This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CB0278
Case C-278/09: Order of the Court of 20 November 2009 (reference for a preliminary ruling from the Tribunal de grande instance de Paris — France) — Olivier Martinez, Robert Martinez v Société MGN LIMITED (Regulation (EC) No 44/2001 — Jurisdiction in civil and commercial matters — National Court not eligible to refer questions to the Court of Justice for preliminary ruling for the purposes of Article 68(1) EC — Court’s lack of jurisdiction)
Kawża C-278/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 20 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de grande instance de Paris — Franza) -Olivier Martinez, Robert Martinez vs MGN LIMITED (Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Qorti li m’għandhiex setgħa, fis-sens tal-Artikolu 68(1) KE, li tagħmel talba għal-deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
Kawża C-278/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 20 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de grande instance de Paris — Franza) -Olivier Martinez, Robert Martinez vs MGN LIMITED (Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Qorti li m’għandhiex setgħa, fis-sens tal-Artikolu 68(1) KE, li tagħmel talba għal-deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
ĠU C 24, 30.1.2010, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/18 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal de grande instance de Paris — Franza) -Olivier Martinez, Robert Martinez vs MGN LIMITED
(Kawża C-278/09) (1)
(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Qorti li m’għandhiex setgħa, fis-sens tal-Artikolu 68(1) KE, li tagħmel talba għal-deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2010/C 24/30
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Olivier Martinez, Robert Martinez
Konvenuta: Société MGN LIMITED
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance de Paris — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001, L 12, p. 1) — Qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar rikors ibbażat fuq ksur tad-dritt għal ħajja privata u tad-dritt għal immaġni personali, minħabba informazzjoni u ritratti li tqiegħdu online fuq sit tal-Internet trażmess minn server li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak fejn hija rreġistrata r-rikorrenti — Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt li jikkawża ħsara — Rilevanza, sabiex jiġi ddeterminat dan il-post, tan-numru ta’ konnessjonijiet għall-paġna Internet inkwistjoni li saru minn ġewwa l-Istat fejn ir-rikorrenti hija rreġistrata, tan-nazzjonalità tagħha u, jekk ikun il-każ, tal-lingwa li fiha hija trażmessa l-informazzjoni inkwistjoni
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej m’għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mit-Tribunal de grande instance de Paris fil-kawża C 278/09.