Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0215

    Kawża C-215/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat- 28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) Pacific World Limited, FDD International Limited vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs ( Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Settijiet ta’ dwiefer foloz tal-plastik iffurmat — Validità tar-Regolament (KE) Nru 1417/2007 — Oġġetti oħrajn tal-plastik (intestatura 3926 ) — Preparazzjonijiet għall-manikjur u għall-pedikjur (intestatura 3304 ) — Strumenti u settijiet ta’ strumenti ta’ manikjur jew ta’ pedikjur (intestatura 8214 ) )

    ĠU C 298, 8.10.2011, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) Pacific World Limited, FDD International Limited vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

    (Kawża C-215/10) (1)

    (Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Settijiet ta’ dwiefer foloz tal-plastik iffurmat - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1417/2007 - Oġġetti oħrajn tal-plastik (intestatura 3926) - Preparazzjonijiet għall-manikjur u għall-pedikjur (intestatura 3304) - Strumenti u settijiet ta’ strumenti ta’ manikjur jew ta’ pedikjur (intestatura 8214))

    2011/C 298/12

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    First-tier Tribunal (Tax Chamber)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Pacific World Limited, FDD International Limited

    Konvenut: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda — Validità fir-rigward tal-klassifikazzjoni tad-dwiefer foloz tal-plastik ifformat taħt l-intestatura 3926 90 97 (Oġġetti oħrajn tal-plastik)

    Dispożittiv

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1417/2007, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Magħquda, huwa validu inkwantu jikklassifika d-dwiefer foloz u, għaldaqstant, is-settijiet ta’ dwiefer foloz deskritti fl-Anness, fis-subintestatura 3926 90 97 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006.


    (1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


    Top