This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020BP1983
Resolution (EU) 2020/1983 of the European Parliament of 14 May 2020 with observations forming an integral part of the decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Medicines Agency (EMA) for the financial year 2018
Riżoluzzjoni (UE) 2020/1983 tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2018
Riżoluzzjoni (UE) 2020/1983 tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2020 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2018
ĠU L 417, 11.12.2020, p. 464–468
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 417/464 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2020/1983 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-14 ta’ Mejju 2020
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għas-sena finanzjarja 2018
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2018, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0076/2020), |
A. |
billi, skont ir-rapporti tad-dħul u n-nefqa tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 337 761 000, li jirrappreżenta żieda ta’ 1,96 % meta mqabbel ma’ dak għall-2017; billi l-Aġenzija hija aġenzija ffinanzjata permezz ta’ ħlasijiet, b’90 % tad-dħul tagħha tal-2018 li joriġina minn ħlasijiet imħallsa mill-industrija farmaċewtika għas-servizzi mogħtija u 10 % mill-baġit tal-Unjoni (2); |
B. |
billi l-Qorti tal-Awdituri (“il-Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 (“ir-rapport tal-Qorti”), issostni li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. |
Jinnota bi tħassib li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 89,14 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta’ 1,91 % meta mqabbel mal-2017; jirrimarka, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet 73,64 %, li tfisser tnaqqis ta’ 2,98 % meta mqabbel mal-2017; jistieden lill-Aġenzija ttejjeb ir-rata tagħha tal-implimentazzjoni tal-baġit u tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament; |
Prestazzjoni
2. |
Jirrikonoxxi li l-Aġenzija għadha tuża diversi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, inkluż kombinament ta’ indikaturi operazzjonali, ta’ indikaturi għall-ġestjoni/governanza u għall-komunikazzjoni/partijiet ikkonċernati biex tkejjel il-volumi ta’ xogħol tagħha, l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tagħha u s-sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati tagħha, fost l-oħrajn, sabiex tivvaluta l-valur miżjud ipprovdut mill-attivitajiet tagħha, u li tuża wkoll ippjanar baġitarju u metodoloġija ta’ monitoraġġ biex ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha; |
3. |
Jinnota bi tħassib li EudraVigilance, sistema ta’ informazzjoni li tintuża biex tirrapporta l-effetti sekondarji suspettati ta’ mediċini, u proġetti telematiċi oħra, kellha tiġi posposta jew limitata minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; madankollu, jirrikonoxxi li l-Aġenzija tiżgura li l-proġetti u l-attivitajiet skont il-pjan tal-kontinwità tan-negozju fi ħdan it-tħejjija għall-Brexit twettqu b’mod li ma jaffettwax il-funzjonament tas-sistema ta’ monitoraġġ tas-sikurezza għall-mediċini fl-Unjoni u jippermettu lill-partijiet kollha involuti (l-industrija, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali) ikomplu jikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom skont il-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-Unjoni; |
4. |
Jinnota li l-Aġenzija tikkoopera ma’ aġenziji oħra dwar l-outputs xjentifiċi konġunti u tiskambja appoġġ u data xjentifiċi; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Aġenzija għad għandha arranġamenti ta’ ħidma formali mal-erba’ aġenziji ewlenin sħab tagħha; |
5. |
Jinnota li fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija Telematika tal-UE għan-netwerk regolatorju Ewropew tal-mediċini, il-kisbiet ewlenin intlaħqu min-netwerk, iżda xi attivitajiet tnaqqsu minħabba tħejjijiet għar-rilokazzjoni tal-Aġenzija u ż-żieda konsegwenti tal-konsum ta’ riżorsi f’oqsma oħra tal-IT; |
6. |
Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija għamlet użu eċċessiv minn servizzi ta’ konsulenza għaż-żewġ proġetti tal-IT ewlenin tagħha, u b’hekk hija dipendenti b’mod kritiku fuq l-għarfien espert estern u dan qed iwassal għal spejjeż żejda u dewmien sproporzjonati; jinnota li l-Aġenzija bdiet l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni fl-2017, li madankollu, għadhom mhumiex kompletament effettivi, kif jidher, pereżempju, mill-għadd eċċessivament għoli ta’ konsulenti li jaħdmu abbażi ta’ kuntratti ta’ Żmien u Mezzi; jistieden lill-Aġenzija tħaffef l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni mhux biss għat-tlestija tal-proġetti tal-IT li għaddejjin bħalissa, iżda wkoll biex tħejji ruħha għal proġetti ġodda sinifikanti; |
7. |
Iħeġġeġ lill-Aġenzija ssegwi d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha; |
8. |
Jinnota li l-Qorti identifikat tendenza orizzontali fost l-aġenziji fir-rigward tal-użu ta’ persunal estern impjegat fi rwoli ta’ konsulenza tal-IT; jitlob li d-dipendenza fuq ir-reklutaġġ estern f’dan il-qasam importanti u sensittiv jitnaqqas kemm jista’ jkun biex jiġu limitati r-riskji potenzjali; |
9. |
Itenni r-rwol importanti tal-Aġenzija fil-ħarsien u l-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali billi tivvaluta u tissorvelja l-mediċini għall-użu mill-bniedem u dak veterinarju; |
10. |
Jaċċentwa l-fatt li fl-2018, l-Aġenzija rrakkomandat li 94 mediċina ġdida jingħataw awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni (84 għall-użu mill-bniedem u 10 għall-użu veterinarju), u li dawn kienu jinkludu 46 sustanza attiva ġdida (42 għall-użu mill-bniedem u 4 għall-użu veterinarju); jinnota li fl-2018, fil-qafas tal-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza tagħha, l-Aġenzija rrakkomandat is-sospensjoni immedjata tal-bejgħ u s-sejħa lura ta’ mediċina għall-isklerożi multipla minħabba li toħloq reazzjonijiet immuni serji u xi kultant fatali, kif ukoll is-sospensjoni tal-bejgħ ta’ diversi antibijotiċi; |
11. |
Jinnota li fl-2018 ġew implimentati t-tieni u t-tielet fażijiet tal-pjan għall-kontinwità operazzjonali sabiex jiġu salvagwardjati l-attivitajiet ewlenin tal-Aġenzija; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata trasparenza massima, għarfien espert u indipendenza fix-xogħol tal-Aġenzija; |
12. |
Jinsab imħasseb dwar id-dewmien osservat fl-iżvilupp tal-portal u tal-bażi tad-data tal-UE għall-provi kliniċi; jiġbed l-attenzjoni, f’dan ir-rigward, għall-ħtieġa li jiġu solvuti l-problemi fir-rigward tal-infrastruttura tal-IT tal-Aġenzija, li tinsab taħt pressjoni qawwija; |
13. |
Jindika li fl-2018 iċ-ċentru ta’ data tal-Aġenzija ġie ttrasferit b’suċċess lejn Hamburg; |
Politika dwar il-persunal
14. |
Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet 98,31 % esegwita, bil-ħatra ta’ 581 aġent temporanju minn total ta’ 591 aġent temporanju li ġew awtorizzati skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbel mal-596 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 170 aġent kuntrattwali u 30 espert nazzjonali sekondat ħadmu għall-Aġenzija fl-2018; |
15. |
Jinnota li huma meħtieġa aktar sforzi biex jinkiseb bilanċ ugwali bejn il-ġeneri fost il-maniġers superjuri (fl-2018: 17-il raġel u 11-il mara) u fost il-membri tal-bord maniġerjali (20 raġel u 13-il mara); |
16. |
Jinnota li l-Aġenzija għandha fis-seħħ programm ta’ assistenza għall-impjegati, li huwa programm ta’ appoġġ offrut bla ħlas lill-persunal tiegħu; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija għandha politika li tipprovdi appoġġ lill-persunal soġġett għal akkużi u attakki esterni; |
17. |
Jinnota bi tħassib li, skont l-Aġenzija u r-rapport tal-Qorti, filwaqt li ġew assenjati kompiti ġodda sinifikanti lill-Aġenzija, it-tabella tal-persunal tal-Aġenzija ma żdiditx; jinnota l-miżuri li diġà ħadet l-Aġenzija biex tnaqqas ir-riskji involuti, bħar-reklutaġġ mingħajr spejjeż ta’ aġenti b’kuntratti limitati fiż-żmien; jiddispjaċih li, skont ir-rapport tal-Qorti, dawk il-miżuri għadhom mhumiex kompletament effettivi; |
18. |
Jinnota li l-Aġenzija issa tikkonforma mar-rakkomandazzjoni tal-2017 tal-Qorti biex tippubblika l-avviżi ta’ postijiet battala, mhux biss fis-sit web tagħha u fis-siti web tal-Aġenziji tal-Unjoni, iżda wkoll fis-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal għal aktar pubbliċità; |
Akkwist
19. |
Jinnota li l-Aġenzija fil-passat introduċiet sejħa elettronika għall-offerti għall-proċeduri ta’ akkwist tagħha; jinnota b’sodisfazzjon li l-għodda ta’ sottomissjoni elettronika issa ġiet implimentata b’suċċess u ilha tintuża sa minn kmieni fl-2019; jinnota, skont it-tweġiba tal-Aġenzija, li issa qed taħdem fuq l-implimentazzjoni tal-għodda tal-fatturar-e; |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza
20. |
Jenfasizza li l-klijenti tal-Aġenzija – il-kumpaniji tal-industrija farmaċewtika – iħallsu għall-proċedura, u mhux għall-eżitu tal-valutazzjonijiet tal-Aġenzija; jifhem li, skont l-Aġenzija, ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu jsiru b’mod indipendenti u għaldaqstant ma joħolqux kunflitti ta’ interess; jinnota b’sodisfazzjon li l-Aġenzija tiżgura li l-membri tal-kumitat xjentifiku u l-esperti, il-persunal u l-membri tal-bord maniġerjali tagħha, ma jkollhom l-ebda interess finanzjarju jew ta’ xorta oħra fl-industrija farmaċewtika; |
21. |
Ifakkar li l-Aġenzija hija aġenzija ffinanzjata permezz ta’ ħlasijiet, b’89,69 % tad-dħul tagħha tal-2018 joriġina minn ħlasijiet imħallsa mill-industrija farmaċewtika, 10,28 % mill-baġit tal-Unjoni u 0,03 % minn dħul assenjat estern; jinsab imħasseb li d-dipendenza għolja fuq it-tariffi mill-industrija tista’ tikkomprometti l-perċezzjoni pubblika tal-indipendenza tal-Aġenzija; |
22. |
Jirrikonoxxi l-miżuri eżistenti tal-Aġenzija u l-isforzi kontinwi tagħha biex tiżgura t-trasparenza, tipprevjeni u titratta l-kunflitti ta’ interess, u tipprovdi l-protezzjoni lill-informaturi; jinsab imħasseb ħafna li fl-2018, l-Aġenzija rċeviet 21 rapport dwar każijiet ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta mingħand sors estern li qajjem il-problema ta’ amministrazzjoni ħażina tal-Aġenzija, b’ħamsa minn dawn il-każijiet jingħalqu fl-2017 u 17-il każ għadhom għaddejjin; jistieden lill-Aġenzija tindirizza l-każijiet u l-problemi malajr kemm jista’ jkun u tirrapporta għand l-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija għandha fis-seħħ dikjarazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess għall-membri tal-bord maniġerjali, għall-maniġment superjuri u għall-esperti u din hija disponibbli online; |
23. |
Jilqa’ l-fatt li, fi Frar 2018, il-Qorti Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ikkonfermat, fi tliet sentenzi ewlenin (il-Kawżi T-235/15, T-718/15 u T-729/15 (3)), mad-deċiżjoni tal-Aġenzija li tirrilaxxa dokumenti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4); |
24. |
Jilqa’ l-fatt li, fit-22 ta’ Jannar 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-politika ta’ aċċess tal-Aġenzija għal dokumenti fid-deċiżjonijiet ta’ appell tagħha T-235/15 u T-718/15; |
25. |
Jinnota li l-Aġenzija tiltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess u għandha regoli fis-seħħ biex tirregola l-interazzjonijiet tagħha mal-partijiet ikkonċernati, u barra minn hekk, għadha tippubblika l-minuti tal-laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess fis-sit web tagħha; jinnota li l-Aġenzija għadha qed timplimenta qafas għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, li jinkludi miżuri ta’ trasparenza; |
26. |
Jinnota li, fid-dawl tal-kummenti u l-osservazzjonijiet li saru mill-awtorità tal-kwittanza b’rabta mal-ħtieġa li tissaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabilità billi dan isir direttament responsabbli lejn id-Direttur u l-bord maniġerjali tal-Aġenzija, l-Aġenzija bħalissa qed tirrevedi l-linja ta’ rapportar tal-uffiċjal tal-kontabilità bħala miżura waħda oħra maħsuba biex tkompli ssaħħaħ l-indipendenza tal-uffiċjal tal-kontabilità; barra minn hekk, jilqa’ l-fatt li l-konklużjoni ġenerali tal-eżerċizzju ta’ validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi mmexxija mill-uffiċjal tal-kontabilità ma’ ditta tal-awditjar esterna, kienet pożittiva; |
Awditu intern
27. |
Jinnota li wara l-awditu tas-Servizz ta’ Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar l-“Implimentazzjoni tar-Regolament dwar it-tariffi tal-farmakoviġilanza” tal-Aġenzija, li fih ġie enfasizzat id-defiċit li għad hemm bejn id-dħul minn xi tariffi tal-farmakoviġilanza u l-ispejjeż relatati, bħalissa l-Kummissjoni qed tħejji reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); jinnota li l-Aġenzija għadha qed tipparteċipa b’mod attiv fir-rieżami tal-Kummissjoni tal-bażi ekonomika għas-sistema kollha tat-tariffi tal-Aġenzija u li mistennija jidħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet ġodda f’Jannar 2022; jifhem li l-Aġenzija bagħtet l-istatus tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet lis-Servizz ta’ Awditjar Intern tal-Kummissjoni f’Lulju 2019; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri li ħadet f’dan ir-rigward; |
Rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman
28. |
Jinnota li fl-inkjesta tagħha dwar kif l-Aġenzija tinvolvi ruħha ma’ żviluppaturi tal-mediċina fil-perjodu li jwassal għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni mediċini ġodda, l-Ombudsman Ewropew issuġġerixxa li l-Aġenzija għandha tintroduċi titjib biex:
|
Kummenti oħra
29. |
Jinnota li l-Qorti ħarġet paragrafu ta’ osservazzjonijiet b’rabta maż-żewġ aġenziji bbażati f’Londra, fir-rigward tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; jinnota li s-sede tal-Aġenzija se jiġi trasferit għal Amsterdam fil-bidu tal-2019 u li fil-31 ta’ Diċembru 2018, il-kontijiet tal-Aġenzija kienu jinkludu dispożizzjonijiet għall-ispejjeż relatati li jammontaw għal EUR 17 800 000; jiddispjaċih li l-ftehim ta’ kiri għall-uffiċċji bbażati f’Londra huwa stabbilit għal perjodu ta’ kiri sal-2039 mingħajr klawżola ta’ ħruġ; jiddispjaċih ukoll li fl-20 ta’ Frar 2019, il-Qorti Superjuri tal-Ingilterra u Wales ċaħdet it-talba tal-Aġenzija biex tikkanċella l-kiri; jinnota, madankollu, li l-ftehim ta’ kiri jippermetti li l-bini jiġi riassenjat jew jerġa’ jinkera lil partijiet terzi, soġġett għall-approvazzjoni ta’ sid il-kera; jiddispjaċih ħafna li n-noti għall-kontijiet tal-31 ta’ Diċembru 2018 isemmu ammont ta’ EUR 468 000 000 bħala kera li għad trid titħallas sal-2039, li minnhom ammont massimu ta’ EUR 465 000 000 li jikkorrispondi għall-perjodu ta’ kiri wara r-rilokazzjoni ppjanata tal-Aġenzija għal Amsterdam, huma kontabilizzati bħala obbligazzjoni kontinġenti; jirrikonoxxi l-isforzi sinifikanti tal-Aġenzija biex terġa’ tikri l-bini tagħha ta’ Londra; jenfasizza li għalkemm l-Aġenzija kkonkludiet sullokazzjoni tal-bini b’effett mill-1 ta’ Lulju 2019, l-ispiża netta futura tal-ftehim tal-kera li ma jistax jiġi kkanċellat mhijiex magħrufa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel l-almu tagħha biex timminimizza l-impatt finanzjarju, amministrattiv u operattiv fit-tul fuq l-Aġenzija tal-ftehim ta’ kiri mhux favorevoli; jistieden lill-Aġenzija tinvolvi lill-Kummissjoni, b’mod partikolari s-servizz legali u t-tim tan-negozjati li jaġixxu fir-rigward tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, f’eżami tal-problema legali billi din tqajjem ir-responsabbiltà legali u finanzjarja tal-gvern tar-Renju Unit għall-invokazzjoni tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sitwazzjoni li l-Qorti Għolja ma rrikonoxxietx bħala każ ta’ force majeure; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lura għand l-awtorità ta’ kwittanza dwar il-kwistjoni; |
30. |
Jinsab imħasseb li l-Aġenzija, bħala aġenzija tas-saħħa pubblika tal-Unjoni, se jkollha timmaniġġja l-proprjetà kummerċjali f’pajjiż terz u se tibqa’ responsabbli li tħallas il-kera sa Ġunju 2039; jitlob li jinstabu soluzzjonijiet biex l-Aġenzija tiġi rrilaxxata mill-obbligazzjonijiet kuntrattwali u finanzjarji tagħha fir-rigward ta’ dak li kien il-bini tar-Renju Unit fin-negozjati li għaddejjin bħalissa bejn l-Unjoni u r-Renju Unit jekk ir-responsabbiltà ta’ dan tal-aħħar ma tkunx tista’ tiġi stabbilita; |
31. |
Jinnota li l-Aġenzija ħadmet mill-qrib mal-Kummissjoni u man-netwerk biex tiżgura t-tqassim mill-ġdid b’mod ordnat tax-xogħol li sar s’issa mir-Renju Unit; jinnota li l-Aġenzija rnexxielha tirriloka b’suċċess lejn Amsterdam, bl-għan li żżomm il-persunal eżistenti tagħha sal-ogħla grad possibbli, u wkoll tmexxi ċ-ċentru tad-data tagħha lejn Hamburg; jinnota li l-ftehim dwar is-sede bejn in-Netherlands u l-Aġenzija ġie ffirmat fl-1 ta’ Lulju 2018; |
32. |
Jinnota li, skont l-Aġenzija, wara r-rilokazzjoni lejn Amsterdam, kellhom jiġu mqassma mill-ġdid ir-riżorsi sinifikanti u l-kompiti ġodda minħabba li rriżulta f’xi telf ta’ persunal kuntrattwali għal żmien qasir flimkien mat-tnaqqis ta’ 10 % tat-tabella tal-persunal tal-Aġenzija impost mill-2014 lil hawn u żieda fl-ammont ta’ xogħol; jinnota t-tħassib tal-Aġenzija li n-nuqqas ta’ riżorsi umani jista’ jpoġġi f’riskju t-twettiq tar-responsabbiltajiet ewlenin u leġiżlattivi tagħha; jistieden ukoll lill-Aġenzija teżamina l-possibbiltajiet ta’ kondiviżjoni tar-riżorsi għal kompiti li jikkoinċidu fost aġenziji oħra b’attivitajiet simili, inkluż il-kondiviżjoni tal-persunal; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Aġenzija biex b’mod attiv tipprova tikseb aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni aktar mifruxa mal-aġenziji kollha tal-Unjoni; |
33. |
Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq il-pubblikazzjoni tar-riżultati tar-riċerka tagħha, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja; |
34. |
Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020 (6) dwar il -prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 26.
(2) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 28.
(3) Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2018, Pari Pharma v EMA, T-235/15 ECLI:EU:T:2018:65, tal-5 ta’ Frar 2018, PTC Therapeutics International v EMA, T-718/15 ECLI:EU:T:2018:66 u tal-5 ta’ Frar 2018, MSD Animal Health Innovation u Intervet international v EMA, T-729/15, ECLI:EU:T:2018:67.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ farmakoviġilanza fir-rigward ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 112).
(6) Testi adottati, P9_TA(2020)0121.