EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0518

Kawża C-518/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit- 2 ta’ Novembru 2010 — Yeda Research and Development Company Ltd, Aventis Holdings Inc vs Comptroller-General of Patents

ĠU C 13, 15.1.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-2 ta’ Novembru 2010 — Yeda Research and Development Company Ltd, Aventis Holdings Inc vs Comptroller-General of Patents

(Kawża C-518/10)

()

2011/C 13/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Yeda Research and Development Company Ltd, Aventis Holdings Inc

Konvenut: Comptroller-General of Patents

Domanda preliminari

Jekk il-kriterji biex jiġi deċiż jekk prodott huwiex “protett minn privattiva bażika fis-seħħ” taħt l-Artikolu 3(a) tar-Regolament (1) jinkludu jew jikkonsistu f’evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk il-provvista tal-prodott tivvjolax il-privattiva bażika, il-fatt li l-vjolazzjoni seħħ permezz ta’ vjolazzjoni indiretta jew kontributorja bbażata fuq l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni Komunitarja dwar il-Privattivi, ippromulgat bħala l-Artikolu 60(2) tal-Patents Act 1977 fir-Renju Unit, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-liġiijiet tal-Istati Membri l-oħra tal-Komunità jagħmel xi differenza għall-analiżi?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali

ĠU L 152, p. 1


Top