Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0481

Kawża C-481/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 16 ta’ Lulju 2009 — SELEX Sistemi Integrati SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment imressaq kontra Eurocontrol — Dannu reali u ċert)

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — SELEX Sistemi Integrati SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-481/07 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment imressaq kontra Eurocontrol - Dannu reali u ċert)

2009/C 220/07

Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: SELEX Sistemi Integrati SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciandone u A. Neri, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u F. Amato, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Awwissu 2007, SELEX Sistemi Integrati SpA vs Il-Kummissjoni (T-186/05) li fiha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata fil-liġi t-talba għall-ħlas ta’ kumpens għal danni allegatament subiti mill-appellanti b’riżultat tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2004, li tiċħad l-ilment tal-appellanti fir-rigward ta’ allegat ksur minn Eurocontrol tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-kompetizzjoni

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

SELEX Sistemi Integrati SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 09.02.2008.


Top