Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0519

    Kawża T-519/10: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Novembru 2010 — Seikoh Giken vs UASI — Seiko (SG SEIKOH GIKEN)

    ĠU C 13, 15.1.2011, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 13/32


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2010 — Seikoh Giken vs UASI — Seiko (SG SEIKOH GIKEN)

    (Kawża T-519/10)

    ()

    2011/C 13/61

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kabushiki Kaisha Seikoh Giken (Matsudo-shi, il-Ġappun) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seiko Kabushiki Kaisha (Chuo-ku, Il-Ġappun)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Awwissu 2010 fil-Każ R 1553/2009-1;

    tiċħad fl-intier tagħha l-oppożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark għal prodotti fil-klassi 25;

    tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti;

    tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti, jekk issir intervenjenti

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Seikoh Giken

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “SG SEIKOH” għal prodotti fil-klassijiet 3, 7 u 0 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 908461

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2390953 tat-trade mark figurattiva “SEIKO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: L-applikant jikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tikser d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, minħabba interpretazzjoni inkorretta u li tista’ tiżvija u infurzar mhux xieraq tal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament u tal-ġurisprudenza applikabbli.


    Top