IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.1.2019
COM(2019) 4 final
2019/0002(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn għall-finijiet tal-ETIAS u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1240, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (UE) 2017/2226 u r-Regolament (UE) 2018/1861
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.
KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
F’Settembru 2018, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew adottaw żewġ atti leġiżlattivi: Regolament li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar ("ETIAS") u emenda tar-Regolament dwar il-Europol għall-fini li tiġi stabbilita l-ETIAS.
It-twaqqif tal-ETIAS huwa wieħed mill-isforzi mwettqa fis-snin riċenti fil-livell tal-UE biex tiġi mtejba s-sigurtà taċ-ċittadini u tiġi evitata l-migrazzjoni irregolari f’Ewropa miftuħa, filwaqt li tiġi żgurata u tkompli tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri esterni,. Il-kuntest u l-istabbiliment tas-sistema ġew imħabbra fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016. Il-President Juncker qal: “Se niddefendu l-fruntieri tagħna […] b’kontrolli stretti […] fuq kull persuna li tkun qed taqsam fruntiera. Kull darba li xi ħadd jidħol u joħroġ mill-UE, se jkun hemm rekord ta’ meta, fejn u għalfejn. Sa Novembru [2016], se nipproponu Sistema ta’ Informazzjoni tal-Ivvjaġġar Ewropea – sistema awtomatizzata li se tiddetermina min se jitħalla jivvjaġġa lejn l-Ewropa. B’dan il-mod se nkunu nafu min qed jivvjaġġa lejn l-Ewropa qabel ma jasal hawn”.
L-ETIAS se timla l-informazzjoni nieqsa dwar il-vjaġġaturi li huma eżentati mill-obbligi li jkunu fil-pussess ta’ viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni. L-ETIAS se tiddetermina l-eliġibbiltà ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-ħtieġa ta’ viża qabel ma jivvjaġġaw lejn iż-Żona Schengen, u jekk tali vvjaġġar joħloqx riskju għas-sigurtà, riskju għall-immigrazzjoni irregolari jew riskju epidemiku għoli. L-ETIAS se tagħti wkoll lill-vjaġġaturi s-serħan il-moħħ li jkunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri bla xkiel. Jekk ikun meħtieġ, awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS tista’ tiġi miċħuda mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS.
Il-valutazzjoni ta’ tali riskji se tinvolvi l-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali pprovduta fl-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Ir-Regolament dwar l-ETIAS jistabbilixxi li d-data personali fl-applikazzjonijiet se titqabbel mad-data li tinsab fir-rekords, fajls jew allerti irreġistrati f’sistemi ta’ informazzjoni jew bażijiet ta’ data tal-UE (is-Sistema ċentralizzata ETIAS, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża ("VIS"), is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ ("EES") jew il-Eurodac), fid-data tal-Europol jew fil-bażijiet ta’ data tal-Interpol (il-bażi ta’ data tal-Interpol ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (“SLTD”) jew fil-bażi ta’ data tal-Interpol ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (“TDAWN”)).
Filwaqt li r-Regolament jiddefinixxi fl-Artikolu 20 tiegħu liema grupp ta’ data mill-fajls ta’ applikazzjoni tal-ETIAS jista’ jintuża biex jiġu kkonsultati s-sistemi l-oħrajn, mhux din id-data kollha hija miġbura jew irreġistrata bl-istess mod fis-sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE u fid-data tal-Europol. Pereżempju f’waħda mis-sistemi, jiddaħħal il-“pajjiż tal-ħruġ ta’ dokument tal-ivvjaġġar” filwaqt li f’oħra l-istess data tiġi rreġistrata mod ieħor, eż. bħala “kodiċi bi tlett ittri tal-pajjiż ta’ ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar.” F’każijiet oħra, kategorija ta’ data hija miġbura f’sistema waħda iżda mhux f’oħra. Pereżempju, “l-ewwel isem tal-ġenituri ta’ applikanti” huma miġbura mill-ETIAS, iżda mhux fil-maġġoranza tas-sistemi l-oħra li jridu jiġu kkonsultati mill-ETIAS.
Apparti dan, fiż-żmien li ġiet adottata l-proposta tal-ETIAS, is-sitwazzjoni fir-rigward ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE differenti li jridu jiġu kkonsultati mill-ETIAS kienet differenti mil-lum. Fiż-żmien li ġiet adottata l-proposta tal-ETIAS, ġie propost li jiġu stabbiliti żewġ sistemi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni tal-UE ġodda oħra: kienu għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar ir-Regolament EES meta l-proposta tal-Kummissjoni dwar is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali – Ċittadini ta’ Pajjiż Terz (“ECRIS-TCN”) kienet eżatt waslet biex tiġi proposta. Fir-rigward tas-sistemi ta’ informazzjoni eżistenti, it-testi ġuridiċi tas-SIS kienu qed jevolvu minħabba r-reviżjonijiet proposti fil-qafas legali tas-SIS f’Diċembru 2016, li ġew finalment adottati minn koleġiżlaturi f’Novembru 2018. Ir-riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac kienet ġiet proposta wkoll mill-Kummissjoni bħala parti mir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, iżda kienet għadha ma ġietx adottata mill-koleġiżlaturi. Ir-riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac għad trid tiġi adottata mill-koleġiżlaturi llum.
Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-Regolament dwar l-ETIAS jistipola, fl-Artikolu 11(2) tiegħu li: “L-emendi għall-atti legali li jistabbilixxu s-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE li huma meħtieġa għall-istabbiliment tal-interoperabbiltà tagħhom mal-ETIAS, kif ukoll iż-żieda ta’ dispożizzjonijiet korrispondenti f’dan ir-Regolament, għandhom ikunu s-suġġett ta’ strument legali separat”.
Il-proposta attwali, għalhekk, għandha l-għan li tistabbilixxi l-emendi tekniċi meħtieġa biex tiġi stabbilita b’mod sħiħ is-sistema tal-ETIAS billi jiġu emendati l-atti legali dwar is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-UE rigward it-tfittxijiet tal-ETIAS. Il-proposta attwali tistabbilixxi wkoll id-dispożizzjonijiet korrispondenti u temenda r-Regolament dwar l-ETIAS skont dan.
L-ewwel nett, l-inizjattiva attwali tistipula l-emendi fir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN, li dwaru riċentement, instab “ftehim fil-prinċipju” mill-koleġiżlaturi. B’hekk, skont l-intenzjoni espressa mill-koleġiżlaturi fir-Regolament dwar l-ETIAS issa huwa possibbli li jiġu inklużi d-dispożizzjonijiet meħtieġa fil-ETIAS dwar ir-relazzjoni bejn il-ETIAS u l-ECRIS-TCN u biex l-ECRIS-TCN tiġi emendata skont dan.
It-tieni nett, l-inizjattiva attwali għandha wkoll l-għan li tistabbilixxi r-relazzjonijiet bejn l-ETIAS u s-SIS. Il-qafas legali rivedut tas-SIS ġie adottat f’Novembru 2018. Il-proposta attwali tinkludi emendi konsegwenzjali li jirriżultaw mill-adozzjoni tar-Regolamenti ġodda tas-SIS. Skont il-qafas legali ġdid tas-SIS, ġie propost li tiġi inkluża kategorija ta’ twissija ġdida dwar il-kontrolli ta’ investigazzjoni għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet. Mhuwiex propost li tiġi inkluża kategorija ta’ allert dwar deċiżjonijiet tar-ritorn peress li tali allerti jitħassru fil-mument meta tiġi implimentata deċiżjoni ta’ ritorn. Dan ifisser li persuni li japplikaw għal awtorizzazzjoni tal-ETIAS wara li jkunu telqu mill-UE – b’definizzjoni –mhux se jkollhom rekord ta’ ritorn fis-SIS. It-tielet nett, l-inizjattiva attwali tfittex li temenda r-Regolament dwar l-EEAS biex tistabbilixxi teknikament ir-relazzjoni tagħha mal-ETIAS.
Ir-raba’ nett, l-inizjattiva timmira wkoll li temenda r-Regolament VIS tagħha sabiex tippermetti li l-VIS tirċievi, tipproċessa u twieġeb id-domandi tal-ETIAS. Għalkemm f’Mejju tal-2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex temenda r-Regolament dwar il-VIS sabiex taġġorna dik il-bażi ta’ data, l-inizjattiva attwali tressaq emendi fir-Regolament VIS attwalment fis-seħħ, peress li n-negozjati dwar il-proposta għall-VIS aġġornata mhumiex avvanzati biżżejjed. Madankollu, jekk il-proposta biex jiġi emendat ir-Regolament VIS tiġi adottata l-ewwel, jista’ jkun meħtieġ li jiġu introdotti xi bidliet tekniċi fil-proposta attwali biex jallinjawha mal-verżjoni emendata tar-Regolament VIS. Jekk il-proposta attwali tiġi adottata l-ewwel, xi bidliet tekniċi jistgħu jkunu meħtieġa fil-proposta li temenda r-Regolament VIS qabel l-adozzjoni tiegħu.
Barra minn hekk, wara l-adozzjoni kemm tar-Regolament dwar l-EES kif ukoll tar-Regolament dwar l-ETIAS, issa huwa meħtieġ l-mod kif l-EEAS u l-ETIAS qed jaħdmu flimkien jiġi allinjat mal-mod kif l-EES u l-VIS huma integrati għall-fini tal-proċess ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ta’ reġistrazzjoni ta’ qsim tal-fruntieri fl-EES. Dan se jirrazzjonalizza u jissimplifika l-ħidma tal-gwardji tal-fruntieri permezz tal-implimentazzjoni ta’ proċess ta’ kontroll fuq il-fruntiera aktar uniformi għal ċittadini ta’ pajjiż terz li jidħlu għal soġġorn qasir.
L-inizjattiva attwali, madankollu, ma tinkludix l-emendi relatati mal-Eurodac, il-bażi ta’ data tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni irregolari, minħabba li d-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi dwar il-proposta leġiżlattiva ta’ Mejju 2016 biex jissaħħaħ il-Eurodac. Barra minn hekk, id-data disponibbli fil-Eurodac attwali mhijiex suffiċjenti għall-finjiet tal-ETIAS, peress li l-Eurodac eżistenti jaħżen biss data bijometrika u n-numru ta’ referenza, iżda l-ebda data personali oħra (eż. isem/ismijiet, età, data tat-twelid) li tkun tista’ tagħti kontribut għall-objettivi tal-ETIAS. Il-proposta leġiżlattiva ta’ Mejju 2016 għal riformulazzjoni tar-Regolament Eurdac tfittex li testendi l-iskop tal-bażi tad-data għall-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu illegalment u dawk li jkunu daħlu fl-UE b’mod irregolari. B’mod partikolari, hija tipprevedi għall-ħżin ta’ data personali bħall-isem/ismijiet, l-età, id-data ta’ twelid, in-nazzjonalità u d-dokumenti tal-identità. Din id-data tal-identità hija essenzjali biex tiżgura li l-Eurodac se jkun jista’ jikkontribwixxi għall-objettivi tal-ETIAS.
Ladarba l-koleġiżlaturi jkunu laħqu ftehim politiku dwar ir-riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac, ir-Regolament Eurodac riformulat se jenħtieġ li jiġi ssupplimentat bl-emendi meħtieġa biex jikkonnettja l-Eurodac mal-ETIAS. Addizzjonalment, ladarba l-koleġiżlaturi jadottaw il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni għall-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, u wara ftehim politiku dwar il-proposta għal Regolament Eurodac riformulat, il-Kummissjoni se tapplika l-istess approċċ fir-rigward tal-emendi meħtieġa biex il-Eurodac isir parti mill-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni.
Fl-aħħar nett, skont il-Komunikazzjoni ta’ April 2016 dwar “Sistemi ta’ Informazzjoni Aktar Intelliġenti għall-fruntieri u s-sigurtà”, l-ETIAS trid tinbena abbażi ta’ użu mill-ġdid ta’ komponenti ta’ hardware u ta’ software żviluppati għall-EES. Dan huwa wkoll l-approċċ segwit mill-proposti leġiżlattivi dwar l-interoperabbiltà ta’ sistemi ta’ informazzjoni. L-iżvilupp tekniku tar-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità u tal-portal Ewropew tat-Tfittxija kif previst mill-proposti leġiżlattivi dwar l-interoperabbiltà ta’ sistemi ta’ informazzjoni jista’ jiġi żviluppat fuq il-bażi tal-komponenti tal-EES/ETIAS.
Din il-proposta, għalhekk, tippreżenta emendi fir-Regolament dwar l-ETIAS biex jiġi speċifikat li s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun tibni fuq il-komponenti tal-hardware u tas-software tas-Sistema Ċentrali tal-EES sabiex jiġi stabbilit repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità għall-ħżin ta’ data alfanumerika dwar l-identità kemm tal-applikanti tal-ETIAS u taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi rreġistrati fl-EES. Dan ir-repożitorju kondiviż ta’ informazzjoni dwar l-identità jista’ jkun il-bażi għall-implimentazzjoni tar-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità ladarba l-leġiżlaturi jadottaw il-proposti leġiżlattivi dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni. Barra minn hekk, matul perjodu tranżizzjonali, qabel ma jkun disponibbli l-portal Ewropew tat-tfittxija, l-ipproċessar awtomatiku ta’ applikazzjonijiet tal-ETIAS jista’ joqgħod fuq strument, li jista’ jintuża bħala l-bażi għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-portal Ewropew tat-tfittxija.
Minħabba li fil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-politiki tal-UE hemm differenzi fil-kamp ta’ applikazzjoni fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja, huwa neċessarju li jiġu adottati tliet strumenti legali separati li madankollu jaħdmu bla xkiel flimkien sabiex jippermettu l-operat u l-użu komprensiv tas-sistema.
•Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta
L-ETIAS ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1240. Ir-Regolament jispeċifika l-objettivi tal-ETIAS, jiddefinixxi l-arkitettura teknika u organizzattiva tagħha, jistabbilixxi regoli dwar l-operazzjoni u l-użu tad-data li għandha tiddaħħal fis-sistema mill-applikant u regoli dwar il-ħruġ jew ir-rifjut tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar, u jistabbilixxi l-finijiet li għalihom għandha tiġi pproċessata d-data, jidentifika l-awtoritajiet awtorizzati li jaċċessaw id-data u jispeċifika regoli biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ data personali.
Skont ir-Regolament dwar l-ETIAS, din il-proposta tintroduċi emendi fl-atti legali li jistabbilixxu s-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE li huma meħtieġa għat-twaqqif tar-relazzjoni tagħhom mal-ETIAS. Hija żżid ukoll id-dispożizzjonijiet korrispondenti fir-Regolament dwar l-ETIAS innifsu.
Din il-proposta hija mingħajr ħsara għad-Direttiva 2004/38/KE. Il-proposta bl-ebda mod ma temenda d-Direttiva 2004/38/KE.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Din il-proposta hija konsistenti mal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni u mal-komunikazzjonijiet sussegwenti, inkluż il-Komunikazzjoni tal-14 ta’ Settembru 2016 “It-titjib tas-sigurtà f’dinja ta’ mobilità: Skambju mtejjeb tal-informazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fruntieri esterni li jifilħu aktar”, kif ukoll l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà u l-ħidma u r-rapporti ta’ progress tal-Kummissjoni lejn Unjoni ta’ Sigurtà effettiva u ġenwina.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija magħmula mill-Artikolu 77(2) (a), (b) u (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Skont l-Artikolu 77(2), (a), (b) u (d) TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw miżuri li jikkonċernaw il-politika komuni dwar il-viżi u permessi ta’ residenza oħra fuq żmien qasir, il-kontrolli li għalihom persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni jkunu soġġetti, u kwalunkwe miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni. Dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat (jew il-prekursur tagħhom, fil-każ tal-Artikolu 77(2)(a) TFUE) kienu l-bażi ġuridika għall-adozzjoni tar-regolamenti li jistabbilixxu s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (l-Artikolu 62(2)(b)(ii) Trattat dwar il-Komunità Ewropea, segwiti bl-Artikolu 77(2)(a) TFUE), is-Sistema ta’ Dħul u Ħruġ (l-Artikolu 77(2) (b) u (d) TFUE), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (l-Artikolu 77(2) TFUE) u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-rigward tal-fruntieri (l-Artikolu 77(2)(b) u (d)TFUE). Din il-proposta għandha l-għan li temenda dawn ir-regolamenti u tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 77(2)(a), (b) u (d) TFUE għal dan.
•Sussidjarjetà
Il-Proposta tinkludi l-emendi tar-Regolamenti li jistabbilixxu sistemi ta’ informazzjoni fl-UE kollha biex jiġu ġestiti l-fruntieri esterni u s-sigurtà ta’ qasam mingħajr kontrolli fil-fruntieri esterni. Sistemi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni bħal dawn jistgħu, fin-natura tagħhom, jiġu stabbiliti biss fil-livell tal-UE, u mhux mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom.
•Proporzjonalità
Il-proposta tkompli telabora dwar prinċipji diġà stabbiliti mil-leġiżlatur fir-Regolament dwar l-ETIAS.
Dan isir evidenti mill-elementi li ġejjin.
L-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward ta’ skambji ta’ data bejn l-ETIAS u kull waħda mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn huma konformi mal-iskambji ta’ data previsti mill-Artikoli 20 u 23 tar-Regolament dwar l-ETIAS.
L-għoti ta’ drittijiet ta’ aċċess għal data dwar l-identità fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (EES, VIS, SIS, ECRIS-TFCN) mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jaqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-responsabbiltajiet assenjati lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS skont l-Artikoli 7, 22 u 75 tar-Regolament dwar l-ETIAS.
L-għoti ta’ drittijiet ta’ aċċess għal sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jaqgħu fl-ambitu tar-reponsabbiltajiet assenjati lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS skont l-Artikolu 8 u l-Kapitolu IV tar-Regolament dwar l-ETIAS.
Inkluża f’din il-proposta, l-inklużjoni ta’ allerti li jirrigwardaw il-kontrolli ta’ investigazzjoni hija koerenti mad-dispożizzjonijiet dwar l-appoġġ tal-objettivi tas-SIS fl-Artikolu 23 tar-Regolament dwar l-ETIAS.
Din il-proposta hija proporzjonata minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ f’termini ta’ azzjoni fil-livell tal-UE biex jintlaħqu l-objettivi.
•Għażla tal-istrument
Huwa propost Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-leġiżlazzjoni proposta tindirizza l-operat tas-sistemi ta’ informazzjoni ċentrali tal-UE għall-fruntieri u għas-sigurtà, li lkoll ġew stabbiliti - jew huma proposti biex jiġu stabbiliti - skont ir-Regolamenti. Bħala konsegwenza, huwa biss Regolament li jista’ jintgħażel bħala strument legali.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-proposta tal-ETIAS ġiet żviluppata fuq il-bażi ta’ studju ta’ fattibilità. Bħala parti minn dan l-istudju, il-Kummissjoni ġabret l-opinjonijiet ta’ esperti tal-Istati Membri dwar il-kontroll tal-fruntieri u s-sigurtà. Barra minn hekk l-elementi ewlenin tal-proposta tal-ETIAS ġew diskussi fil-qafas tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-interoperabilità li twaqqfet bħala segwitu tal-Komunikazzjoni dwar il-Fruntieri Intelliġenti u iktar B’saħħithom tas-6 ta’ April 2016. Saru konsultazzjonijiet ukoll ma’ rappreżentanti minn trasportaturi tal-ajru, tal-baħar u tal-ferrovija, kif ukoll ma’ rappreżentanti ta’ Stati Membri tal-UE bi fruntieri esterni fuq l-art. Bħala parti mill-istudju ta’ fattibilità, saret ukoll konsultazzjoni mal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali.
Din il-proposta tintroduċi biss bidliet tekniċi limitati, li jirriflettu d-dispożizzjonijiet li huma diġà stabbiliti fir-Regolament dwar l-ETIAS. Dawn l-aġġustamenti tekniċi limitati ma jiġġustifikawx li jkun hemm konsultazzjonijiet separati mal-partijiet ikkonċernati.
•Valutazzjoni tal-impatt
Din il-proposta m’hijiex sostnuta minn valutazzjoni tal-impatt. Il-proposta hija koerenti mar-Regolament dwar l-ETIAS, li l-proposta tiegħu kienet ibbażata fuq ir-riżultati tal-istudju ta’ fattibbiltà mwettaq minn Ġunju sa Ottubru 2016.
Peress li din il-proposta ma tinkludix elementi politiċi ġodda iżda sempliċiment tintroduċi bidliet tekniċi limitati, li jirriflettu dispożizzjonijiet li huma diġà stabbiliti fir-Regolament dwar l-ETIAS, valutazzjoni tal-impatt mhijiex meħtieġa.
Drittijiet fundamentali
Meta mqabbla mar-Regolament dwar l-ETIAS, din il-proposta tispeċifika biss f’aktar dettall liema data trid titqabbel ma’ liema data f’sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE u tipprovdi l-emendi meħtieġa rigward id-drittijiet ta’ għoti ta’ aċċess għal dawn is-sistemi l-oħrajn lill-Unitajiet Ċentrali u Nazzjonali tal-ETIAS. Għalhekk, din il-proposta tikkonforma mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, u hija konformi wkoll mal-Artikolu 16 tat-TFUE li jiggarantixxi lil kulħadd id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardahom.
4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT
Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit.
5.ELEMENTI OĦRA
•Parteċipazzjoni
Din il-proposta tibni fuq l-acquis ta’ Schengen rigward il-qsim tal-fruntieri esterni u l-viża.
Għalhekk għandhom ikunu kkunsidrati l-konsegwenzi li ġejjin konnessi mad-diversi protokolli u ftehimiet mal-pajjiżi assoċjati:
Id-Danimarka: Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri skont it-Titolu V tat-tielet parti tat-TFUE. Billi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, għandha tiddeċiedi jekk hijiex se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Ir-Renju Unit u l-Irlanda: F’konformità mal-Artikoli 4 u 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 rigward it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda li tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jiħdux sehem fl-istrumenti legali li jorganizzaw u jappoġġaw l-abolizzjoni ta’ kontroll fil-fruntieri interni u l-miżuri li jmorru magħhom rigward il-kontrolli fil-fruntieri esterni u l-viża.
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp ta’ dan l-acquis, u għalhekk, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex marbutin bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu.
L-Iżlanda u n-Norveġja: Il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni konkluż bejn il-Kunsill u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dan tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen huma applikabbli, peress li l-proposta preżenti hija bbażata fuq l-acquis ta’ Schengen kif definit fl-Anness A ta’ dan il-Ftehim.
L-Iżvizzera: Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, kif previst bil-Ftehim ta’ bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din tal-aħħar fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.
Il-Liechtenstein: Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, kif previst bil-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.
Il-Kroazja, Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija: Sa fejn temenda r-Regolament li jistabbilixxi l-ETIAS, din il-proposta tibni fuq il-kundizzjonijiet ta’ dħul kif deskritti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399, li kellhom jiġu applikati minn dawk l-Istati Membri wara l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea. Sa fejn din il-proposta għandha t-tendenza li temenda r-Regolamenti li jistabbilixxu l-VIS, is-SIS u l-EES, l-applikazzjoni sħiħa mill-erba’ Stati Membri kkonċernati tiddependi fuq deċiżjoni unanima tal-Kunsill li tneħħi l-kontrolli fil-fruntieri interni magħhom; sadanittant, jenħtieġ li jitqiesu d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE, (UE) 2017/733, (UE) 2017/1908 u (UE) 2018/934.
2019/0002 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn għall-finijiet tal-ETIAS u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1240, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (UE) 2017/2226 u r-Regolament (UE) 2018/1861
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a), (b) u (c) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta’ viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni. Huwa stabbilixxa l-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex tinħareġ jew tiġi miċħuda awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.
(2)L-ETIAS tippermetti l-kunsiderazzjoni dwar jekk il-preżenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri tistax toħloq riskju ta’ sigurtà, ta' immigrazzjoni illegali jew riskju epidemiku kbir.
(3)Sabiex tippermetti l-verifika msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1240, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-interoperabbiltà msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament. Mingħajr din l-interoperabbiltà, l-ETIAS ma tistax tibda l-operazzjonijiet tagħha.
(4)Dan ir-Regolament jistabbilixxi kif din l-interoperabbiltà u l-kundizzjonijiet għall-konsultazzjoni tad-data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE u data tal-Europol mill-proċess awtomatizzat tal-ETIAS għall-finijiet li jiġu identifikati l-hits għandhom jiġu implimentati. Riżultat ta’ dan, jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2018/1240, (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1861 [SIS - kontrolli fil-fruntieri], sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tiġi konnessa ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE u ma’ data tal-Europol u biex tiġi speċifikata d-data li se tintbagħat lejn u minn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u data tal-Europol.
(5)Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż, jenħtieġ li l-ETIAS, kif previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, tuża mill-ġdid komponenti ta’ hardware u ta’ software żviluppati għas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ ("EES") għall-iżvilupp tar-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità. Dan ir-repożitorju użat għall-ħażna ta’ data alfanumerika kemm tal-applikanti tal-ETIAS u ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz irreġistrata fl-EES, jenħtieġ li jiġi żviluppat b’mod li jippermetti l-estensjoni tiegħu biex isir ir-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità. Fl-istess spirtu, l-għodda li għandha tiġi stabbilita biex l-ETIAS tkun tista' tqabbel id-data tagħha ma’ dik ta’ kull sistema oħra kkonsultata permezz ta’ domanda waħda mressqa għandha tiġi żviluppata b’mod li jippermetti l-evoluzzjoni tagħha biex issir il-Portal Ewropew tat-Tfittxija tal-ġejjieni.
(6)Il-modalitajiet tekniċi jenħtieġ li jiġu ddefiniti biex jippermettu lill-ETIAS tivverifika regolarment u awtomatikament f’sistemi oħrajn jekk il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-fajls tal-applikazzjoni, kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1240, għadhomx issodisfati.
(7)Bl-għan li jiġi żgurat il-ksib sħiħ tal-objettivi tal-ETIAS, kif ukoll biex jitkomplew l-objettivi tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen ("SIS"), jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tal-verifiki awtomatizzati f’kategorija ta’ twissija ġdida introdotta mir-reviżjoni riċenti tas-SIS, jiġifieri l-allert ta’ persuni soġġetti għal kontrolli ta’ investigazzjoni.
(8)L-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS tista’ tiġi revokata wara r-reġistrazzjoni fis-SIS ta’ allerti ġodda dwar ir-rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn, jew rigward dokument tal-ivvjaġġar rapportat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat. Sabiex is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tkun informata awtomatikament mis-SIS dwar allerti ġodda bħal dawn, jenħtieġ li jiġi stabbilit proċess awtomatiku bejn is-SIS u l-ETIAS.
(9)Bil-għan li tiġi razzjonalizzata u simplifikata l-ħidma tal-gwardji tal-fruntiera permezz tal-implimentazzjoni ta’ proċess għall-kontroll tal-fruntieri aktar uniformi għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiż terz għal soġġorn qasir, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 u r-Regolament (UE) 2018/1240, issa huwa mixtieq li l-mod kif l-EES u l-ETIAS qed jaħdmu flimien jiġi allinjat mal-mod kif l-EES u l-VIS huma integrati għall-fini ta’ proċess għall-kontroll tal-fruntieri u r-reġistrazzjoni tal-qsim tal-fruntieri fl-EES.
(10)Il-kundizzjonijiet skont liema l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn għall-finijiet tal-ETIAS jenħtieġ li jiġu salvagwardjati permezz ta’ regoli ċari u preċiżi rigward l-aċċess mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għad-data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn, it-tip ta’ domandi u kategoriji ta’ data, li kollha kemm huma jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ għall-prestazzjoni tal-obbligi tagħhom. Bl-istess mod, id-data maħżuna fil-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS jenħtieġ li tkun viżibbli biss għal dawk l-Istati Membri li qed joperaw is-sistemi ta’ informazzjoni sottostanti f’konformità mal-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom. Bħala eżempju, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża jikkostitwixxu dispożizzjonijiet li jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li għalihom id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Viża huma rilevanti.
(11)Skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali ta’ sistemi ta’ informazzjoni fuq skala kbira fl-ispazju tal-libertà, sigurtà u ġustizzja (“eu-LISA”), stabbilita mir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li tkun responsabbli mill-fażi tat-tfassil u tal-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS.
(12)Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għad-Direttiva 2004/38/KE.
(13)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hux se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.
(14)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li r-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fih, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE; għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ma huwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.
(15)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE; l-Irlanda mhux qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.
(16)Fir-rigward tal-Iżlanda u tan-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE.
(17)Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/149/ĠAI.
(18)Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera għall-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat konġuntement mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE.
(19)Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jemendaw ir-Regolament li jistabbilixxi l-ETIAS jikkostitwixxu dispożizzjonijiet li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huma marbutin miegħu, rispettivament, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011 rispettivament.
(20)Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament relatati mal-VIS, is-SIS u l-EES jikkostitwixxu dispożizzjonijiet li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huma marbutin miegħu, rispettivament, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011 moqri flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE, (UE) 2017/733 , (UE) 2017/1908 u (UE) 2018/934.
(21)Jenħtieġ li, għalhekk, ir-Regolamenti (UE) 2018/1240, (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, u (UE) 2018/1861 (SIS- kontrolli fil-fruntieri) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jenħtieġ.
(22)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I: EMENDI FIR-REGOLAMENT (UE) 2018/1240
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament (UE) 2018/1240 [ETIAS]
(1)fl-Artikolu 3(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(23) 'sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn' tfisser Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (“EES”), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (“VIS”), is-Sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”) u s-Sistema ta’ Informazzjoni tar-Rekord Kriminali Ewropew – Ċittadini ta’ Pajjiż Terz (“ECRIS-TCN”).”;
(2)fl-Artikolu 4, jiżdied il-punt li ġej:
“(h) tappoġġa l-objettivi tal-EES.”;
_____________
* In-numerazzjoni tqis l-emenda ta’ dan ir-Regolament magħmula mill-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (fruntieri u viża), COM(2018) 478 final”;
(3)fl-Artikolu 6(3), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“B’mod partikolari, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tibni fuq il-komponenti tal-hardware u tas-software s-Sistema Ċentrali tal-EES sabiex jiġi stabbilit repożitorju komuni ta’ informazzjoni għall-ħażna ta’ data alfanumerika dwar l-identità kemm tal-applikanti tal-ETIAS kif ukoll taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz rreġistrati fl-EES. Id-data alfanumerika tal-applikanti tal-ETIAS maħżuna fir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità għandha tagħmel parti mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. [Dan ir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità għandu jkun il-bażi għall-implimentazzjoni tar-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità.]
Dan huwa mingħajr ħsara għaż-żamma tad-data tal-EES u tal-ETIAS loġikament separati u soġġetti għal aċċess kif iddefinit fir-regolamenti li jistabbilixxu s-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi.”;
(4)L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 11
Interoperabbiltà ma’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn u data tal-Europol”;
1. L-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn u d-data tal-Europol għanda tiġi stabbilita biex tippermetti l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikoli 20, 23, l-Artikolu 24(6)(c)(ii), l-Artikolu 41 u l-Artikolu 54(1)(b).
[L-interoperabbiltà għandha toqgħod fuq il-Portal Ewropew tat-Tfittxija ("ESP"), stabbilit mill-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/XXX (interoperabbiltà). Matul perjodu tranżizzjonali, qabel ma l-ESP ikun disponibbli, l-ipproċessar awtomatizzat għandu jiddependi fuq strument żviluppat mill-eu-LISA għall-fini ta’ dan il-paragrafu. Din l-għodda għandha tintuża bħala l-bażi għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni tal-ESP, f’konformità mal-Artikolu 52 ta’ dan ir-Regolament].
2. Għall-fini tal-proċediment tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 20(2)(i), l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11(1), għandu jippermetti lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex tikkonsulta l-VIS, stabbilita mir-Regolament (KE) 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, bid-data li ġejja tal-Artikoli 17(2)(a), (ab),(c) u (d) ta’ dan ir-Regolament:
(a)il-kunjom (isem il-familja);
(a)il-kunjom mat-twelid;
(b)l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti/ja);
(c)id-data tat-twelid;
(d)il-post tat-twelid;
(e)il-pajjiż tat-twelid:
(f)sess;
(g)nazzjonalità attwali;
(h)nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
(i)it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar;
3. Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fl-Artikolu 20(2)(g) u (h), l-ipproċessar awtomatiku fl-Artikolu 11(1) għandu jippermetti lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta l-EES, stabbilita mir-Regolament (UE) 2017/2226, bid-data li ġejja tal-Artikolu 17(2)(a) sa (d):
(a)il-kunjom (isem il-familja);
(b)il-kunjom mat-twelid;
(c)l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti/ja);
(d)id-data tat-twelid;
(e)sess;
(f)nazzjonalità attwali;
(g)ismijiet oħrajn (psewdonimu/psewdonimi;
(h)l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi;
(i)l-isem/ismijiet tas-soltu;
(j)nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
(k)it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar.
4. Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fl-Artikolu 20(2)(c), (m)(ii) u (o), u l-Artikolu 23(1), l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11(1), għandu jippermetti lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex tikkonsulta s-SIS stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1860 (verifiki fil-fruntieri) bid-data li ġejja tal-Artikoli minn 17(2)(a) sa (d) u l-Artikolu 17(2)(k):
(a)il-kunjom (isem il-familja);
(b)il-kunjom mat-twelid;
(c)l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));
(d)id-data tat-twelid;
(e)il-post tat-twelid;
(f)sess;
(g)nazzjonalità attwali;
(h)ismijiet oħra (psewdonimu/psewdonimi);
(i)l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi;
(j)l-isem/ismijiet tas-soltu;
(k)nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
(l)it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar;
(m)għall-minuri, il-kunjom u l-ewwel isem/ismijiet tal-ġenituri fl-awtorità jew tal-kustodju legali tal-applikant;
5. Għall-fini ta’ proċediment għall-verifiki msemmija fl-Artikolu 20(2)(a), (d) u (m)(i) u l-Artikolu 23(1), l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11(1), għandu jippermetti lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex tikkonsulta s-SIS stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2018/1862 (pulizija), bid-data li ġejja tal-Artikoli 17(2)(a) sa (d) u l-Artikolu 17(2)(k):
(a)il-kunjom (isem il-familja);
(b)il-kunjom mat-twelid;
(c)l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));
(d)id-data tat-twelid;
(e)il-post tat-twelid;
(f)sess;
(g)nazzjonalità attwali;
(h)ismijiet oħra (psewdonimu/psewdonimi;
(i)isem/ismijiet artistiċi;
(j)isem/ismijiet tas-soltu;
(k)nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
(l)it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar;
(m)għall-minuri, il-kunjom u l-ewwel isem/ismijiet tal-ġenituri fl-awtorità jew tal-kustodju legali tal-applikant.
6. Għall-fini ta’ proċediment għall-verifiki msemmija fl-Artikolu 20(2)(n), l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11(1) għandu jippermetti li s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta d-data ECRIS-TCN [fir-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità] stabbilit mir-[Regolament (UE) 2018/XXX], bid-data li ġejja tal-Artikolu minn 17(2)(a) sa (d):
(a)il-kunjom (isem il-familja);
(b)il-kunjom mat-twelid;
(c)l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));
(d)id-data tat-twelid;
(e)il-post tat-twelid;
(f)sess;
(g)nazzjonalità attwali;
(h)ismijiet oħra (psewdonomu/psewdonimi);
(i)l-isem/ismijiet artistiċi;
(j)l-isem/ismijiet tas-soltu;
(k)nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
(l)it-tip, in-numru, il-pajjiż ta’ oriġini tad-dokument tal-ivvjaġġar;
7.Għall-fini ta’ proċediment għall-verifiki msemmija fl-Artikolu 20(2)(j), l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11(1) għandu jippermetti lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta d-data tal-Europol, bl-informazzjoni tal-Artikolu 17(2) kif elenkata fl-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament.
8. Fejn hits jiġu identifikati, l-għodda msemmija fl-Artikolu 11, għandha tagħmel temporanjament disponibbli r-riżultati fil-fajl tal-applikazzjoni tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, sat-tmiem tal-proċess manwali skont l-Artikolu 22(2) u l-Artikolu 23(2). Meta d-data li titqiegħed għad-dispożizzjoni tikkorrispondi ma’ dik tal-applikant jew fejn ikun fadal id-dubji, il-kodiċi uniku tal-ID tad-data li jkun attiva hit għandu jinżamm fil-fajl ta’ applikazzjoni.
Meta hits jiġu identifikati, skont dan il-paragrafu, l-ipproċessar awtomatizzat għandu jirċievi n-notifika xierqa f’konformità mal-Artikolu 21(1a) tar-Regolament (UE) 2016/794.
9. Hit tinħoloq meta d-data kollha jew xi data mill-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS użat għal konsultazzjoni tkun tikkorrispondi b’mod sħiħ jew parzjali għad-data preżenti f’rekord, allert jew fajl tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn ikkonsultati. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi korrispondenza parzjali, inkluż grad ta’ probabbiltà.
10. Għall-fini tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-modalitajiet tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 24(6)(c)(ii) u l-Artikolu 54(1)(b) relatati mar-żamma tad-data.
11. Għall-fini tal-Artikolu 25(2), l-Artikolu 28(8) u l-Artikolu 29(9) meta tiġi rreġistrata data relatata ma’ hits fil-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS, l-oriġini tad-data għandha tiġi indikata. Dan għandu jinkludi t-tip ta’ allert, minbarra allerti msemmija fl-Artikolu 23(1), is-sors tad-data (ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE jew data tal-Europol), in-numru ta’ identifikazzjoni uniku użat fis-sors tad-data li jkun ħoloq il-ħit u l-Istat Membru li daħħal jew ipprovda d-data li tkun ħolqot il-hit u, meta jkunu disponibbili, id-data u l-ħin meta d-data ddaħħlet u sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE jew data tal-Europol.
____________
* Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).”;
(5)jiddaħħal l-artikolu segwenti:
“Artikolu 11 a
Appoġġ għall-objettivi tal-EES
Għall-finijiet tal-Artikoli 6, 14 u 17 tar-Regolament (UE) 2017/2226, proċess awtomatizzat, bl-użu tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni sikura tal-Artikolu 6(2)(d) ta’ dan ir-Regolament, għandu jikkonsulta u jimporta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47 (2) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll in-numru tal-applikazzjoni u t-tmiem tal-perjodu ta’ validità ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS, u jaġġorna r-rekord ta’ dħul/ħruġ fl-EES skont dan.”;
(6)Fl-Artikolu 12, l-uniku paragrafu jingħata n-numru ta’ paragrafu 1 u jiżdied il-paragrafu li ġej:
“2. Għall-fini tal-paragrafu 1, ftehim ta’ kooperazzjoni għandu jiġi miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u l-EUROPOL. Dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni għandu jipprevedi l-modalitajiet għall-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali.”;
(7)fl-Artikolu 20(2) jiżdied il-punt li ġej:
“(n) jekk l-applikant jikkorrispondix għall-persuna li d-data tagħha hija rreġistrata fl-ECRIS TCN rigward reati terroristiċi u reati kriminali serji oħrajn;
(8)Fl-Artikolu 22, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
“7. Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS għandha żżomm rekords tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data mwettqa għal valutazzjonijiet taħt il-paragrafi minn 1 sa 6 mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. Dawn ir-rekords għandhom jinħolqu u jiddaħħlu awtomatikament fil-fajl tal-applikazzjoni. Huma għandhom juru d-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni, id-data marbuta mal-hit irċevut, il-membru tal-persunal li wettaq l-ipproċessar manwali taħt il-paragrafi minn 1 sa 6 u l-eżitu tal-verifika u l-ġustifikazzjoni korrispondenti.”;
(9)L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
(a)il-punt (c) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c) allerti dwar persuni għal verifiki diskreti, kontrolli ta’ investigazzjoni jew verifiki speċifiċi.”;
(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Meta t-tqabbil imsemmi fil-paragrafu 1 jirrapporta hit wieħed jew diversi, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tibgħat notifika awtomatika lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. Meta notifikata, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u kwalunkwe fajl tal-applikazzjoni konness, sabiex tivverifika jekk id-data personali tikkorrispondix mad-data personali inkluża fl-allert li tkun ħolqot dik il-hit u jekk tiġi kkonfermata korrispondenza, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tibgħat notifika awtomatika lill-BUREAU SIRENE tal-Istat Membru li daħħal l-allert. Il-Bureau SIRENE kkonċernat għandu jkompli jivverifika jekk id-data personali tikkorrispondix mad-data personali inkluża fl-allert li tkun ħolqot il-hit u jieħu kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu xierqa.”;
(c)jiżdied il-paragrafu li ġej:
“5. Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS għandha żżomm rekords sħaħ tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data mwettqa għal valutazzjonijiet taħt il-paragrafi minn 1 sa 4 mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS. Dawn ir-rekords għandhom jinħolqu u jiddaħħlu awtomatikament fil-fajl tal-applikazzjoni. Huma għandhom juru d-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni, id-data marbuta mal-hit irċevut, il-membru tal-persunal tal-Unità Ċentrali li jkun wettaq l-ipproċessar manwali taħt il-paragrafi minn1 sa 4, l-eżitu tal-verifika u l-ġustifikazzjoni korrispondenti.”;
(10)jiddaħħal l-artikolu segwenti:
“Artikolu 25a
Użu tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollhom aċċess dirett għal u għandhom ikunu jistgħu jikkonsultaw, f’format li jinqara biss, sistemi ta’ informazzjoni tal-UE oħrajn biex jeżaminaw applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u biex jadottaw deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw id-data msemmija fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)l-Artikoli minn 16 sa 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226;
(b)l-Artikolu 9(14) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
(c)l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament SIS (UE) Nru 2018/1861 (SIS - verifiki fil-fruntieri);
(d)L-Artikoli 26, 32, 34, 36 u l-Artikolu 38(2)(k) u (l) tar-Regolament dwar is-SIS (UE) Nru 2018/1862 (Pulizija);
2.L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu wkoll ikollhom aċċess għar-reġistri tar-rekords kriminali nazzjonali sabiex jiksbu l-informazzjoni dwar persuni ta’ pajjiż terz u persuni apolidi kkundannati għal reat terroristiku jew reat serju ieħor għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
(11)fl-Artikolu 26(3), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b) tivvaluta r-riskju ta’ sigurtà jew ta’ immigrazzjoni illegali u tiddeċiedi toħroġx jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar meta l-hit tikkorrispondi għal kwalunkwe verifika msemmija fil-punt (b) u l-punti minn (d) sa (n) tal-Artikolu 20(2).”;
(12)fl-Artikolu 41, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, meta jinħareġ allert ġdid fis-SIS rigward ir-rifjut ta’ dħul u soġġorn, jew rigward dokument għall-ivvjaġġar irrapportat mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat, is-SIS għandha tinforma lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAs għandha tivverifika jekk dan l-allert il-ġdid jikkorrispondix ma’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida. Meta dan ikun il-każ, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAs għandha tittrasferixxi l-fajl tal-applikazzjoni lill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun daħħal l-allert. Meta allert jew rifjut ġdid ta’ dħul u soġġorn ikun inħareġ, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Meta l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun marbuta ma’ dokument tal-ivvjaġġar rapportat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat fis-SIS jew l-SLTD, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jipproċessaw il-fajl tal-applikazzjoni manwalment.”;
(13)L-Artikolu 88 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a) l-emendi meħtieġa għall-atti legali li jistabbilixxu s-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE msemmija fl-Artikolu 11 li bihom l-interoperabbiltà, skont it-tifsira tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi stabbilita bid-dħul fis-seħħ tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, bl-eċċezzjoni tar-riformulazzjoni tal-Eurodac;”
(b)il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej;
“(d) il-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(8), l-Artikolu 11(9), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), (5) u (6), l-Artikolu 18(4), l-Artikolu 27(3) u (5), l-Artikolu 33(2) u (3), l-Artikolu 36(3), l-Artikolu 38(3), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 45(3), l-Artikolu 46(4), l-Artikolu 48(4), l-Artikolu 59(4), l-Artikolu 73(3)(b), l-Artikolu 83(1), (3), u (4) u l-Artikolu 85(3) ġew adottati;”;
(c)jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:
“6. L-interoperabbiltà, imsemmija fl-Artikolu 11, mal-ECRIS-TCN għandha tibda meta [is-CIR] jibda jopera, li huwa skedat għall-2022. L-operazzjonijiet tal-ETIAS għandhom jibdew irrispettivament minn jekk tiddaħħalx fis-seħħ l-interoperabbiltà mal-ECRIS-TCN.
7. L-ETIAS għandha tibda l-operazzjonijiet tagħha irrispettivament minn jekk ġiex konkluż ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-INTERPOL kif imsemmi fl-Artikolu 12(2) u irrispettivament minn jekk huwiex possibbli li jiġu kkonsultati l-bażijiet tad-data tal-Interpol.”.
(14)It-tieni paragrafu tal-Artikolu 96 huwa emendat kif ġej:
“Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data stabbilita mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 88, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6, 11, 11a, 12, 33, 34, 35, 59, 71, 72, 73, l-Artikoli minn 75 sa 79, l-Artikoli 82, 85, 87, 89, 90, 91, l-Artikolu 92(1) u (2), l-Artikoli 93 u 95, kif ukoll id-dispożizzjonijiet relatati mal-miżuri msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 88(1), li għandhom japplikaw mid-9 ta’ Ottubru 2018.”
KAPITOLU II: EMENDI FI STRUMENTI TAL-UNJONI OĦRA
L-Artikolu 2
Emendi fir-Regolament (KE) Nru 767/2008 [VIS]
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 huwa emendat kif ġej:
(1)Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. L-aċċess għall-VIS sabiex tiġi kkonsultata d-data għandu jiġi riżervat esklussivament għal persunal awtorizzat kif xieraq tal-awtoritajiet ta’ kull Stat Membru, inkluż għal persunal awtorizzat kif xieraq mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, maħtur skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, li huma kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli minn 15 sa 22, u għal persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajeit nazzjonali ta’ kull Stat Membruu tal-korpi tal-UE li huma kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-[Artikolu 20 u l-Artikolu 21 tar-Regolament 2018/xx dwar l-interoperabbiltà] limitat sal-punt li d-data hija meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom f’konformità ma’ dawn il-finijiet, u proporzjonata mal-objettivi segwiti.”;
_____________
* Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”;
(2)jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:
“Artikolu 18b
L-interoperabbiltà mal-ETIAS skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240
1.Mill-bidu tal-operazzjonijiet tal-ETIAS, kif previst fl-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-“CS-VIS” għandha tiġi konnessa mal-istrument imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240 biex tippermetti l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi f’dak l-Artikolu.
2.L-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandu jippermetti l-verifiki previsti fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u l-verifiki sussegwenti tiegħu tal-Artikoli 22 sa 26 ta’ dan ir-Regolament.
Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki tal-punt (i) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAs għandha tuża l-istrument imsemmi fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament biex tqabbel id-data fl-ETIAS mad-data fil-VIS, skont l-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament, bl-użu tal-korrispondenzi elenkati fit-tabella fl-anness II.
Artikolu 18c
Aċċess għad-data mill-VIS mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS
1.L-Unità Ċentrali tal-ETIAS, stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jkollha, għall-fini tat-twettiq tal-kompitit tagħha mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, id-dritt li taċċessa u tfittex data rilevanti fil-VIS skont l-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament.
2.Meta verifika mill-Unita Ċentrali tal-ETIAs tikkonferma l-korrispondenza bejn data rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS u data fl-EES jew meta jibqgħu dubji, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tapplika, mingħajr ħsara għall-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Artikolu 18d
L-użu tal-VIS għall-ipproċessar manwali mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS
1.Konsultazzjoni tal-VIS mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAs għandha ssir bl-użu tal-istess data alfanumerika bħal dik użata għall-ipproċessar awtomatiku msemmi fl-Artikolu 18b(2).
2.L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, innominati skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jkollhom aċċess għall-VIS u għandhom ikunu jistgħu jikkonsultawh, f’format li jinqara biss, għall-fini li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw id-data msemmija fl-Artikoli minn 9 sa 14 ta’ dan ir-Regolament.
3.Wara aċċess skont il-paragrafu 1, persunal awtorizzat b’mod xieraq tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jirreġistra biss ir-riżultat tal-valutazzjoni u għandu jirreġistra dan ir-riżultat fil-fajls ta’ applikazzjoni tal-ETIAS.”;
(3)jiddaħħal l-artikolu segwenti:
“Artikolu 34a
Iż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet
Għall-konsultazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 18b ta’ dan ir-Regolament, żamma ta’ reġistrazzjoni ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data mwettqa fi ħdan il-VIS u l-ETIAS għandha tinżamm skont l-Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240.”;
(4)l-Anness jingħata n-numru “Anness I” u jiżdied l-Anness li ġej:
“Anness III
It-tabella ta’ korrispondenza msemmija fl-Artikolu 18b
|
Data tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2018/1240 mibgħuta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS
|
Id-data li tikkorrispondi mal-VIS tal-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament li d-data tal-ETIAS jenħtieġ li tiġi verifikata magħha
|
|
il-kunjom (isem il-familja)
|
kunjomijiet
|
|
il-kunjom mat-twelid
|
il-kunjomijiet mat-twelid (kunjom/kunjomijiet ta’ qabel)
|
|
l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));
|
l-isem/ismijiet
|
|
id-data tat-twelid
|
id-data tat-twelid
|
|
il-post tat-twelid
|
il-post tat-twelid
|
|
il-pajjiż tat-twelid
|
il-pajjiż tat-twelid
|
|
sess
|
Sess
|
|
ċittadinanza attwali
|
nazzjonalità attwali u nazzjonalità mat-twelid
|
|
nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
|
nazzjonalità attwali u nazzjonalità mat-twelid;
|
|
it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar
|
it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar
|
|
numru tad-dokument tal-ivvjaġġar
|
numru tad-dokument tal-ivvjaġġar
|
|
il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar
|
l-awtorità li ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar
|
“
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 2017/2226 [EES]
Ir-Regolament (UE) 2017/2226 huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 6(1), jiżdied il-punt li ġej:
“(k) tappoġġja l-objettivi tal-ETIAS stabbilita mir-Regolament (EU) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
_____________
* Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
(2)jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:
“Artikolu 8 a
Proċess awtomatizzat mal-ETIAS
Proċess awtomatizzat, bl-użu ta’ infrastruttura tal-komunikazzjoni tal-Artikolu 6(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jippermetti lill-EES toħloq jew taġġorna r-rekord tad-dħul/ħruġ jew ir-rifjut tar-rekord tad-dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz eżentat mill-ħtieġa ta’ viża fl-EES skont l-Artikoli 14 u 17 ta’ dan ir-Regolament.
Meta rekord ta’ dħul/ħruġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz eżentat mill-ħtieġa ta’ viża jinħoloq, il-proċess awtomatizzat għandu jippermetti lis-Sistema Ċentrali tal-EES dan li ġej:
(a)biex tikkonsulta u timporta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, in-numru ta’ applikazzjoni u t-tmiem tal-perjodu ta’ validità ta’ awtorizzazjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS;
(b)biex taġġorna r-rekord ta’ dħul/ħruġ fl-EES skont l-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8b
Interoperabbiltà mal-ETIAs skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240
1.Mill-bidu tal-operat tal-ETIAS, kif previst fl-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-EES għandha tiġi marbuta mal-istrument imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240 biex tippermetti l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi f’dak l-Artikolu.
2.Mingħajr ħsara għall-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandu jippermetti l-verifiki previsti fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament u l-verifiki sussegwenti tal-Artikoli 22 u 26 ta’ dan ir-Regolament.
Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-għodda msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament biex tqabbel id-data fl-ETIAS mad-data fl-EES, skont l-Artikolu 11(8) ta’ dan ir-Regolament, bl-użu tal-korrispondenzi elenkati fit-tabella fl-anness III.
Il-verifiki għandhom ikunu mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi previsti fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240.”;
(3)fl-Artikolu 9, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
“2a. Il-persunal awtorizzat b’mod xieraq tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, maħtura skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jkollu aċċess għall-EES biex jikkonsulta d-data f’format li jinqara biss.”;
(4)fl-Artikolu 17(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Id-data li ġejja għandha tiġi mdaħħla wkoll fir-rekord tad-dħul/ħruġ:
(a)in-numru tal-applikazzjoni;
(b)tmiem il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS;
(c)f’każ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali, l-Istat(i) Membru/Membri li għalih(om) huma validi.”;
(5)jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:
“Artikolu 25a
Aċċess għad-data mill-EES mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS
1.L-Unità Ċentrali tal-ETIAS, stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jkollha, għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħha mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, id-dritt għall-aċċess u tfittix tad-data fl-EES skont l-Artikolu 11(8) ta’ dan ir-Regolament.
2.Meta verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS tikkonferma l-korrispondenza bejn id-data rreġistrata fil-fajl ta’ applikazzjoni tal-ETIAS u d-data fl-EES jew meta jibqgħu dubji, tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Artikolu 25b
Użu tal-EES għall-ipproċessar manwali mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS
1.Konsultazjzoni tal-EES mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandhom isiru bl-użu tal-istess data alfanumerika bħal dik użata għall-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 8b(2) ta’ dan ir-Regolament.
2.L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollhom aċċess għall-EES u jistgħu jikkonsultawha, f’format li jinqara biss, għall-fini tal-eżami tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, skont l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw id-data msemmija fl-Artikoli minn 16 sa 18 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1240.
3.Wara aċċess skont il-pagarafu 1, persunal awtorizzat b’mod xieraq tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jirreġistra biss ir-riżultat tal-valutazzjoni u għandu jirreġistra dan ir-riżultat fil-fajls ta’ applikazzjoni tal-ETIAS.”;
(6)L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 28
Iż-żamma ta’ data miksuba mill-EES
Id-data aċċessata mill-EES skont l-Artikoli 24, 25, 26 u 27 tista’ tinżamm f’fajls nazzjonali u d-data aċċessata mill-EES skont l-Artikolu 25a tista’ tinżamm fil-fajls ta’ applikazzjoni tal-ETIAS biss meta jkun meħtieġ f’każ individwali, skont l-iskop li għalih ġiet aċċessata u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dwar il-protezzjoni tad-data, u mhux għal aktar minn dak li hu strettament meħtieġ f’dak il-każ individwali.”;
(7) Fl-Artikolu 46(2), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:
“Għall-konsultazzjonijiet elenkati fl-Artikoli 8a, 8b u 25a ta’ dan ir-Regolament, għandha tinżamm reġistrazzjoni ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data mwettqa fi ħdan l-EES u l-ETIAS f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240.”;
(8)Jiżdied l-anness li ġej:
“Anness III
Tabella ta’ korrispondenzi msemmija fl-Artikolu 8 b
|
Data tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2018/1240 mibgħuta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS
|
Data korrispondenti tal-EES tal-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-Regolament li magħha jenħtieġ li tiġi vverifikata d-data tal-ETIAS
|
|
il-kunjom (isem il-familja);
|
kunjomijiet;
|
|
il-kunjom mat-twelid;
|
kunjomijiet;
|
|
l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));
|
l-ewwel isem jew ismijiet (ismijiet mogħtija);
|
|
ismijiet oħra (psewdonimu/psewdonimi, isem/ismijiet artistiku/artistiċi, isem/ismijiet tas-soltu);
|
l-ewwel isem jew ismijiet (ismijiet mogħtija);
|
|
id-data tat-twelid
|
id-data tat-twelid
|
|
sess
|
sess
|
|
nazzjonalità attwali
|
in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet
|
|
nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm)
|
nazzjonalità jew nazzjonalitajiet
|
|
it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar
|
it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar
|
|
numru tad-dokument tal-ivvjaġġar
|
numru tad-dokument tal-ivvjaġġar
|
|
it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar
|
il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar
|
“
Artikolu 4
Emendi fir-Regolament (UE) 2018/1861 (SIS - verifiki fil-fruntieri)
Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1861 huwa emendat kif ġej:
(1)fil-Kapitolu III, l-Artikolu li ġej huwa miżjud:
“Artikolu 18a
Żamma ta’ reġistri għall-fini tal-interoperabbiltà mal-ETIAS skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240
Ir-reġistri għal kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data mwettqa fi ħdan is-SIS u l-ETIAS skont l-Artikolu 36a u 36b għandhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.*
_____________
* Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”;
(2)fl-Artikolu 34(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(g) ipproċessar manwali ta’ applikazzjonijiet tal-ETIAS mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240.”;
(3)jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:
“Artikolu 36a
Aċċess għad-data tas-SIS mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS
1.L-Unità Ċentrali tal-ETIAS, stabbilita fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu jkollha, għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħha mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, id-dritt ta’ aċċess u ta’ tfittix ta’ data rilevanti mdaħħla fis-SIS. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(4)-(8) japplikaw għal dan l-aċċess u tfittix.
2.Mingħajr ħsara għall-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2018/1240, meta verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS tikkonferma l-korrispondenza tad-data rreġistrata fil-fajl ta’ applikazzjoni tal-ETIAS ma’ allert fis-SIS, tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Artikolu 36b
Interoperabbiltà mal-ETIAS skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240
1.Mill-bidu tal-operazzjonijiet tal-ETIAS, kif previst fl-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tas-SIS għandha tiġi konnessa mal-istrument imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240 biex tippermetti l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi f’dak l-Artikolu.
2.Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki tal-Artikolu 20(2)(c), (m)(ii) u (o) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-istrument, imsemmi fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament, biex tqabbel id-data msemmija fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240, ma’ data fis-SIS, f’konformità mal-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament.
3.Meta allert ġdid imsemmi fl-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 jiddaħħal fis-SIS, is-Sistema Ċentrali għandha tittrażmetti l-informazzjoni dwar dan l-allert, bl-użu ta’ ipproċessar awtomatizzat u l-istrument imsemmi fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament, lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, sabiex tivverfika jekk dan l-allert il-ġdid jikkorrispondix għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar eżistenti.”;
KAPITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data ddeterminata f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President