Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0285

    Kawża T-285/09: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Lulju 2009 — CEVA vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 220, 12.9.2009, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/40


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2009 — CEVA vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-285/09)

    2009/C 220/85

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Centre d’Étude et de Valorisation des Algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avocat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrent

    minn naħa, tikkonstata n-nuqqas ta’ motivazzjoni tat-titoli eżekuttivi konsekuttivi għall-erbgħa noti ta’ debitu Nru 3230901933, Nru 3230901935, Nru 323090136 u Nru 3230901937 tal-11 ta’ Mejju 2009 tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Mejju 2009;

    min-naħa l-oħra, tikkonstata r-riskju tal-arrikkiment indebitu tal-Kummissjoni fil-każ ta’ rimbors mis-CEVA tas-somma ta’ EUR 173 435 flimkien mal-imgħaxijiet minħabba ħlas tardiv;

    konsegwentement, tannulla t-titoli eżekuttivi konsekuttivi għall-erbgħa noti ta’ debitu Nru 3230901933, Nru 3230901935, Nru 323090136 u Nru 3230901937 tal-11 ta’ Mejju 2009;

    fl-aħħar nett, tikkonstata n-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Kummissjoni, tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-kuntratt Nru Q5RS-2000-31334 imsejjaħ SEAPURA;

    b’mod partikolari n-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 22(5)(3) tal-Anness II, tal-Artikolu 3.5 tal-Anness II tal-kuntratt Nru Q5RS-2000-31334;

    konsegwentement, tannulla t-titoli eżekuttivi konsekuttivi għall-erbgħa noti ta’ debitu Nru 3230901933, Nru 3230901935, Nru 323090136 u Nru 3230901937 tal-11 ta’ Mejju 2009.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz tar-rikors preżenti, ir-rikorrent jitlob l-annullament tat-titoli eżekuttivi li permezz tagħhom il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tal-intier tal-ħlasijiet bil-quddiem li saru lir-rikorrent fil-kuntest tal-kuntratt SEAPURA Nru Q5RS-2000-31334 dwar proġett ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku.

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi bbażati:

    fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti, inkwantu l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-allegat ksur tal-obbligi kuntrattwali min-naħa tar-rikorrenti mingħajr ma esponiet ir-raġunijiet ta’ dritt u ta’ fatt insostenn ta’ din l-allegazzjoni;

    fuq ksur tal-prinċipju tan-nonarrikkiment indebitu, peress li r-rimbors tal-intier tas-somma mitluba mill-Kummissjoni għandu bħala konsegwenza l-arrikkiment indebitu tagħha, inkwantu hija jkollha għad-dispożizzjoni tagħha xogħlijiet u studji mwettqa mir-rikorrent mingħajr ma tkun ħallset għalihom;

    fuq in-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-Kummissjoni, tas-setgħa ta’ stħarriġ tagħha matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.


    Top