This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007TA0023
Case T-23/07: Judgment of the Court of First Instance of 29 April 2009 — BORCO-Marken-Import Matthiesen v OHIM (α) (Community trade mark — Application for the Community figurative mark α — Absolute ground for refusal — Distinctive character — Article 7(1)(b) of Regulation (EC) No 40/94)
Kawża T-23/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 29 ta’ April 2009 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI(α) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva α — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )
Kawża T-23/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad- 29 ta’ April 2009 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI(α) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva α — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )
ĠU C 141, 20.6.2009, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/38 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI(α)
(Kawża T-23/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva α - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)
2009/C 141/78
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Borco-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG (Hambourg, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wolter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Kicia, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Novembru 2006 (Każ R 808/2006-4) li tikkonċerna r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv α bħala trade mark Komunitarja,
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Novembru 2006 (Każ R 808/2006-4) hija annullata. |
2) |
M’hemmx lok għal deċiżjoni dwar it-tieni kap ta’ talbiet ta’ BORCO-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG. |
3) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |