Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0458

    Kawża C-458/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Settur tal-kostruzzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur — Ġustifikazzjoni)

    ĠU C 13, 15.1.2011, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 13/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-458/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 49 KE - Settur tal-kostruzzjoni - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur - Ġustifikazzjoni)

    2011/C 13/03

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa u P. Guerra e Andrade, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u F. Nunes dos Santos, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Settur tal-kostruzzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur

    Dispożittiv

    (1)

    Billi teżiġi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni stabbiliti fi Stat Membru ieħor jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li s-sistema nazzjonali inkwistjoni, u b’mod partikolari d-Digriet Liġi Nru 12/2004, tad-9 ta’ Jananr 2004, timponi għall-kisba tal-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju fil-Portugall ta’ attività fis-settur tal-kostruzzjoni u billi b’hekk teskludi li jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-obbligi ekwivalenti li għalihom dawn il-fornituri jkunu suġġetti fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti kif ukoll il-verifiki li jkunu diġà twettqu f’dan ir-rigward mill-awtoritajiet tal-Istat Membru msemmi, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.

    (2)

    Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


    Top