This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0100
Case F-100/10: Action brought on 8 October 2010 — AM v Parliament
Kawża F-100/10: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Ottubru 2010 — AM vs Il-Parlament
Kawża F-100/10: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Ottubru 2010 — AM vs Il-Parlament
ĠU C 55, 19.2.2011, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/37 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — AM vs Il-Parlament
(Kawża F-100/10)
2011/C 55/68
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AM (Málaga, Spanja) (rappreżentanti: L. Lévi u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tikkunsidra bħala aċċident fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tal-iSKAM, l-istroke li kellu r-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-12 ta’ Novembru 2009 li tirrifjuta li tikkunsidra bħala aċċident fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tal-Iskema Konġunta tal-Assigurazzjoni għall-mard tal-Komunitajiet Ewropej, l-istroke li kellu r-rikorrent u, jekk ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment; |
— |
konsegwentement, tiddeċiedi li ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-applikazzjoni mressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal minn kummissjoni medika ġdida; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, iffissati ex aequo et bono għal EUR 50 000 għad-dannu morali subit minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, iffissati b’mod provviżorju għal EUR 25 000 għad-dannu materjali subit minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-interessi moratorji fuq il-kapital dovut abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal b’rata ta’ 12 % fuq perijodu li beda jiddekorri l-iktar tard fil-15 ta’ Marzu 2007 sal-ħlas komplet tal-kapital; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |