Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0348

    Kawża C-348/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (ir-Repubblika tal-Latvja) fid- 9 ta’ Lulju 2010 — SIA Norma-A u SIA Dekom vs Ludzas novada dome

    ĠU C 246, 11.9.2010, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 246/32


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (ir-Repubblika tal-Latvja) fid-9 ta’ Lulju 2010 — SIA Norma-A u SIA Dekom vs Ludzas novada dome

    (Kawża C-348/10)

    ()

    2010/C 246/54

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (ir-Repubblika tal-Latvja).

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SIA Norma-A u SIA Dekom.

    Konvenut: Ludzas novada dome.

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE (1) għandu jkun interpretat fis-sens li kuntratt li permezz tiegħu persuna kontraenti tingħata d-dritt li topera servizzi ta’ transport pubbliku permezz tal-karozzi tal-linja għandu jitqies bħala konċessjoni ta’ servizz pubbliku meta l-korrispettiv ikun jikkonsisti, parzjalment, fid-dritt li jkunu operati s-servizzi inkwistjoni, li l-awtorità kontraenti għandha tikkumpensa lill-persuna li tipprovdi s-servizzi għat-telf li jirriżulta mill-operat u li, minbarra dan, ir-regoli ta’ dritt pubbliku li jirregolaw il-provvista ta’ dawn is-servizzi jillimitaw ir-riskju ta’ operat ta’ dan is-servizz?

    2)

    F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 2d(1)(b) tad-Direttiva 92/13/KEE, emendata bid-Direttiva 2007/66/KE (2), huwa direttament applikabbli fir-Repubblika tal-Latvja sa mill-21 ta’ Diċembru 2009?

    3)

    F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, l-Artikolu 2d(1)(b) tad-Direttiva 92/13/KEE, għandu jkun interpretat fis-sens li japplika għal kuntratti mogħtija qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/66/KE?


    (1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19)

    (2)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31)


    Top