EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XB1015(01)

AVVIŻ TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW LI JIRTIRA L-AVVIŻ DWAR L-IMPOŻIZZJONI TA’ SANZJONIJIET GĦALL-KSUR TAL-OBBLIGU BIEX JINŻAMMU RIŻERVI MINIMI 2021/C 418/04

ĠU C 418, 15.10.2021, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 418/4


AVVIŻ TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW LI JIRTIRA L-AVVIŻ DWAR L-IMPOŻIZZJONI TA’ SANZJONIJIET GĦALL-KSUR TAL-OBBLIGU BIEX JINŻAMMU RIŻERVI MINIMI

(2021/C 418/04)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew jiddikjara li, inter alia, fejn istituzzjoni tonqos milli żżomm ir-riżervi minimi kollha jew parti minnhom imposti skont ir-regolamenti jew id-deċiżjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) assoċjati magħhom, jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet mill-BĊE. Ċerti elementi tal-politika tas-sanzjonijiet ġew ippubblikati fl-Avviż tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għall-ksur tal-obbligu li jinżammu riżervi minimi (1). Dawk l-elementi ġew ittrasferiti għad-Deċiżjoni (UE) 2021/1815 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/45) (2).

L-Avviż (2000/C 39/04) huwa b’dan irtirat b’effett mit-3 ta’ Novembru 2021.


(1)  ĠU C 39, 11.2.2000, p. 3.

(2)  Deċiżjoni (UE) 2021/1815 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2021 dwar il-metodoloġija applikata għall-kalkolu ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit biex jinżammu riżervi minimi u rekwiżiti relatati tar-riżervi minimi (BĊE/2021/45) (ĠU L 367, 15.10.2021, p. 4)


Top