This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0112
Case F-112/10: Action brought on 2 November 2010 — Trentea v FRA
Kawża F-112/10: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Novembru 2010 — Trentea vs FRA
Kawża F-112/10: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Novembru 2010 — Trentea vs FRA
ĠU C 13, 15.1.2011, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/43 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2010 — Trentea vs FRA
(Kawża F-112/10)
()
2011/C 13/88
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cornelia Trentea (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Suġġett
L-ewwel nett, annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, illi tiċħad il-kandidatura tal-appellanti għall-pożizzjoni ta’ assistent amministrattiv fl-oqsma tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u tal-finanzi, u kif ukoll id-deċiżjoni illi taħtar lil kandidat ieħor. It-tieni nett, kumpens għal danni materjali u morali.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lit-Tribunal:
— |
jannulla d-Deċiżjoni tal-Awtorità Responsabbli għall-Konklużjoni tal-Kuntratti tal-Impjieg, tal-5 ta’ Ġunju 2010, illi tiċħad il-kandidatura tal-appellanti għall-pożizzjoni (ref. TAADMIN-AST4-2009) u d-deċiżjoni illi taħtar lil kandidat ieħor; |
— |
jekk ikun neċessarju, jannulla d-Deċiżjoni tat-22 ta’ Lulju 2010 illi tiċħad l-ilment tal-appellanti, u d-deċizjoni tas-27 ta’ Settembru 2010 illi ticħad it-talba tal-appellanti għal reviżjoni u tkomplija tal-ilment. |
— |
jordna illi l-konvenuta tikkumpensa lill-appellanti tad-dannu materjali illi jikkorrispondi għad-differenza bejn is-salarju kurrenti tagħha u s-salarju ta’ AST4, sal-età tal-irtirar, inklużi l-allowances u indennizzi kollha u l-kumpens għad-drittijiet tal-pensjoni; |
— |
jordna illi l-konvenuta tikkumpensa lill-appellanti tad-dannu morali stmat ex aequo et bono għal EUR 10 000; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |