EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0078

Kawża C-78/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 24 ta’ Settembru 2009 — Compagnie des bateaux mouches SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Jean-Noël Castanet (Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark verbali BATEAUX MOUCHES — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Nuqqas ta’ karattru distintiv)

ĠU C 24, 30.1.2010, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Settembru 2009 — Compagnie des bateaux mouches SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Jean-Noël Castanet

(Kawża C-78/09 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali BATEAUX MOUCHES - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas ta’ karattru distintiv)

2010/C 24/29

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Compagnie des bateaux mouches SA (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)

Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Jean-Noël Castanet (rappreżentant: J.-P. Sulzer, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla), tal-10 ta’ Diċembru 2008, Bateaux mouches vs UASI (T-365/06) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Settembru 2006, dwar talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja verbali “BATEAUX MOUCHES” — Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1.) — Interpretazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Nuqqas ta’ karattru distintiv.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 102, 01.05.2009


Top