This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0469
Case C-469/09 P: Appeal brought on 26 November 2009 by Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava against the judgment of the Court of First Instance (Fifth Chamber, extended composition) delivered on 9 September 2009 in Joined Cases T-30/01 to T-32/01 and T-86/01 to T-88/01 Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava and Others v Commission of the European Communities
Kawża C-469/09 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad- 9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Kawża C-469/09 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad- 9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 37, 13.2.2010, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/8 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2009 mit-Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’ Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tad-9 ta’ Settembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-30/01 sa T-32/01 u T-86/02 sa T-88/02, Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-469/09 P)
2010/C 37/11
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Territorio Histórico de Álava — Diputación Foral de Álava (rappreżentanti: I. Sáenz-Cortabarría Fernández u M. Morales Isasi, avukati)
Appellati: Territorio Histórico de Vizcaya — Diputación Foral de Vizcaya, Territorio Histórico de Guipúzcoa — Diputación Foral de Guipúzcoa, Comunidad Autónoma del País Vasco — Gobierno Vasco, Confederación Empresarial Vasca (Confebask), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Comunidad Autónoma de la Rioja
Talbiet tal-appellant
— |
Tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat. |
— |
Tannulla s-sentenza appellata. |
— |
Tilqa’ t-talba mressqa fl-ewwel istanza, b’mod partikolari, l-annullament tal-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata. |
— |
Sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim’ Istanza u, f’dan il-każ, tordnalha tipproduċi l-prova miċħuda. |
— |
Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza u tal-appell u lill-intervenjenti, Comunidad Autónoma de la Rioja, għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
(1) |
Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-għeluq tal-proċedura ta’ eżami preliminari fir-rigward tal-miżura fiskali inkwistjoni, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1), kien jeħtieġ deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni f’dan is-sens (indirizzata lill-Istat Membru). |
(2) |
Żnaturament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li din id-deċiżjoni għalqet il-proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni li kienet inbdiet b’konsegwenza ta’ ilment irreġistrat f’April 1994. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għal għajnuna eżistenti. |
(3) |
Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar l-oneru u l-evalwazzjoni tal-provi, b’mod partikolari fir-rigward tal-prova dokumentarja kkostitwita mid-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000 (il-kredibbiltà u s-saħħa probatorja tagħha). Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq. |
(4) |
Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kisret ir-regoli proċedurali dwar l-evalwazzjoni u l-oneru tal-prova fir-rigward tal-indizji oġġettivi, rilevanti, konsistenti u konklużivi tal-proċess li juru li, qabel id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2000, il-Kummissjoni kienet eżaminat preliminarjament il-miżura fiskali inkwistjoni u kienet għalqet dan l-eżami. Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma kkunsidratx li l-eżami mill-ġdid tal-miżura fiskali inkwistjoni, fl-2000, kellu jitwettaq fil-kuntest tal-proċedura stabbilita għal għajnuna eżistenti |
(5) |
Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkonfermat l-evalwazzjoni li l-miżura fiskali inkwistjoni, adottata fl-1993 bl-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ għajnuna għall-investiment skont il-Linji ta’ gwida dwar għajnuna nazzjonali reġjonali tal-1998, kienet għajnuna għall-operat. Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ nonretroattività. |
(6) |
Żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunċett ta’ “informazzjoni rilevanti” għall-eżami preliminari ta’ sistema fiskali fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat li wassal lill-Qorti tal-Prim’ Istanza ma tikkunsidrax li t-tul tal-proċedura preliminari kien irraġonevoli. |
(7) |
Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-perijodu ta’ 79 xahar, fil-każ inkwistjoni, mhuwiex perijodu irraġonevoli għal proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni u li, għalhekk, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru. 659/1999 fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
(8) |
Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li l-perijodu ta’ 79 xahar, fil-każ inkwistjoni, mhuwiex perijodu irraġonevoli għal proċedura ta’ eżami preliminari tal-miżura fiskali inkwistjoni u li, għalhekk, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru. 659/1999 fir-rigward tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
(9) |
Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw aspettattivi leġittimi li l-miżura fiskali inkwistjoni kienet legali, ċirkustanzi eċċezzjonali li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprekludu li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna. Żnaturament tad-deċiżjoni. |
(10) |
Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, ksur li skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprekludi li jiġi ordnat l-irkupru tal-għajnuna. |
(11) |
Żball ta’ liġi inkwantu l-Qorti tal-Prim’ Istanza ma osservatx ir-regoli proċedurali dwar il-produzzjoni tal-prova u ddeċidiet li ma tilqax il-prova prodotta mill-appellant fir-rigward tal-produzzjoni ta’ dokumenti speċifiċi tal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-argumenti esposti mill-Qorti tal-Prim’ Istanza sabiex tiċħad it-talba tal-appellant, jirriżulta li kienu essenzjali għad-difiża tal-interessi tiegħu. Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tad-drittijiet tad-difiża. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339