EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0133

Kawża C-133/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/81/KE — Trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi — Impriża suġġetta għall-obbligu li żżomm kontijiet separati — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 298, 8.10.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-133/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/81/KE - Trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi - Impriża suġġetta għall-obbligu li żżomm kontijiet separati - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2011/C 298/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u K. Walkerová, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/81/KE, tat-28 ta’ Novembru 2005, li temenda d-Direttiva 80/723/KEE dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi (ĠU L 312, p. 47)

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/81/KE, tat-28 ta’ Novembru 2005, li temenda d-Direttiva 80/723/KEE dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjari bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


Top