Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0495

    Kawża C-495/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit- 2 ta’ Diċembru 2009 — Nokia Corporation vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs

    ĠU C 37, 13.2.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-2 ta’ Diċembru 2009 — Nokia Corporation vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs

    (Kawża C-495/09)

    2010/C 37/26

    Lingwa tal-preżentata tal-kawża: L-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division).

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Nokia Corporation.

    Konvenuta: Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs.

    Domanda preliminari

    Tista’ merkanzija mhux tal-Komunità li jkollha trade mark Komunitarja u li hija suġġetta għal sorveljanza doganali fi Stat Membru, u li tkun fi tranżitu minn Stat Membru terz għal Stat Membru terz ieħor tikkostitwixxi “merkanzija falza” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament 1383/2003 KE (1), jekk ma jkunx hemm evidenza li tindika li din il-merkanzija ser titqiegħed fis-suq fil-Komunità Ewropea, jew skont proċedura doganali jew permezz ta’ devjazzjoni illegali?


    (1)  Regolament tal-Kunsill 1383/2003/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet ĠU L 196, p. 7


    Top