Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FA0020

    Kawżi magħquda F-20/08, F-34/08 u F-75/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad- 29 ta’ Settembru 2009 — Aparicio, Simon et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Reklutaġġ — Proċedura tal-għażla CAST 27/Relex — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-bażi ta’ data — Newtralizzazzjoni ta’ mistoqsijiet — Test tar-raġunament verbali u numeriku — Trattament ugwali)

    ĠU C 24, 30.1.2010, p. 73–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/73


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2009 — Aparicio, Simon et vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda F-20/08, F-34/08 u F-75/08) (1)

    (Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Proċedura tal-għażla CAST 27/Relex - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-bażi ta’ data - Newtralizzazzjoni ta’ mistoqsijiet - Test tar-raġunament verbali u numeriku - Trattament ugwali)

    2010/C 24/135

    Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Jorge Aparicio (Antiguo Cuscatlan, Salvador) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati) (Kawża F-20/08)

    u

    Anne Simon, (Nouackhott, il-Mawritanja) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati) (Kawża F-34/08)

    u

    Jorge Aparicio, (Antiguo Cuscatlan, Salvador) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati) (Kawża F-75/08)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma jitniżżlux l-ismijiet tar-rikorrenti fil-lista ta’ dawk li għaddew u fil-bażi ta’ data tal-proċedura ta’ reklutaġġ CAST 27/Relex.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikorsi F-20/08, F-34/08 u F-75/08 huma miċħuda

    (2)

    J. Aparicio u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness taħt in-numri 1 sa 18 huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża F-20/08 u għal dsatax-il parti minn sitta u erbgħin parti tal-ispejjeż fil-Kawża F-75/08. A. Simon hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża F-34/08 u għal parti waħda minn sitta u erbgħin parti tal-ispejjeż fil-Kawża F-75/08. Ir-rikorrenti li isimhom jinsab fl-anness taħt in-numri 19 sa 40 u 42 sa 46 huma kkundannati għal sitta u għoxrin parti minn sitta u erbgħin parti tal-ispejjeż fil-Kawża F-75/08.


    (1)  F-20/08: ĠU C 92, 12.4.2008, p. 52

    F-34/08: ĠU C 116, 9.5.2008, p. 36

    F-75/08: ĠU C 285, 8.11.2008, p. 56


    Top