Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0545

    Kawża T-545/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 8 ta’ Lulju 2009 — Thoss vs Il-Qorti tal-Awdituri ( Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Nuqqas ta’ żball skużabbli — Inammissibbiltà manifesta )

    ĠU C 220, 12.9.2009, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/32


    Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Thoss vs Il-Qorti tal-Awdituri

    (Kawża T-545/08) (1)

    (“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Nuqqas ta’ żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta”)

    2009/C 220/68

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Thérèse Nicole Thoss (Dommeldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Goergen, avukat)

    Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy u J.-M. Steiner, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2006 tal-Qorti tal-Awdituri li ċċaħħad lir-rikorrenti, armla ta’ ex membru tal-Qorti tal-Awdituri, mill-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti peress li l-kundizzjoni ta’ ħames snin żwieġ fil-mument tal-mewt ma kinitx sodisfatta (kawża rreġistrata bir-referenza F-46/08 u rrinvijata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Thérèse Nicole Thoss hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 171, 5.7.2008 (li kienet Kawża F-46/08)


    Top