This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0101
Case T-101/09: Action brought on 1 September 2010 — Maftah v Commission
Kawża T-101/09: Rikors ippreżentat fil- 1 ta’ Settembru 2010 — Maftah vs Il-Kummissjoni
Kawża T-101/09: Rikors ippreżentat fil- 1 ta’ Settembru 2010 — Maftah vs Il-Kummissjoni
ĠU C 13, 15.1.2011, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/26 |
Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Settembru 2010 — Maftah vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-101/09)
()
2011/C 13/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Elmabruk Maftah (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Grieves, Barrister, u A. McMurdie, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla r-Regolament (KE) Nru 1330/2008 (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent; |
— |
tordna lill-konvenuta sabiex immedjatament tħassar l-isem tar-rikorrent mill-anness tal-imsemmi regolament; u |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni u/jew lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas, minbarra tal-ispejjeż tagħhom, tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent, kif ukoll ta’ kull somom imħallsa mill-kaxxier tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala għajnuna legali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jitlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, sa fejn l-isem tar-rikorrent tniżżel fil-lista ta’ persuni u entitajiet li kontrihom ġew stabbiliti ċerti miżuri restrittivi.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jippreżenta l-motivi li ġejjin:
|
L-ewwel nett, il-Kummissjoni fl-ebda mument ma stħarrġet indipendentement il-bażi li fuqha r-rikorrent tniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (2), u lanqas ma tablet xi raġunijiet jew provi għal din l-inklużjoni. |
|
Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi xi raġuni kwalsiasi lir-rikorrent, u wara naqset milli tipprovdi raġunijiet adegwati għall-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, bi ksur tad-dritt tiegħu għal rimedju ġudizzjarju effettiv, tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt għal proprjetà taħt il- Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
|
Fl-aħħar nett, il-fatt li isem ir-rikorrenti ikompli jinżamm fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa irraġonevoli sa fejn: (i) la kien hemm u lanqas ma hemm raġunijiet li jistgħu jissodisfaw il-kriterji rilevanti għall-inklużjoni fl-imsemmi anness; (ii) skont il-Gvern tar-Renju Unit ir-rikorrent ma għadux jissodisfa l-kriterji rilevanti; u (iii) qorti Ingliża specializzata ddeċidiet li l-Grupp Ġellied Islamiku Libjan ma ngħaqqadx man-network ta’ Al-Qaida u/jew li kull persona assoċjata mal-Grupp Ġellied Islamiku Libjan ma għandhiex ideoloġija globali u vjolenti tal-Jihad tat-tip Al-Qaida. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta’ Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 345, p. 60).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294).