Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0490

    Kawża C-490/09: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    ĠU C 37, 13.2.2010, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/21


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    (Kawża C-490/09)

    2010/C 37/24

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u E. Traversa, aġenti)

    Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    Talbiet

    tikkonstata li, billi żamm fis-seħħ, bit-test attwali tagħhom, l-Artikolu 24 tal-Kodiċi tal-assigurazzjonijiet socjali li jeskludi l-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika mwettqa fi Stat Membru ieħor u li jipprovdi biss għall-ħlas ta’ dawn l-analiżi permezz ta’ persuna terza li tħallas u l-Artikolu 12 tal-Istatuti tal-Unjoni tal-iskemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jissuġġetta l-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ analiżi ta’ bijoloġija medika mwettqa fi Stat Membru ieħor għall-osservanza totali tal-kundizzjonijiet ta’ deroga previsti mill-konvenzjonijiet nazzjonali Lussemburgiżi, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu [49] tat-Trattat KE;

    tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea ssostni li, billi żamm fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jeskludu l-ħlas lura tal-analiżi u l-eżamijiet tal-laboratorju ta’ bijoloġija medika mwettqa fi Stati Membri oħra, jew li jissuġettaw tali ħlas lura għall-osservanza totali tal-kundizzjonijiet ta’ deroga previsti mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża, il-konvenut kiser il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, stabbilit mill-Artikolu 49 KE.

    Ir-rikorrenti tirrileva, bħala eżempju, li l-awtoritajiet nazzjonali jħallsu lura l-ispejjeż ta’ analiżi u eżami biss fil-każijiet fejn dawn jitwettqu fi ħdan laboratorju ta’ analiżi separat, b’osservanza totali tal-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża. Issa, f’ċerti Stati Membri, tali analiżi ma jitwettqux f’laboratorju, izda mit-tobba stess.

    Skont il-Kummissjoni, ir-restrizzjonijiet inkwistjoni ma jistgħux jiġu ġġustifikati minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali u barra minn hekk ma jirrapreżentawx miżura indispensabbli u proporzjonata sabiex jintlaħaq l-għan segwit ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.


    Top