IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 5.9.2019
COM(2019) 406 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL EMPTY
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom - 2019
{SWD(2019) 320 final}
INTRODUZZJONI
Fl-4 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat evalwazzjoni tal-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (NRIS) sal-2020
. L-evalwazzjoni vvalutat il-qafas tal-UE u kif dan immobilizza strumenti politiċi, legali u finanzjarji Ewropej għall-inklużjoni tar-Rom
. Biex l-istampa tkun kompleta, dan ir-rapport tal-2019 jiffoka fuq l-implimentazzjoni nazzjonali tal-miżuri ta’ inklużjoni tar-Rom.
Is-sorsi ewlenin tal-valutazzjoni huma:
·rapporti minn Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali dwar ir-Rom (National Roma Contact Points, NRCPs)
;
·rapporti tas-soċjetà ċivili mill-proġett pilota tal-PE “Roma Civil Monitor”
;
·data dwar is-sitwazzjoni tar-Rom mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (Agency for Fundamental Rights, FRA)
;
·meta-evalwazzjoni dwar interventi għall-inklużjoni tar-Rom
.
Dan ir-rapport jiġbor fil-qosor ix-xejriet l-aktar importanti li jiffukaw fuq l-erba’ oqsma ta’ politika tal-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (l-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, is-settur tal-abitazzjoni), kif ukoll il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-anti-Żingariżmu. F’kull qasam, ir-rapport jenfasizza: is-sitwazzjoni tar-Rom; tiġbor fil-qosor it-tipi ewlenin ta’ miżuri ta’ inklużjoni, il-kisbiet u l-isfidi tal-implimentazzjoni tagħhom (kif irrapportat mill-NRCPs); u tifformula tagħlim dwar politika billi tenfasizza approċċi u prijoritajiet promettenti li għandhom jiġu indirizzati (abbażi tal-evalwazzjonijiet eżistenti,
u r-rispons mis-soċjetà ċivili u mill-NRCPs).
I. Oqsma ta’ politika sostantivi
Dan ir-rapport jinkludi l-miżuri li ttieħdu skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri effikaċi għall-integrazzjoni tar-Rom
. L-għadd ta’ miżuri rrapportati mhux bilfors jirrifletti l-ambizzjoni jew l-effikaċja tal-isforzi. Fl-edukazzjoni u fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-anti-Żingariżmu l-biċċa l-kbira tal-miżuri huma indirizzati lir-Rom. Fil-qasam tal-akkomodazzjoni hemm bilanċ ekwu bejn il-miżuri indirizzati lir-Rom u l-miżuri ta’ politika ġenerali, jiġifieri l-miżuri prinċipali. Fil-qasam tal-impjiegi, u sa ċertu punt f’dak tas-saħħa, l-Istati Membri jiddependu l-aktar fuq miżuri ġenerali biex jippromwovu l-inklużjoni tar-Rom.
1. L- Edukazzjoni
1.1. Enfasi tal-miżuri
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri (SM) jinvestu f’miżuri biex inaqqsu t-tluq bikri mill-iskola (18-il SM). Il-miżuri li huma t-tieni l-aktar spiss użati jinkludu: jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ studenti individwali f’kooperazzjoni mal-familji tagħhom (14-il Stat Membru); jiżdied l-aċċess għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal u l-kwalità tagħhom (13-il Stat Membru); u jiġi mħeġġeġ is-sehem u l-ikkompletar tal-edukazzjoni sekondarja u terzjarja mir-Rom (11-il SM). Qed isiru wkoll sforzi kontra s-segregazzjoni fl-iskejjel; biex jintużaw metodi inklużivi ta’ tagħlim; u jiġu żviluppati ħiliet adattati għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol (12-il SM kull wieħed).
Xi ngħidu dwar l-enfasi sostantiva tal-miżuri lil hinn mill-għanijiet ta’ hawn fuq? Hawnhekk insibu li l-Istati Membri ħafna drabi jagħżlu miżuri biex itejbu l-livell edukattiv milħuq: il-ġlieda kontra t-tluq mis-sistema edukattiva qabel iż-żmien; l-inkoraġġiment ta’ tranżizzjoni lejn – u l-ikkompletar ta’ – edukazzjoni sekondarja u terzjarja; jew l-appoġġ biex jiġu kkumpensati l-lakuni edukattivi, jew l-iżvantaġġ materjali. Flimkien dawn it-tipi ta’ miżuri jammontaw għal 36 % tal-miżuri edukattivi kollha. Gruppi sinifikanti oħra ta’ miżuri jiffukaw fuq: it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg billi jingħata appoġġ lill-edukazzjoni vokazzjonali; l-iżvilupp tal-karriera u t-tagħlim tul il-ħajja; Kif ukoll l-iżvilupp tal-kapaċità tal-professjonisti (9-11 %). Miżuri inqas mifruxa jiffukaw fuq l-inklużjoni integrata tal-interventi u l-introduzzjoni tal-Istorja u l-kultura tar-Rom fil-kurrikuli (6-6 %).
1.2. Kisbiet u sfidi
Il-kisba l-aktar mifruxa msemmija mill-NRCPs fil-qasam tal-edukazzjoni hija l-medjazzjoni
. Kisbiet oħra jinkludu: l-iżvilupp tal-kapaċitajiet fil-kindergarten
; titjib fl-appoġġ għall-ġlieda u l-monitoraġġ tat-tluq bikri mill-iskola
; u li fit-taħriġ tal-għalliema jew fil-kurrikuli nazzjonali jiddaħħlu l-inklużjoni tar-Rom u suġġetti relatati man-nondiskriminazzjoni
.
L-isfidi l-aktar sinifikanti enfasizzati mill- NRCPs jinkludu: il-parteċipazzjoni fl-iskola, l-assenteiżmu, it-tluq bikri mill-iskola, it-tranżizzjoni minn primarja għal sekondarja u l-ikkompletar tal-edukazzjoni sekondarja.
Sfidi oħra jinkludu: il-ġlieda kontra s-segregazzjoni
; l-iżgurar u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet umani
; il-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati
; il-promozzjoni ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal
; it-tagħlim għall-adulti u l-edukazzjoni li tagħti ċans ieħor
; u d-disponibbiltà tad-data
.
1.3. Tagħlim dwar il-politiki
L-edukazzjoni hija l-qasam bl-ogħla għadd ta’ interventi u evalwazzjonijiet. Għalhekk hija wkoll il-qasam b’għadd relattivament akbar ta’ approċċi promettenti u ta’ lezzjonijiet ta’ politika komuni għal diversi pajjiżi. Uħud mil-lezzjonijiet ta’ politika importanti f’dan il-qasam jinkludu: l-importanza tal-intervent bikri u l-prevenzjoni; il-ħtieġa li jiġu ggarantiti l-parteċipazzjoni u r-responsabbilizzazzjoni tal-ġenituri Rom (bħala element ewlieni ta’ appoġġ għat-tfal f’kull fażi tal-edukazzjoni); ir-rwol tal-attivitajiet ekstrakurrikulari biex jissaħħu l-identità u n-netwerks soċjali tat-tfal Rom; ir-rilevanza ta’ miżuri ta’ appoġġ kumplessi kontinwi (it-tutoraġġ ikkombinat ma’ boroż ta’ studju u t-tneħħija ta’ ostakli oħra għall-ispejjeż) fil-promozzjoni tat-tranżizzjoni bejn il-livelli edukattivi u l-impjiegi. Għalkemm azzjoni affermattiva għenet biex titjieb il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-edukazzjoni, huwa importanti li jiġi evitat li jiġu ddedikati postijiet speċifiċi għar-Rom li altrimenti kienu jikkwalifikaw għal ammissjoni regolari.
B’mod speċjali f’dawk l-Istati Membri li għandhom proporzjon għoli ta’ studenti Rom, hemm bżonn ta’ approċċ sistematiku, kumpless u fit-tul biex tingħeleb is-segregazzjoni fl-iskejjel u fil-klassijiet, li għadha problema urġenti li tikkomprometti s-suċċess ta’ miżuri oħra ta’ inklużjoni. Il-partijiet ewlenin ta’ dan l-approċċ jinkludu: li jingħata aċċess bikri u bla ħlas għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal li hija ta’ kwalità u inklużiva f’kuntesti integrati (kemm biex ikunu ppreparati t-tfal Rom, kif ukoll biex jingħeleb il-preġudizzju bejn it-tfal Rom u dawk li mhumiex Rom kif ukoll il-ġenituri sabiex tiġi evitata segregazzjoni aktar tard); l-appoġġ għall-ġenituri Rom fl-għażla tal-iskola; l-għeluq gradwali ta’ skejjel segregati mill-awtoritajiet edukattivi; u d-distribuzzjoni ta’ tfal Rom f’diversi skejjel (permezz tar-riorganizzazzjoni ta’ żoni ta’ konċentrazzjoni). Dawn il-miżuri attivi ta’ desegregazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn sostenn finanzjarju u professjonali addizzjonali biex tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali u akkademika tat-tfal Rom fl-iskejjel regolari bħal: jiġu koperti l-ispejjeż tat-trasport, il-materjali skolastiċi, l-ikliet, l-attivitajiet ekstrakurrikulari, il-klassijiet supplementari; jingħata taħriġ lill-persunal u lill-għalliema tal-preprimarja f’metodi ġodda ta’ tagħlim f’ambjenti edukattivi integrati (inkluż li eliminazzjoni tal-isterjotipi); tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-ġenituri u l-iskejjel; tingħata informazzjoni lill-ġenituri dwar il-benefiċċji tal-edukazzjoni integrata; jingħata mentoraġġ lill-istudenti, appoġġ wara l-ħin tal-iskola għat-tfal Rom, jiġu impjegati assistenti tal-għalliema; miżuri li jissensibilizzaw il-pubbliku ġenerali dwar l-importanza tal-inklużjoni edukattiva u l-edukazzjoni interkulturali għar-relazzjonijiet komunitarji permezz ta’ kampanji u l-midja
.
|
Approċċi promettenti:
|
Prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati:
|
|
٠BG, CZ, DK, EL, FI, FR, HR, HU, LT, PL, SK: L-introduzzjoni jew l-estensjoni tal-preprimarja (b’xejn) obbligatorja, l-iżvilupp tal-kindergartens iffinanzjat mill-FSIE, it-taħriġ għall-għalliema tal-iskola preprimarja.
٠CY, EL, ES, IE, IT, HR, HU, LT, LV, NL, PL, PT, RO, SE, SI: Programmi bil-għan li jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola (tal-bniet) Rom permezz ta’ appoġġ wara l-ħin tal-iskola, tutoraġġ, boroż ta’ studju, mentoraġġ, medjazzjoni, assistenti, edukazzjoni li tagħti ċans ieħor, taħriġ tal-għalliema, appoġġ għall-familji
٠AT, CY, FI, HU, IE, IT, PT, RO: L-introduzzjoni tal-Istorja (inkluż l-Olokawst) u / jew il-kultura tar-Rom fil-kurrikuli nazzjonali
٠IE, HR, RO: Allokazzjoni ta’ postijiet lir-Rom fl-edukazzjoni sekondarja u terzjarja
٠LT: Netwerk ta’ skejjel li jattendu t-tfal Rom li jirċievu l-bini tal-kapaċità u l-iżvilupp tal-kompetenzi
٠SE: Taħriġ lill-għalliema (l-Università ta’ Södertörn) u edukazzjoni sekondarja lill-adulti bil-lingwa Romani
|
٠Appoġġ lit-trobbija fid-dar u t-tagħlim bikri tat-tfal bħala parti minn programmi intensivi ta’ intervent bikri u ta’ prevenzjoni
٠Introduzzjoni jew estensjoni ulterjuri ta’ preprimarja ta’ kwalità, inklużiva, bla ħlas u obbligatorja u t-tneħħija ta’ ostakli finanzjarji u mhux finanzjarji għall-aċċess
٠Il-promozzjoni tal-kwalità, l-inklużività u r-riżultati fl-edukazzjoni permezz ta’ inċentivi (finanzjament u riforma tat-taħriġ għall-għalliema), jiġu attirati l-aħjar għalliema għal skejjel / reġjuni żvantaġġati
٠Sistematikament isiru monitoraġġ u reżistenza għas-segregazzjoni fl-iskejjel u fil-klassijiet permezz ta’ miżuri komprensivi, preparatorji u ta’ akkumpanjament fit-tul li jappoġġaw lill-familji Rom
٠Jinbnew l-appoġġ u l-kooperazzjoni tal-pubbliku għall-partijiet ikkonċernati kollha biex jikkomplementaw il-miżuri espliċiti attivi ta’ desegregazzjoni
٠Jiġu kkombinati flimkien il-boroż ta’ studju, it-tutoraġġ u l-attivitajiet ekstrakurrikulari sabiex jipprevjenu t-tluq bikri mill-iskola u jippromwovu t-tranżizzjoni għall-fażi li jmiss tal-edukazzjoni
٠Jiġu indirizzati l-bniet Rom, kif ukoll il-ġenituri u l-għalliema tagħhom biex jiġu miġġielda l-isterjotipi tas-sessi u jonqos it-tluq bikri mill-iskola
٠Issir promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn – u l-ikkompletar ta’ – edukazzjoni sekondarja għolja u edukazzjoni ulterjuri inkluż permezz ta’ gwida għall-karrieri għall-istudenti Rom u l-familji tagħhom
|
2. L-impjiegi
2.1. Enfasi tal-miżuri
L-akbar żewġ gruppi ta’ miżuri implimentati mill-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom l-għan li jneħħu l-ostakli għas-suq tax-xogħol (15-il SM) u għandhom appoġġ individwalizzat għal dawk li qed ifittxu impjieg (13-il SM). Numru inqas, iżda xorta waħda sinifikanti, ta’ pajjiżi jinvestu fit-taħriġ vokazzjonali (disa’ SM), it-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-ħiliet (10 SM) u l-impjieg indipendenti u l-intraprenditorija (tmien SM). Ir-rati dejjem jikbru ta’ żgħażagħ Rom li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ ċertament jeħtiġilhom aktar sforz fl-appoġġ għall-ewwel esperjenza ta’ xogħol (10 SM). Żewġ oqsma oħra li jenħtieġ jingħataw prijorità huma: is-salvagwardji u s-servizzi personalizzati biex jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi regolari jilħqu b’mod effettiv lir-Rom żvantaġġati li jkunu qed ifittxu impjieg; u azzjoni pożittiva biex jiġi promoss l-impjegar tar-Roma fis-servizz ċivili.
Xi ngħidu dwar il-fokus sostantiv tal-miżuri? Hawnhekk insibu li l-Istati Membri spiss jagħżlu forom ta’ appoġġ orjentati lejn l-individwu, bħal sussidjar għall-impjieg, forom oħra ta’ qsim tal-ispejjeż, appoġġ għall-iżvilupp tal-karriera (mentoraġġ, ikkowċjar) u taħriġ vokazzjonali (35 % tal-miżuri kollha). Miżuri aktar ġenerali għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, l-iżvilupp tal-komunità, il-kwalifiki tal-adulti u l-edukazzjoni ta’ rkupru jammontaw għal bejn 8 u 9 % tal-miżuri. Miżura waħda minn kull ħamsa biss tiġi mmirata lejn iż-żgħażagħ, li mingħajr dubju mhix biżżejjed, meta wieħed iqis l-isfidi taż-żgħażagħ Rom li għandhom impjieg.
2.2. Kisbiet u sfidi
Fir-rapportar tagħhom tal-2017, diversi NRCPs irreferew għall-impatt pożittiv tat-tkabbir ekonomiku fuq il-prospetti tal-impjieg tar-Rom
. Iżda ammont akbar ta’ NRCPs irreferew għal miżuri mmirati, bħal programmi ta’ impjieg reġjonali (konsulenza dwar il-karriera, taħriġ vokazzjonali jew fuq il-post tax-xogħol u tqabbil ta’ impjiegi mfassla apposta għar-Rom jew għall-persuni vulnerabbli li qed ifittxu impjieg)
. Tali miżuri huma aktar effettivi meta r-Rom ikunu involuti bħala medjaturi, ħaddiema soċjali jew fornituri oħra ta’ servizzi.
L-NRCPs jenfasizzaw tliet tipi ewlenin ta’ sfidi: il-kapaċità tal-istrutturi ta’ implimentazzjoni
; id-diskriminazzjoni kontra r-Rom
; u l-attitudnijiet u l-fiduċja tar-Rom infushom
.
2.3. Tagħlim dwar il-politiki
L-iżgurar ta’ tranżizzjoni effettiva mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol miftuħ, l-indirizzar tad-diskriminazzjoni minn min iħaddem, u l-iżgurar li tintlaħaq id-domanda għax-xogħol bi provvista (speċjalment fost iż-żgħażagħ Rom li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg u taħriġ) jidhru li huma l-aktar punti kritiċi fl-impjiegi. Sabiex titnaqqas id-disparità bejn is-sessi fl-impjiegi u r-rata ta’ żgħażagħ Rom li huma barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ, huwa essenzjali li jkun hemm inċentivi u kooperazzjoni mill-qrib ma’ impjegaturi privati u li ż-żgħażagħ u n-nisa Rom jiġu indirizzati espliċitament skont politiki ewlenin (minflok ma jinħolqu strutturi paralleli tal-impjieg). It-titjib tal-impjegabbiltà tar-Rom jenħtieġ li jinkludi wkoll l-iżvilupp ta’ ħiliet fl-IT u ta’ ħiliet fil-lingwi barranin. Biex jiġi żgurat l-impjieg, madankollu, jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll ostakli oħra, b’mod partikolari d-diskriminazzjoni minn min iħaddem, netwerk soċjali limitat ta’ persuni Rom li qed ifittxu impjieg jew ta’ rwoli tas-sessi tradizzjonali fil-komunitajiet Rom. Taħlita ta’ taħriġ, apprendistati appoġġati u miżuri kontra d-diskriminazzjoni mmirati lejn min iħaddem jista’ jkollhom rwol importanti.
|
Approċċi promettenti:
|
Prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati:
|
|
٠BG, CY, ES, IT, LV, NL, PT, SI: Programmi ta’ impjieg reġjonali jew lokali (konsulenza individwalizzata) biex jiġi promoss it-tiftix attiv għax-xogħol jew l-impjieg indipendenti
٠HU, EL, ES, FR: Programmi mmirati biex itejbu l-impjegabbiltà tan-nisa Rom (fis-settur soċjali)
٠IT, LT, HU: Eżempji ta’ kooperazzjoni ma’ dawk li jħaddmu rigward kollokamenti f’impjieg għar-Rom u l-ġlieda kontra l-isterjotipi
٠SK: Emenda tal-Att dwar is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi li jipprevedi pjan ta’ azzjoni individwali favur l-appoġġ tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol li jorbot lil min qed ifittex ix-xogħol u lill-uffiċċju tax-xogħol
٠BE: Mill-2016 ’l hawn, ir-Rom għandhom aċċess għall- “perkors ta’ integrazzjoni” stabbilit għal persuni ta’ oriġini barranija fil-Wallonja (korsijiet tal-lingwa Franċiża, għarfien bażiku tas-soċjetà; appoġġ biex isibu impjieg u skola għat-tfal). Il-muniċipalitajiet jimpjegaw medjaturi Rom fiċ-ċentri pubbliċi ta’ assistenza soċjali, fis-servizzi ta’ prevenzjoni jew ta’ prossimità
٠HR: L-Uffiċċju tal-Ombudsman jagħti taħriġ kontra d-diskriminazzjoni lill-uffiċjali pubbliċi tal-impjieg u impjegati oħra taċ-ċivil
٠UK: L-awditjar tad-disparità razzjali u s-sit web biex tinġabar u tinxtered l-informazzjoni dwar id-diskriminazzjoni fl-impjieg
|
٠Is-servizzi pubbliċi tal-impjieg regolari awtorizzati li jappoġġjaw b’mod effettiv l-integrazzjoni tar-Rom li jkunu qed ifittxu impjieg fis-suq primarju tax-xogħol
٠(Ikompli) jsir taħriġ u jiġu impjegati mentors tar-Rom u taż-żgħażagħ, medjaturi biex jappoġġaw it-tranżizzjonijiet fl-edukazzjoni u fis-suq tax-xogħol
٠Jiġu mmirati (iż-żgħażagħ u n-nisa) Rom b’mod aktar espliċitu permezz ta’ politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol, inkluża l-Garanzija għaż-Żgħażagħ,
٠Dawk li jħaddmu jiġu sensibilizzati u inċentivati biex iħaddmu lir-Rom.
٠Isir monitoraġġ sistematiku u tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fl-aċċess għas-suq tax-xogħol u fuq il-post tax-xogħol
٠Jiġi kkombinat l-appoġġ għall-kollokament f’impjieg (internship) mat-taħriġ fl-IT u fil-lingwi u ssir ħidma ma’ dawk li jħaddmu.
٠Tingħata prijorità lill-integrazzjoni (mill-ġdid) fis-suq tax-xogħol primarju fuq sistemi paralleli (eż. xogħol pubbliku jew informali)
٠Issir ħidma fuq soluzzjonijiet integrati biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni vulnerabbli ta’ Rom mobbli mingħajr dokumenti, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni transnazzjonali
|
3. Is-Saħħa
3.1. Enfasi tal-miżuri
L-aktar żewġ tipi sinifikanti ta’ miżuri rrapportati minn maġġoranza tal-Istati Membri jiffukaw fuq it-tneħħija tal-ostakli ġenerali għall-kura tas-saħħa u l-promozzjoni ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa (13-14-il SM), li jirrappreżentaw bilanċ bejn l-interventi min-naħa tal-provvista u tad-domanda. Miżuri rilevanti oħra jinkludu programmi ta’ tilqim immirati u aċċess għal servizzi tas-saħħa speċjalizzati (6-7 SM).
Xi ngħidu dwar il-fokus sostantiv tal-miżuri? Hawnhekk insibu li l-Istati Membri spiss jagħżlu miżuri li jtejbu lin-naħa tal-provvista (il-persunal, il-faċilitajiet) tal-forniment tas-saħħa (26 % tal-miżuri). Huma jindirizzaw ukoll in-naħa tad-domanda permezz ta’ kampanji ta’ għarfien u informazzjoni dwar is-saħħa (21 %). Gruppi sinifikanti oħra ta’ miżuri jinkludu azzjonijiet ġenerali għat-titjib tal-infrastruttura tas-saħħa u s-sanità fil-livell lokali, u l-provvediment ta’ servizzi preventivi (16-17 %). Interventi importanti ħafna — li jipprovdu lir-Roma b’assigurazzjoni tas-saħħa u li jimmiraw lejn professjonisti tal-kura tas-saħħa b’kampanji kontra d-diskriminazzjoni — huma ħafna inqas mifruxa (6-7 %).
3.2. Kisbiet u sfidi
Il-kisbiet l-aktar spiss imsemmija mill-NRCPs huma: il-kampanji ta’ tilqim
; programmi oħra ta’ prevenzjoni u detezzjoni
; it-titjib tal-iġjene, il-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-aċċess għall-kura tas-saħħa
; is-sensibilizzazzjoni
; il-medjazzjoni dwar is-saħħa
; u kooperazzjoni bejn diversi partijiet ikkonċernati li tinvolvi l-awtoritajiet nazzjonali u lokali u s-soċjetà ċivili
. Kien hemm nuqqas notevoli ta’ referenza għall-isforzi kontra d-diskriminazzjoni; it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien iġjeniċi; u l-aċċess għal ikel tajjeb għas-saħħa.
L-isfidi rrapportati jinkludu: nuqqas ta’ koordinazzjoni u ta’ komunikazzjoni effettiva bejn il-livelli nazzjonali u lokali; iż-żamma ta’ finanzjament jew persunal (nazzjonali jew tal-UE) xieraq
; in-nuqqas ta’ għarfien dwar kwistjonijiet ta’ saħħa
; in-nuqqas ta’ kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa fost ir-Rom
; u għarfien insuffiċjenti tal-professjonisti tas-saħħa dwar il-kwistjonijiet tar-Rom
. Kien hemm ukoll tħassib dwar rati baxxi ta’ tilqim fost ir-Rom, li f’xi pajjiżi huma rrapportati li jikkontribwixxu għal rati ogħla ta’ mortalità prematura u morbożità
. Il-parteċipazzjoni u l-għoti tas-setgħa lir-Roma fl-inizjattivi tal-kura tas-saħħa huma meqjusa ta’ sfida, anke minħabba l-livell baxx ta’ litteriżmu u ostakoli lingwistiċi
.
3.3. Tagħlim dwar il-politiki
Kemm il-miżuri kif ukoll l-evalwazzjonijiet huma skarsi fil-qasam tas-saħħa (kif ukoll fis-settur tal-akkomodazzjoni), u dan jillimita l-opportunitajiet għat-tagħlim u t-trasferiment tal-politiki. L-aktar prattiki promettenti li jintużaw jiffukaw fuq il-prevenzjoni permezz ta’ kampanji ta’ tilqim u t-taħriġ u l-impjiegi ta’ medjaturi tas-saħħa Rom. Huwa importanti, madankollu, li s-servizzi ta’ appoġġ immirati jkollhom l-għan attiv li jtejbu l-kuxjenza dwar is-saħħa, ibiddlu l-imġiba u jibnu fuq medda twila ta’ żmien l-awtonomija u l-kapaċità tar-Rom li jimpenjaw ruħhom ma’ istituzzjonijiet prinċipali, minflok dipendenza fuq intermedjarji permanenti u strutturi paralleli fit-tul. Miżuri kontra d-diskriminazzjoni mmirati lejn il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jenħtieġ li jingħataw prijorità.
|
Approċċi promettenti:
|
Prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati:
|
|
٠BG, CZ, DK, EL, FR, HU, PL, PT, RO, SE, SI, SK: Taħriġ u impjieg tal-medjaturi tas-saħħa tar-Rom (assistenti, viżitaturi, dawk li jservu ta’ pont) biex jippromwovu l-aċċess tar-Rom għall-kura tas-saħħa
٠AT, BG, EL, FR, HU, HR, PL, SK, UK: Kampanji ta’ tilqim immirati lejn ir-Rom (bniet, nisa), u dawk li jgħixu f’żoni marġinalizzati
٠CZ, IT, RO, SI, SK: Programmi nazzjonali fit-tul dwar is-saħħa, pjanijiet ta’ azzjoni, strateġiji
٠ES: L-iżgurar tal-parteċipazzjoni tar-Rom u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil ta’ programmi ta’ prevenzjoni tas-saħħa u ta’ taħriġ għall-professjonisti tas-servizzi soċjali
٠FI: Studju dwar il-Benesseri tar-Rom mill-Istitut Nazżjonali għas-Saħħa u l-Benessri
٠PT: Ippjanar ibbażat fuq l-evidenza tal-interventi biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa tar-Rom, inkluż materjal informattiv u ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-maternità fost l-adolexxenti, is-segwitu pedjatriku u l-abitudnijiet alimentari tajbin
٠LT: Seminars ta’ għarfien dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-kura preventiva, is-saħħa sesswali u riproduttiva u l-kura tat-tfal immirati lejn in-nisa u ż-żgħażagħ Rom
|
٠Żieda fil-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jimtlew il-lakuni fil-provvista tal-kura primarja u speċjalizzata, inkluża s-saħħa riproduttiva u sesswali f’żoni żvantaġġati
٠Jiżdiedu l-isforzi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-dipendenza fuq id-droga, it-tipjip, l-HIV, l-epatite, it-tuberkulożi, il-mard kardjovaskulari, it-twelid prematur
٠Monitoraġġ u ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-aċċess għas-saħħa u s-sensibilizzazzjoni tal-professjonisti tas-saħħa għall-ħtiġijiet tar-Rom
٠Jiġi żgurat li l-medjaturi mmirati tas-saħħa tar-Rom jgħinu biex tinbena l-awtodipendenza fit-tul tar-Rom
٠Isir titjib fin-nutrizzjoni u jiġi miġġielda l-kundizzjonijiet tal-għajxien mhux tajbin għas-saħħa fejn jiġu indirizzati n-nisa Rom u l-familji Rom bit-tfal
|
4. Is-settur tal-akkomodazzjoni
4.1. Enfasi tal-miżuri
Il-miżuri li l-aktar jirrapportaw l-Istati Membri għandhom dawn l-għanijiet: li jiżguraw l-aċċess għall-utilitajiet pubbliċi (l-ilma, l-elettriku, il-gass) u l-infrastruttura għas-settur tal-akkomodazzjoni; li jappoġġaw id-desegregazzjoni; li jippromwovu l-aċċess mhux diskriminatorju għall-akkomodazzjoni soċjali (10-12-il SM). Minoranza ta’ Stati Membri biss jinvestu f’interventi ta’ akkomodazzjoni integrati li jindirizzaw komunitajiet emarġinati fil-qafas ta’ proġetti ta’ riġenerazzjoni urbana lokali (7 SM) jew li jużaw l-FSIE għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jew għal investimenti territorjali integrati (4 SM). Żewġ Stati Membri biss irrapportaw dwar il-forniment ta’ siti ta’ waqfien għal Rom mhux sedentarji.
Xi ngħidu dwar il-fokus sostantiv tal-miżuri? Hawnhekk insibu li l-Istati Membri spiss jiffukaw fuq il-manutenzjoni, il-forniment u t-tiswija tal-akkomodazzjoni muniċipali u soċjali (27 %); l-infrastruttura fl-insedjamenti tar-Rom (16 %); kif ukoll miżuri leġiżlattivi, permessi ta’ kostruzzjoni jew legalizzazzjoni ta’ akkomodazzjoni informali (13 %). It-tneħħija tas-segregazzjoni attiva espliċita, inkluża t-tneħħija ta’ kwartieri fqar, kif ukoll miżuri territorjali integrati jew appoġġ soċjali / infrastrutturali għall-persuni mingħajr dar, hija inqas komuni bħala punt ċentrali tal-investiment (7 % kull wieħed).
4.2. Kisbiet u sfidi
L-NRCPs irrapportaw li l-aktar kisbiet sinifikanti kienu fl-aċċess għall-akkomodazzjoni soċjali
. Raggruppament importanti ieħor ta’ kisbiet imsemmija minn diversi NRCPs kien l-eliminazzjoni tal-kwartieri fqar u tas-segregazzjoni spazjali
. L-NRCPs irreferew ukoll għal riżultati fil-forniment ta’ siti ta’ waqfien
, aċċess għall-utilitajiet pubbliċi (bħall-ilma, l-elettriku u l-gass) u l-infrastruttura għad-djar
; il-legalizzazzjoni tas-settur tal-akkomodazzjoni
; U fir-riġenerazzjoni urbana
.
Dawn l-isfidi jinkludu: is-segregazzjoni spazjali
; l-ostakoli għar-Rom biex ikollhom aċċess għal akkomodazzjoni fis-settur privat
; kif ukoll l-appoġġ pubbliku għall-aċċess għall-akkomodazzjoni soċjali, kif ukoll għal-leġiżlazzjoni dwaru
.
4.3. Tagħlim dwar il-politiki
Is-settur tal-akkomodazzjoni huwa l-politika bl-anqas eżempji ta’ approċċi komuni għal diversi pajjiżi. Huwa wkoll il-qasam fejn instab li approċċ fit-tul, integrat u komprensiv huwa partikolarment kritiku, inkluż: li l-forniment tal-akkomodazzjoni jiġi kkomplementat bl-appoġġ li jakkumpanja bl-inklużjoni ta’ elementi tal-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-iżvilupp tal-komunità; u l-integrazzjoni tal-interventi fil-politika u l-leġiżlazzjoni ġenerali nazzjonali fir-rigward tal-użu tal-art u tal-akkomodazzjoni soċjali . Il-promozzjoni tat-tneħħija tas-segregazzjoni spazjali teħtieġ proċess immirat, koordinat u parteċipattiv: jiġu involuti l-benefiċjarji tar-Rom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ opzjonijiet ta’ akkomodazzjoni komunitarja u individwali; jiġu kkombinati l-investimenti infrastrutturali u dawk umani; u tiżdied is-sensibilizzazzjoni biex jitnaqqsu t-tensjonijiet etniċi u biex tingħeleb ir-reżistenza mis-soċjetà maġġoritarja. Oqsma oħra li jeħtieġ li jingħataw prijorità jinkludu: l-iżvilupp tal-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali li jiżgura aċċess imtejjeb għar-Rom; il-prevenzjoni ta’ żgumbramenti furzati bħala parti minn approċċ wiesa’ ta’ akkomodazzjoni b’diversi partijiet ikkonċernati; kif ukoll il-forniment suffiċjenti ta’ siti għall-waqfien li huma kulturalment xierqa għal Rom mhux sedentarji.
|
Approċċi promettenti:
|
Prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati:
|
|
٠ES: Matul dawn l-aħħar 15-il sena l-gvernijiet lokali u reġjonali, bl-appoġġ tal-NGOs, naqqsu b’mod sinifikanti l-prevalenza ta’ kwartieri fqar li wassal għad-desegregazzjoni bħala parti minn approċċ integrat b’titjib sostenibbli fl-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi.
٠CZ: L-appoġġ tal-FSIE li jespandi l-inizjattivi lokali ta’ “akkomodazzjoni l-ewwel”, mibnija fuq is-suċċess ta’ mudelli pilota ta’ akkomodazzjoni soċjali mill-gvernijiet lokali u l-aġenzija tal-kiri soċjali mill-NGOs, eskluża l-akkomodazzjoni f’żoni segregati (metodoloġija biex
tiġi identifikata s-segregazzjoni residenzjali
pilotata mill-Ministeru tax-Xogħol u 12-il muniċipalità)
٠EL: Regolamenti ġodda biex jippromwovu: ir-rilokazzjoni mill-kampijiet u l-insedjamenti; it-titjib fl-infrastruttura elettronika: il-ħolqien ta’ sistema ta’ awto-ġestjoni u protezzjoni tal-kumplessi residenzjali; u s-sussidju tal-kera biex wieħed isib akkomodazzjoni f’ambjenti integrati
٠FR: Approċċ komprensiv tal-partijiet ikkonċernati ta’ “akkomodazzjoni l-ewwel” f’Toulouse biex jgħin lir-Rom jimxu mill-kampijiet għal żoni integrati, flimkien ma’ appoġġ soċjali, litteriżmu u taħriġ ieħor, aċċess għall-edukazzjoni, l-impjieg u l-kura tas-saħħa
٠SI: Offerti pubbliċi għal infrastruttura komunali bażika (ilma, elettriku, toroq) immirati għall-muniċipalitajiet fejn jgħixu r-Rom
٠LT: Il-proċess ta’ desegregazzjoni fl-insedjament ta’ Kirtimai f’Vilnius permezz ta’ rilokazzjoni flimkien ma’ offerta ta’ akkomodazzjoni soċjali b’kera ssussidjata lil familji b’ħafna tfal.
٠SE: Gwida u taħriġ għal sidien il-kera biex iżidu l-għarfien u jiġġieldu d-diskriminazzjoni kontra r-Rom
|
٠Investiment fi stokk ta’ akkomodazzjoni soċjali affordabbli u xierqa f’żoni integrati, u jiġi ggarantit li l-kriterji ta’ eliġibbiltà jkunu aċċessibbli għar-Rom
٠Il-forniment ta’ assistenza għall-akkomodazzjoni mmirata lejn dawk l-aktar vulnerabbli
٠Il-legalizzar tal-akkomodazzjoni u l-prevenzjoni ta’ żgumbramenti furzati
٠It-tneħħija tas-segregazzjoni komprensiva fit-tul tingħaqad ma’ miżuri preparatorji u ta’ akkumpanjament li jibnu appoġġ pubbliku u relazzjonijiet komunitarji interetniċi, u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet fid-disinn u l-implimentazzjoni
٠Il-garanzija ta’ aċċess għal ilma nadif, faċilitajiet bażiċi u servizzi pubbliċi essenzjali għal kulħadd, b’salvagwardji espliċiti għar-Rom.
٠Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-akkomodazzjoni (soċjali u privata)
٠Il-garanzija tal-forniment ta’ biżżejjed siti ta’ waqfien li għandhom servizzi tajbin u li huma kulturalment xierqa għat-Travellers
|
II. Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-anti-Żingariżmu
1. Enfasi tal-miżuri
Miżuri kontra d-diskriminazzjoni li huma rrapportati l-aktar mill-Istati Membri jinkludu: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu permezz tas-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tal-inklużjoni tar-Rom; is-sensibilizzazzjoni dwar id-diversità; u l-ġlieda kontra r-retorika u d-diskors ta’ mibegħda kontra r-Rom (10–12-il SM). Ftit Stati Membri jinvestu f’miżuri li jfittxu li jipproteġu n-nisa u t-tfal Rom billi jiġġieldu d-diskriminazzjoni multipla, il-vjolenza (domestika), jew iż-żwiġijiet prekoċi u sfurzati (2-4 SM). Erba’ Stati Membri biss irrapportaw li investew f’miżuri li jiżguraw l-infurzar effettiv tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali (2000/43/KE). Saħansitra numru inqas irreferew għal miżuri ta’ desegregazzjoni lokali jew reġjonali (3 SM), jew għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (2 SM). Stat Membru wieħed biss irrapporta miżuri għall-prevenzjoni ta’ żgumbramenti illegali jew is-sisija bl-użu tat-tfal; u biex tiġi promossa l-kooperazzjoni transfruntiera.
Xi ngħidu dwar il-fokus sostantiv tal-miżuri? Hawnhekk insibu li l-Istati Membri spiss jinvestu fil-promozzjoni tal-kultura u l-wirt tar-Rom bħala mod biex jissensibilizzaw il-pubbliku u jiġġieldu l-anti-Żingariżmu fost il-pubbliku ġenerali (22 %). Xi ftit inqas miżuri jindirizzaw is-sensibilizzazzjoni biex jiġu miġġielda direttament id-diskriminazzjoni u l-intolleranza (18 %). Miżuri oħra jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet (15 %), is-soċjetà ċivili tar-Rom (12 %) u l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem (11 %). Oqsma ewlenin li ngħataw inqas attenzjoni kienu l-forniment ta’ sostenn legali, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa Rom u d-desegregazzjoni (5-6 %). Mill-miżuri kontra d-diskriminazzjoni rrapportati, 16 % kienu indirizzati b’mod espliċitu lejn iż-żgħażagħ Rom, u 10 % kienu mmirati lejn in-nisa Rom.
2. Kisbiet u sfidi
Il-kisbiet l-aktar spiss imsemmija mill-NRCPs kienu: it-titjib tal-kundizzjonijiet tan-nisa u t-tfal Rom
; il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu bil-ksur tal-isterjotipi jew il-promozzjoni tal-kultura u l-Istorja tar-Rom
; kif ukoll l-involviment tal-atturi rilevanti kollha (l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili u l-komunitajiet tar-Rom) fi sforzi biex tiġi promossa l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni
.
Diversi NRCPs irreferew għall-isfidi biex jittejjeb l-aċċess għall-protezzjoni legali u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet
, kif ukoll diffikultajiet fil-ġlieda kontra l-isterjotipi
u t-titjib tas-sitwazzjoni tan-nisa u t-tfal Rom
. Is-sempliċi fatt li diversi Stati Membri
– inklużi xi wħud b’komunitajiet kbar ta’ Rom u diversi b’rati għoljin ħafna ta’ diskriminazzjoni perċepita fost ir-Rom – ma rrapportaw l-ebda miżuri kontra d-diskriminazzjoni, jissottolinja l-gravità tal-isfidi f’dan il-qasam.
3. Tagħlim dwar il-politiki
L-esperjenza fl-azzjonijiet ta’ inklużjoni tar-Rom turi li l-bidla fit-tul f’kull qasam ta’ politika teħtieġ li jiġu indirizzati l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom, kif ukoll il-bini ta’ fiduċja bejn il-komunitajiet Rom u dawk mhux Rom. Biex jirnexxu, l-azzjonijiet ta’ inklużjoni tar-Rom fl-oqsma kollha tal-politika jridu jkunu marbutin ma’ valuri komuni u jinkludu s-sensibilizzazzjoni fost il-pubbliku ġenerali. Biex jiġu miġġielda l-isterjotipi, id-diskors ta’ mibegħda, u r-reati ta’ mibegħda, jeħtieġ li jinbnew narrativi pożittivi dwar ir-Rom fost is-soċjetà ġenerali u li tissaħħaħ l-identità tar-Rom, permezz ta’ miżuri mmirati speċifiċi biex jiġi miġġieled l-anti-Żingariżmu u jiġi promoss ir-rikonoxximent tal-Istorja tar-Rom (inkluż l-Olokawst). L-aktar azzjonijiet li rnexxew ma jallinjawx biss mal-istrutturi u politiki ewlenin, iżda pjuttost jittrasformawhom, billi jiġġieldu l-preġudizzji u l-isterjotipi u jibnu immaġni pożittiva tar-Rom fost dawk li jfasslu l-politika u partijiet ikkonċernati oħra.
|
Approċċi promettenti:
|
Prijoritajiet li għandhom jiġu indirizzati:
|
|
٠AT: Bħala riżultat ta’ konsultazzjoni online dwar l-NRIS, ġew intensifikati l-isforzi biex jiġi indirizzat l-anti-Żingariżmu. Il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu saret prijorità fl-istrateġija riveduta u l-fokus ta’ avveniment dedikat tal-presidenza Awstrijaka tal-UE
٠DE: Ġiet stabbilita kummissjoni esperta indipendenti dwar l-anti-Żingariżmu biex tagħti rakkomandazzjonijiet konkreti lill-gvern rigward l-Istorja tas-Sinti u tar-Rom fil-Ġermanja, il-persekuzzjoni u d-diskriminazzjoni tagħhom, kif ukoll rakkomandazzjonijiet biex jiġi indirizzat l-anti-Żingariżmu llum.
٠Ir-rikonoxximent tal-Olokawst tar-Rom u l-istabbiliment ta’ kumitat kontra r-razziżmu bil-parteċipazzjoni tar-Rom (SK); monumenti, wirjiet u pjattaforma online biex jiġu kkommemorati l-vittmi Rom tal-Olokawst (NL); kommemorazzjoni annwali tal-Jum ta’ Tifkira tal-Olokawst tar-Rom fil-Kamp ta’ Konċentrazzjoni ta’ Auschwitz-Birkenau (PL); Mużew tal-Istorja u l-Arti tar-Rom u kumpens għall-vittmi tax-xogħol furzat (LV)
٠CZ: Il-Gvern xtara r-razzett tal-ħnieżer li jinsab fis-sit ta’ dak li kien kamp ta’ konċentrament f’Lety u Písku. Se jinbena monument għall-vittmi tal-Olokawst tar-Rom bl-appoġġ ta’ għotjiet taż-ŻEE
٠SE: Ħidma mill-Kummissjoni kontra l-anti-Żingariżmu li tirriżulta fir-rikonoxximent tal-anti-Żingariżmu storiku u attwali; unitajiet speċjali tal-pulizija li jikkooperaw ma’ minoranzi inklużi r-Rom biex jiġġieldu kontra r-reati ta’ mibegħda
٠ES: Kampanji kontra l-isterjotipi u biex tinxtered il-kultura tar-Rom immexxija mill-Istitut tal-Kultura tar-Rom u l-gvernijiet reġjonali bl-involviment ċivili tar-Rom; servizz ta’ għajnuna legali mingħajr ħlas minn assoċjazzjonijiet f’Madrid, Barċellona, Malaga, Sivilja u Cordoba għall-vittmi tad-diskriminazzjoni u r-reati ta’ mibegħda; prosekutur speċjalizzat fir-reati ta’ mibegħda u diskriminazzjoni fil-provinċji Spanjoli
٠IT: Il-korp għall-ugwaljanza (u NRCP) stabbilixxa ċentru ta’ kuntatt għall-ilmenti dwar reati ta’ mibegħda li jipprovdi appoġġ u għajnuna legali lill-vittmi kif ukoll osservatorju tal-midja u l-internet li jħarreġ taż-żgħażagħ Rom u mhux Rom biex jissorveljaw, ineħħu jew jirrapportaw id-diskors ta’ mibegħda
٠FI: Kampanji minn NGOs kontra d-diskriminazzjoni kontra r-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda bl-involviment tar-Rom; is-sensibilizzazzjoni fost ir-Rom dwar ir-rwoli tas-sessi fil-familja; ippjanar obbligatorju dwar l-ugwaljanza minn muniċipalitajiet u impriżi akbar bil-monitoraġġ tal-uffiċċju tal-Ombudsman għan-Nondiskriminazzjoni
٠IE: Kodiċi ta’ etika għall-pulizija Irlandiża b’referenza speċifika għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni tal-komunità tat-Travellers; il-ħatra ta’ 277 uffiċjal ta’ kollegament etniku biex tinbena l-fiduċja bejn it-Travellers u l-pulizija
٠CZ, EL, HU SK, RO: L-immappjar ta’ komunitajiet soċjalment esklużi / Rom li jista’ jintuża biex jiġu mmirati l-interventi inkluż dawk iffinanzjati mill-FSIE
٠UK: Faċilità għar-rapportar onlajn tar-reati ta’ mibegħda
|
٠L-iżvilupp ta’ ġbir ta’ data diżaggregata (anonimizzata) skont l-etniċità għall-monitoraġġ tal-anti-Żingariżmu, id-diskriminazzjoni u l-impatt tal-politiki pubbliċi fuq ir-Rom
٠L-iżvilupp ta’ azzjonijiet biex jiġġieldu, jżidu s-sensibilizzazzjoni, jagħmlu monitoraġġ u jissanzjonaw l-anti-Żingariżmu, ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda (marbuta ma’ strateġiji usa’ kontra r-razziżmu) bl-involviment ċivili tar-Rom li għandhom fil-mira s-soċjetà kollha kemm hi
٠Jiġi ggarantit l-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza u jiġi indirizzat it-trattament diskriminatorju mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u minn awtoritajiet pubbliċi oħrajn permezz ta’ investigazzjoni bir-reqqa, sanzjonijiet dissważivi, sensibilizzazzjoni u taħriġ kontra d-diskriminazzjoni.
٠Appoġġ biex ir-Rom ikollhom aċċess għall-ġustizzja b’enfasi fuq il-vittmi ta’ diskriminazzjoni multipla (in-nisa, il-persuni LGBTI, ir-Rom li mhumiex ċittadini), u tissaħħaħ il-kapaċità tal-korpi tal-ugwaljanza sabiex ikunu jistgħu jittrattaw id-diskriminazzjoni kontra r-Rom.
٠It-twaqqif ta’ proċessi ta’ verità u ta’ rikonċiljazzjoni mmexxija mir-Rom biex jesploraw, jiddokumentaw u jissensibilizzaw dwar abbużi fil-passat kontra r-Rom, u jippromwovu l-fiduċja u r-rikonċiljazzjoni
٠Ir-Rom jingħataw is-setgħa li jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħajja politika, kulturali u soċjali u fl-istadji kollha tal-proċess ta’ politika
٠Jiġi segwit approċċ olistiku, sensittiv għall-ġeneru u għat-tfal; jiġu miġġielda l-abbuż tat-tfal, iż-żwiġijiet bikrija, is-sisija bl-użu tat-tfal (permezz tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni li tipproteġi d-drittijiet tat-tfal), il-vjolenza, inkluż it-traffikar tal-bnedmin
٠Jittaffew l-ispejjeż soċjali tas-sisija u tinżamm id-dinjità tal-bniedem
|
III. L-inklużjoni tar-Rom fir-Reġjun tat-tkabbir
Il-Balkani tal-Punent saħħew l-ambizzjoni tagħhom lil hinn mill-aspettattivi u l-mandat
u approvaw l-istess objettivi u metodi ta’ ħidma għall-inklużjoni tar-Rom
bħall-Istati Membri. Hemm bżonn ta’ titjib solidu u sostenibbli fl-integrazzjoni tar-Rom biex isir progress lejn l-UE. Sabiex jitqiesu l-effetti tal-adeżjonijiet preċedenti, speċjalment fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, il-progress fl-integrazzjoni tar-Rom huwa għall-ewwel darba inkluż bħala element sħiħ fin-negozjati li jinsabu għaddejjin fil-proċess ta’ adeżjoni għall-Kapitolu 23 “Ġudikatura u drittijiet fundamentali”. Permezz tar-riżultati tal-istħarriġ tal-2017 dwar is-sitwazzjoni soċjoekonomika tar-Rom fil-Balkani tal-Punent, l-imsieħba setgħu jidentifikaw sfidi ġodda, bħal appoġġ imsaħħaħ għar-riintegrazzjoni b’suċċess ta’ persuni rimpatrijati fir-reġjun, u jistabbilixxu bażi soda għad-definizzjoni tar-rekwiżiti tal-politika futura dwar ir-Rom. Għall-ewwel darba anness speċifiku għal din il-Komunikazzjoni jiffoka fuq l-inklużjoni tar-Rom fir-reġjun tat-tkabbir billi jippreżenta informazzjoni dettaljata kemm orizzontali kif ukoll speċifika għall-pajjiżi.
IV. Konklużjonijiet
Ir-rieżami tal-miżuri għall-inklużjoni tar-Rom jenfasizza l-ħtieġa ta’ identifikazzjoni u żvilupp b’interventi attivi ta’ involviment tar-Rom li: jirrispondu għall-isfidi u u huma proporzjonati mal-iskala tagħhom; iwegħdu riżultati li jistgħu jitkejlu; u jinkludu opzjonijiet realistiċi biex tiġi ġġenerata l-aċċettazzjoni mis-soċjetà inġenerali. Fatturi ta’ suċċess għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-interventi għall-inklużjoni tar-Rom:
٠Żmien biżżejjed mhux biss għall-implimentazzjoni, iżda wkoll għall-ippjanar, il-konsultazzjoni, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, il-bini ta’ fiduċja mal-komunitajiet, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rieżami tal-politika
٠Il-ġbir sistematiku ta’ data soda diżaggregata skont il-ġeneru u l-età biex talimenta l-analiżi tal-ħtiġijiet u l-kuntest; tinbena linja bażi; jiġu stabbiliti miri; u jiġu rreġistrati l-indikaturi ta’ eżitu u ta’ impatt
٠L-integrazzjoni ta’ interventi mmirati fil-politika ġenerali u fl-oqfsa legali biex jiġi żgurat li jibqgħu temporanji u jiġi promoss aċċess ugwali effettiv tar-Rom għas-servizzi prinċipali, minflok li jinħolqu strutturi paralleli permanenti
٠Sħubija b’saħħitha ta’ diversi partijiet kkonċernati – biex jiġu żgurati s-sjieda, ir-responsabbiltà kondiviża u s-sostenibbiltà
٠Parteċipazzjoni attiva tar-Rom u tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-fażijiet kollha (l-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rieżami tal-politika)
٠Approċċi intersezzjonali, transsettorjali, integrati biex jindirizzaw id-diskriminazzjoni multipla u l-esklużjoni multidimensjonali
٠Approċċ sensittiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u t-tfal: l-ippjanar, ibbażat fuq l-analiżi tal-ħtiġijiet tan-nisa u t-tfal Rom; approċċ komprensiv; u appoġġ kontinwu speċjalment fi tranżizzjonijiet kritiċi
٠Tingħata attenzjoni lid-diversità fost ir-Rom: jitqiesu l-ħtiġijiet reali; tiġi żgurata s-sensittività għall-kuntesti lokali; u jiġu indirizzati x-xejriet ta’ esklużjoni u diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom il-komunitajiet speċifiċi tar-Rom
٠L-eliminar tal-faqar estrem billi fl-interventi komprensivi il-miri jkunu jindirizzaw kemm it-territorju kif ukoll il-grupp biex tiġi promossa l-bidla fit-tul
٠Immirar espliċitu iżda mhux esklużiv biex jiġi żgurat li jitqies il-kuntest usa’ u jiġi evitat li jitnaffru gruppi żvantaġġati oħra
٠Tingħata prijorità lill-prevenzjoni u lill-intervent bikri biex tiġi żgurata l-kosteffiċjenza u tiġi ġġenerata bidla fit-tul u sostenibbli
٠Id-desegregazzjoni (fl-edukazzjoni u fis-settur tal-akkomodazzjoni) bħala prijorità fit-tul minflok ma titjieb il-kwalità f’kuntesti segregati
٠Ir-rikonoxximent tal-anti-Żingariżmu għall-promozzjoni ta’ approċċ qawwi kontra d-diskriminazzjoni fl-interventi ta’ inklużjoni tar-Rom fl-oqsma kollha
٠Għarfien espert biex jiġu żgurati servizzi ta’ kwalità u mhux diskriminatorji
٠Il-bini tal-kapaċità tas-soċjetà ċivili, tal-amministrazzjoni pubblika u tar-Rom
٠Appoġġ finanzjarju viżibbli, politiku u suffiċjenti fit-tul (inkluż allokazzjoni mill-baġit nazzjonali) biex tiġi żgurata l-istituzzjonalizzazzjoni ta’ prattiki promettenti u s-sostenibbiltà
٠Flessibbiltà biex tiggarantixxi s-suċċess billi tippermetti t-tagħlim u l-aġġustament tal-politiki
٠Monitoraġġ u evalwazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi indipendenti biex ikejlu l-progress, u jiżguraw analiżi tal-politika