This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0279
Case C-279/09: Judgment of the Court (Second Chamber) of 22 December 2010 (reference for a preliminary ruling from the Kammergericht, Berlin — Germany) — DEB Deutsche Energiehandels-und Beratungsgesellschaft mbH v Bundesrepublik Deutschland (Effective judicial protection of rights derived from European Union law — Right of access to a court — Legal aid — National legislation refusing legal aid to legal persons in the absence of ‘public interest’ )
Kawża C-279/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin — il-Ġermanja) — DEB Deutsche Energiehandels-und Beratungsgesellschaft mbH vs Bundesrepublik Deutschland ( “Protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Għajnuna legali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għajnuna legali lil persuni ġuridiċi fin-nuqqas ta’ ‘interessi ġenerali’ ” )
Kawża C-279/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin — il-Ġermanja) — DEB Deutsche Energiehandels-und Beratungsgesellschaft mbH vs Bundesrepublik Deutschland ( “Protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Għajnuna legali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għajnuna legali lil persuni ġuridiċi fin-nuqqas ta’ ‘interessi ġenerali’ ” )
ĠU C 55, 19.2.2011, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammergericht Berlin — il-Ġermanja) — DEB Deutsche Energiehandels-und Beratungsgesellschaft mbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-279/09) (1)
(Protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni - Dritt ta’ aċċess għal qorti - Għajnuna legali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għajnuna legali lil persuni ġuridiċi fin-nuqqas ta’ ‘interessi ġenerali’)
2011/C 55/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Kammergericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DEB Deutsche Energiehandels-und Beratungsgesellschaft mbH
Konvenut: Bundesrepublik Deutschland
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Kammergericht Berlin — Interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ effettività — Kompatibbiltà ta’ dan il-prinċipju ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tiċħad l-għajnuna legali lill-persuni ġuridiċi fin-nuqqas ta’ “interessi ġenerali” — Kawża għad-danni kontra Stat Membru minħabba t-traspożizzjoni tardiva ta’ direttivi Komunitarji
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex eskluż li dan jiġi invokat minn persuni ġuridiċi u li l-għajnuna mogħtija b’applikazzjoni ta’ dak il-prinċipju tista’, tkopri, b’mod partikolari, l-eżenzjoni mill-ħlas tad-depożitu fuq l-ispejjeż tal-proċeduri u/jew l-assistenza ta’ avukat.
F’dan ir-rigward hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-kundizzjoniijiet għall-għoti tal-għajnuna legali jikkostitwixxux limitazzjoni tad-dritt ta’ aċċess għall-qrati li tippreġudika dan id-dritt fis-sustanza tiegħu stess, jekk humiex intiżi sabiex jilħqu għan leġittimu u jekk teżistix relazzjoni raġonevoli ta’ proporzjonalità bejn il-mezzi użati u l-għan imsemmi.
Fil-kuntest ta’ dik l-evalwazzjoni, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni s-suġġett tal-kawża, il-probabbiltajiet ta’ suċċess ta’ min jitlob l-għajnuna, il-gravità tal-importanza għalih, il-kumplessità tad-dritt u tal-proċedura applikabbli kif ukoll il-kapaċità ta’ dak li jitlob l-għajnuna li jiddefendi b’mod effettiv il-kawża tiegħu. Sabiex tevalwa l-proporzjonalità, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-ammont tal-ispejjeż tal-proċeduri li fuqhom għandu jitħallas depożitu u tal-karattru insuperabbli jew le tal-ostakolu li huma eventwalment jikkostitwixxu għall-aċċess għall-ġustizzja.
Fir-rigward b’mod iktar speċjali tal-persuni ġuridiċi, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, hija tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-forma u l-għan ta’ lukru jew le tal-persuna ġuridika inkwistjoni kif ukoll il-kapaċità finanzjarja tas-soċji jew tal-azzjonisti tagħha u l-possibbiltà ta’ dawn tal-aħħar, li jiksbu l-ammonti neċessarji għall-preżentata tal-azzjoni legali.