Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0208

    Kawża C-208/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bayerisches Landessozialgericht — Il-Ġermanja) Petra von Chamier-Glisczinski vs Deutsche Angestellten-Krankenkasse ( Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Titolu III, Kapitolu 1 — Artikoli 18 KE, 39 KE u 49 KE — Benefiċċji f’oġġetti [in natura] intiżi sabiex ikopru r-riskju għal min ma jistax jgħin lilu nnifsu — Residenza fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat kompetenti — Sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ residenza li ma tinkludix benefiċċji in natura relatati mar-riskju għal min ma jistax igħin lilu nnifsu [riskju ta’ dipendenza] )

    ĠU C 220, 12.9.2009, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bayerisches Landessozialgericht — Il-Ġermanja) Petra von Chamier-Glisczinski vs Deutsche Angestellten-Krankenkasse

    (Kawża C-208/07) (1)

    (“Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Titolu III, Kapitolu 1 - Artikoli 18 KE, 39 KE u 49 KE - Benefiċċji f’oġġetti [in natura] intiżi sabiex ikopru r-riskju għal min ma jistax jgħin lilu nnifsu - Residenza fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat kompetenti - Sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ residenza li ma tinkludix benefiċċji in natura relatati mar-riskju għal min ma jistax igħin lilu nnifsu [riskju ta’ dipendenza]”)

    2009/C 220/02

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bayerisches Landessozialgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Petra von Chamier-Glisczinki.

    Konvenuta: Deutsche Angestellten-Krankenkasse.

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bayerisches Landessozialgericht — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 19(1)(a) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149 p.2), fid-dawl tal-Artikoli 18, 39 u 49 KE flimkien mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment għal ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU L 257, p.2) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li membru tal-familja ta’ persuna impjegata, li jirrisjiedi ġewwa Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat kompetenti, u li jibbenefika, f’dan Istat Membru tal-aħħar, minn servizzi għal kura mħallta (benefiċċji fi flus u benefiċċji in natura) għandu biss dritt għal allowance ta’ dipendenza (“Pflegegeld”), ikkalkolata skond id-dritt tal-Istat kompetenti, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza ma tipprovdix benefiċċji in natura għas-servizzi ta’ kura li huwa jirċiervi f’dan l-Istat Membru — Esportazzjoni tal-benefiċċji in natura fi Stat Membru ieħor li fih is-sistema ta’ sigurtà soċjali tinkludi biss il-benefiċċji fi flus.

    Dispożittiv

    1)

    Meta, għad-differenza tas-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat kompetenti, dik tal-Istat Membru fejn tirrisjedi persuna li ma tistax tgħin lilha nnifisha, assigurata bħala membru tal-familja ta’ ħaddiem impjegat jew ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għal ħaddiema impjegati, ħaddiema li jaħdmu għal rashom u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendat tiegħu u rivedut mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, ma tipprevedix l-għoti ta’ benefiċċji in natura f’sitwazzjonijiet ta’ dipendenza bħal dawk ta’ din il-persuna, l-Artikoli 19 jew 22(1)(b) tal-imsemmi regolament ma jirrikjedux, per se, l-għoti ta’ benefiċċji tali barra mill-Istat kompetenti minn jew f’isem l-istituzzjoni kompetenti.

    2)

    Meta, għad-differenza tas-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat kompetenti, dik tal-Istat Membru ta’ residenza ta’ persuna li ma tistax tieħu ħsieb tagħha nnifisha, assigurata bħala membru tal-familja ta’ ħaddiem impjegat jew ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni emendata u rriveduta mir-Regolament Nru 118/97, kif emendat permezz tar-Regolament Nru 1386/2001, ma tipprevedix is-servizz ta’ benefiċċji in natura f’sitwazzjonijiet partikolari ta’ persuni li ma jistgħux jieħdu ħsieb tagħhom infushom, l-Artikolu 18 KE ma jipprekludix f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni bħal dik stabbilita mill-Artikolu 34 tat-Titolu XI tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali (Sozialgesetzbuch), li abbażi tagħha istituzzjoni kompetenti tirrifjuta li tieħu akkarigu tagħha, irrispettivament mill-mekkaniżmi stabbiliti mill-Artikolu 19 jew, meta jkun il-każ, l-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament u għal perijodu ta’ żmien indeterminat, l-ispejjeż relatati mar-residenza fi stabbiliment tal-kura li jinsab fl-Istat Membru ta’ residenza sa ammont ekwivalenti għall-benefiċċji li l-persuna kkonċernata tkun intitolata għalihom li kieku tingħatalha l-istess assistenza fi stabbiliment irrikonoxxut li jinsab fl-Istat kompetenti.


    (1)  ĠU C 155, 07.07.2007.


    Top