Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0524

    Kawża C-524/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Paris (Franza) fit- 12 ta’ Novembru 2009 — Ville de Lyon vs Caisse des dépôts et consignations

    ĠU C 37, 13.2.2010, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/29


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Paris (Franza) fit-12 ta’ Novembru 2009 — Ville de Lyon vs Caisse des dépôts et consignations

    (Kawża C-524/09)

    2010/C 37/36

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal administratif de Paris

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ville de Lyon

    Konvenuta: Caisse des dépôts et consignations.

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-komunikazzjoni jew rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 12 tal-Anness XVI tar-Regolament (KE) Nru 2216/2004, tal-21 ta’ Diċembru 2004 (1), hija ta’ kompetenza biss tal-Amministratur Ċentrali jew ukoll tal-Amministratur tar-Reġistru Nazzjonali?

    (2)

    Fil-każ li l-Amministratur tar-Reġistru Nazzjonali jkun kompetenti, din l-informazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala “tagħrif dwar l-emissjonijiet fl-ambjent” fit-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tat-28 ta’ Jannar 2003 (2) li għalih “il-kunfidenzjalità tat-tagħrif kummerċjali jew industrijali” ma tistax tiġi kkontestata jew il-komunikazzjoni tiegħu huwa rregolat minn regoli speċifiċi ta’ kunfidenzjalità?

    (3)

    Fil-każijiet fejn japplikaw regoli speċifiċi ta’ kunfidenzjalità, din l-informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata qabel l-iskadenza ta’ terminu ta’ ħames snin jew dan it-terminu jikkonċerna biss il-perijodu ta’ ħames snin ta’ allokazzjoni ta’ kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE tat-13 ta’ Ottubru 2003 (3)?

    (4)

    Fil-każ li dan it-terminu ta’ ħames snin ikun japplika, l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2216/2004 tal-21 ta’ Diċembru 2004 jippermetti deroga minn dan it-terminu u r-rifjut mill-possibbiltà ta’ deroga jista’ jiġi kkontestat, abbażi ta’ dan l-Artikolu, lil awtorità lokali li trid il-komunikazzjoni tal-informazzjoni sabiex tinnegozja konvenzjoni ta’ delega ta’ servizz pubbliku ta’ tisħin urban?


    (1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2216/2004, tal- 21 ta’ Diċembru 2004, għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319M, p. 1)

    (2)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitlu 15, Vol. 7, p. 375)

    (3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitlu 15, Vol. 7, p. 631).


    Top