This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0270
Case C-270/10: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 28 July 2011 (reference for a preliminary ruling from the Korkein hallinto-oikeus — Finland) — proceedings brought by Lotta Gistö (Protocol on the Privileges and Immunities of the European Communities — Article 14, first paragraph — Determination of the domicile for tax purposes of the spouse of a European Union official — National legislation under which a person who has lived abroad for three years is no longer regarded as resident in the country and thus no longer subject to general tax liability)
Kawża C-270/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 28 ta' Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — proċedura mibdija minn Lotta Gistö (Protokoll dwar il-Privilieġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 — Iffissar tar-residenza fiskali tal-konjuġi ta’ uffiċjal tal-Unjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi regola li skontha l-persuna kkonċernata li rresidiet għal tliet snin barra mill-pajjiż ma hijiex iktar kkunsidrata bħala residenti fil-pajjiż u għaldaqstant ma hijiex iktar suġġetta għat-taxxa sħiħa)
Kawża C-270/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 28 ta' Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — proċedura mibdija minn Lotta Gistö (Protokoll dwar il-Privilieġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 — Iffissar tar-residenza fiskali tal-konjuġi ta’ uffiċjal tal-Unjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi regola li skontha l-persuna kkonċernata li rresidiet għal tliet snin barra mill-pajjiż ma hijiex iktar kkunsidrata bħala residenti fil-pajjiż u għaldaqstant ma hijiex iktar suġġetta għat-taxxa sħiħa)
ĠU C 298, 8.10.2011, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta' Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Korkein hallinto-oikeus — Il-Finlandja) — proċedura mibdija minn Lotta Gistö
(Kawża C-270/10) (1)
(Protokoll dwar il-Privilieġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 - Iffissar tar-residenza fiskali tal-konjuġi ta’ uffiċjal tal-Unjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi regola li skontha l-persuna kkonċernata li rresidiet għal tliet snin barra mill-pajjiż ma hijiex iktar kkunsidrata bħala residenti fil-pajjiż u għaldaqstant ma hijiex iktar suġġetta għat-taxxa sħiħa)
2011/C 298/13
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lotta Gistö
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14 (li sar l-Artikolu 13) tal-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej — Iffissar tar-residenza fiskali tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-konjuġi tagħhom li ma jeżerċitawx attività professjonali bi qligħ fl-Istat Membru ta’ oriġini — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi għaċ-ċittadini regola li tipprovdi li, wara l-istadenza ta’ tliet snin mit-tmiem tas-sena li matulha ċ-ċittadin ħalla l-pajjiż, iċ-ċittadin ma jitqies iktar bħala ċittadin fil-pajjjiż u għaldaqstant mhux suġġett iktar għall-obbligu fiskali illimitat għal dak li jikkonċerna d-dħul tiegħu
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, li inizjalment kien anness mat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u sussegwentement, bis-saħħa tat-Trattat ta’ Amsterdam, mat-Trattat KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konjuġi ta’ persuna li, għar-raġuni biss li din tal-aħħar daħlet fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxi r-residenza tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru għajr l-Istat Membru tar-residenza fiskali li huwa kellu fil-mument tad-dħul tal-imsemmija persuna fis-servizz tal-Unjoni huwa kkunsidrat bħala li jkun żamm ir-residenza fiskali tiegħu f’dan l-aħħar Stat Membru jekk huwa stess ma jeżerċitax attività professjonali separata.