Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FA0080

    Kawża F-80/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 30 ta’ Novembru 2009 — Wenig vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura dixxiplinarja — Sospensjoni ta’ uffiċjal — Tnaqqis mill-paga — Allegazzjoni ta’ nuqqas serju — Drittijiet tad-difiża — Kompetenza — Nuqqas li tiġi ppubblikata delega ta’ poteri — Nuqqas ta’ komptenza tal-awtur tal-att ikkontestat)

    ĠU C 24, 30.1.2010, p. 75–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/75


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 — Wenig vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-80/08) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinarja - Sospensjoni ta’ uffiċjal - Tnaqqis mill-paga - Allegazzjoni ta’ nuqqas serju - Drittijiet tad-difiża - Kompetenza - Nuqqas li tiġi ppubblikata delega ta’ poteri - Nuqqas ta’ komptenza tal-awtur tal-att ikkontestat)

    2010/C 24/138

    Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Fritz Harald Wenig (Woluwé-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: G.-A. Dal, D. Voillemot, D. Bosquet u S. Woog, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi lir-rikorrent u li tordna t-tnaqqis ta’ EUR 1 000 fix-xahar mill-paga tiegħu.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tat-18 ta’ Settembru 2008 li permezz tagħha l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, skont l-Artikoli 23 u 24 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, issospendiet lil F. H. Wenig għall-perijodu indeterminat u ordnat it-tnaqqis ta’ EUR 1 000 fix-xahar mil-paga tiegħu għal perijodu massimu ta’ sitt xhur hija annullata.

    (2)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż tal-kawża prinċipali.

    (3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha fil-proċeduri ta’ miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 313, 06.12.2008, p. 59


    Top