Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0339

    Kawża C-339/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Skoma-Lux sro vs Celní ředitelství Olomouc ( “Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 2204 u 2206 — Xarba ffermentata abbażi ta’ għeneb frisk — Saħħa alkoħolika attwali ta’ 15,8 % sa 16,1 % — Żieda ta’ alkoħol tal-qamħ u ta’ zokkor tal-pitravi matul il-produzzjoni” )

    ĠU C 55, 19.2.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Skoma-Lux sro vs Celní ředitelství Olomouc

    (Kawża C-339/09) (1)

    (Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 2204 u 2206 - Xarba ffermentata abbażi ta’ għeneb frisk - Saħħa alkoħolika attwali ta’ 15,8 % sa 16,1 % - Żieda ta’ alkoħol tal-qamħ u ta’ zokkor tal-pitravi matul il-produzzjoni)

    2011/C 55/19

    Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Skoma-Lux sro

    Konvenut: Celní ředitelství Olomouc

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 (ĠU L 281, p. 1) — Inbid aħmar tad-deżerta Kagor — Klassifikazzjoni fl-intestatura tariffarja 2204 jew 2206 tan-nomenklatura magħquda

    Dispożittiv

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li xarba ffermentata abbażi ta’ għeneb frisk, kkumerċjalizzata fi fliexken ta’ 0.75 litru u li għandha kontenut alkoħoliku ta’ 15,8 % sa 16,1 % il-volum, li fil-proċess tal-produzzjoni tagħha ġie miżjud fiha z-zokkor tal-pitravi u l-alkoħol tal-qamħ, għandha tkun ikklassifikata taħt l-intestatura 2206 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tal-imsemmi regolament.


    (1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


    Top