590
Case T-590/10: Action brought on 27 December 2010 — Thesing and Bloomberg Finance v ECB
Kawża T-590/10: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Diċembru 2010 — Thesing u Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
Kawża T-590/10: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Diċembru 2010 — Thesing u Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
ĠU C 72, 5.3.2011, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/20 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2010 — Thesing u Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża T-590/10)
2011/C 72/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gabi Thesing u Bloomberg Finance LP (Londra, ir-Renju Unit), (rappreżentanti: M.H. Stephens u R.C. Lands, solicitors)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, ikkomunikata permezz ta’ ittri tas-17 ta’ Settembru u tal-21 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-aċċess għad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti; |
— |
tordna lill-Bank Ċentrali Ewropew jagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dawn id-dokumenti, skont id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/3) (1), u |
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti qed jitolbu, bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, ikkomunikata permezz ta’ ittri tas-17 ta’ Settembru u tal-21 ta’ Ottubru 2010, li permezz tagħha l-Bank Ċentrali Ewropew ċaħad it-talba tagħhom għal aċċess għad-dokumenti li ġejjin bis-saħħa tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/3):
(i) |
nota intitolata The impact on government deficit and debt from off-market swaps. The Greek case (SEC/GovC/X/10/88a); |
(ii) |
nota oħra, intitolata The Titlos transaction and possible existence of similar transactions impacting on the euro area government debt or deficit levels (SEC/GovC/X/10/88b). |
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.
L-ewwel nett, huma jsostnu illi l-Bank Ċentrali Ewropew interpreta ħażin u/jew applika b’mod żbaljat l-Artikolu 4(1)(a) tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004 (ECB/2004/3), li jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ dritt ta’ aċċess mogħti mill-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, inkwantu:
(i) |
il-Bank Ċentrali Ewropew ma interpretax l-Artikolu 4(1)(a) bħala li jirrikjedi li jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi ta’ interess pubbliku favur l-iżvelar; |
(ii) |
il-Bank Ċentrali Ewropew ma tax biżżejjed attenzjoni jew ma tax l-attenzjoni adegwata għall-fatturi ta’ interess pubbliku favur l-iżvelar tad-dokumenti mitluba; |
(iii) |
il-Bank Ċentrali Ewropew ta importanza żejda u/jew identifika b’mod żbaljat l-interess pubbliku meta mqabbel mal-iżvelar tad-dokumenti mitluba. |
Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu illi l-Bank Ċentrali Ewropew interpreta ħażin u/jew applika b’mod żbaljat l-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004 (ECB/2004/3), li jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ dritt ta’ aċċess mogħti mill-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, inkwantu:
(i) |
il-Bank Ċentrali Ewropew messu interpreta l-kunċett ta’ interess pubbliku “superjuri” bħala interess pubbliku suffiċjenti sabiex jirbaħ fuq kwalunkwe interess pubbliku sabiex tinżamm l-eċċezzjoni; |
(ii) |
il-Bank Ċentrali Ewropew messu kkonkluda li kien hemm interess pubbliku superjuri, f’dan is-sens, favur l-iżvelar tal-informazzjoni mitluba. |
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu illi l-Bank Ċentrali Ewropew interpreta ħażin u/jew applika b’mod żbaljat l-Artikolu 4(3) tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004 (ECB/2004/3), li jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ dritt ta’ aċċess mogħti mill-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, inkwantu:
(i) |
il-Bank Ċentrali Ewropew messu interpreta l-kunċett ta’ interess pubbliku “superjuri” bħala interess pubbliku suffiċjenti sabiex jirbaħ fuq kwalunkwe interess pubbliku sabiex tinżamm l-eċċezzjoni; |
(ii) |
il-Bank Ċentrali Ewropew messu kkonkluda li kien hemm interess pubbliku superjuri, f’dan is-sens, favur l-iżvelar tal-informazzjoni mitluba; |
(iii) |
il-Bank Ċentrali Ewropew ta importanza żejda u/jew identifika b’mod żbaljat l-interess pubbliku meta mqabbel mal-iżvelar tad-dokumenti mitluba. |
(1) Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/3) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 5, p. 51)