Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0009

    Kawża F-9/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Ottubru 2010 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni ( Servizz pubbliku — Kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi — Att li jikkawża preġudizzju — Esklużjoni tal-kandidati wara r-riżultati miksuba fit-testijiet ta’ aċċess — Inkompetenza tal-EPSO )

    ĠU C 13, 15.1.2011, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 13/37


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-9/09) (1)

    (Servizz pubbliku - Kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi - Att li jikkawża preġudizzju - Esklużjoni tal-kandidati wara r-riżultati miksuba fit-testijiet ta’ aċċess - Inkompetenza tal-EPSO)

    2011/C 13/71

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 u tad-deċiżjonijiet dwar il-korrezzjoni tat-testijiet ta’ preselezzjoni u tal-eżamijiet bil-miktub u dwar l-evalwazzjoni ta’ u l-għoti ta’ marki għall-eżamijiet orali.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li ma jinkludix lil I. Vicente Carbajosa, fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08, u lil N. Lehtinen u M. Menchén, fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08, fil-lista tal-kandidati mistiedna sabiex jippreżentaw applikazzjoni kompleta huma annullati.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 82, 4.4.2009, p. 37.


    Top