This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017BP1603
Resolution (EU) 2017/1603 of the European Parliament of 27 April 2017 with observations forming an integral part of the decision on discharge in respect of the implementation of the general budget of the European Union for the financial year 2015, Section I — European Parliament
Riżoluzzjoni (UE) 2017/1603 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew
Riżoluzzjoni (UE) 2017/1603 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew
ĠU L 252, 29.9.2017, pp. 3–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/3 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2017/1603 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' April 2017
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94, l-Artikolu 98(3) u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0153/2017), |
|
A. |
billi fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet finali, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament Ewropea (il-“Parlament”) iddikjara l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha, u li l-ebda kwistjoni li tirrikjedi riserva ma tressqet għall-attenzjoni tiegħu; |
|
B. |
billi, skont il-proċedura tas-soltu, intbagħtu 129 mistoqsija lill-amministrazzjoni tal-Parlament u r-risposti bil-miktub waslu għand il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) u ġew diskussi pubblikament minnu fil-preżenza tal-Viċi President responsabbli għall-baġit, tas-Segretarju Ġenerali u tal-awditur intern; |
|
C. |
billi l-iskrutinju, b'mod partikolari fil-forma ta' proċedura ta' kwittanza annwali, huwa essenzjali biex jiggarantixxi li dawk responsabbli politikament u l-amministrazzjoni tal-Parlament jagħtu kont ta' xogħolhom liċ-ċittadini tal-Unjoni; billi hemm lok permanenti għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi; billi l-prinċipji ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni u ta' governanza tajba tar-riżorsi umani għandhom ikunu l-elementi ċentrali fl-eżekuzzjoni tal-baġit; |
Sorveljanza tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament
|
1. |
Josserva li s-sistema ta' sorveljanza formali tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament tikkonsisti minn erba' komponenti prinċipali:
|
|
2. |
Josserva li r-rapport annwali tal-awditur intern fih sejbiet ibbażati fuq eżerċizzji ta' awditjar speċifiċi; għandu l-għan li jtejjeb il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja iżda mhux li joffri stampa komprensiva tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament; josserva, analogament, li r-rapport tal-Qorti jirrappreżenta biss ir-riżultati ta' kampjun żgħir (16-il tranżazzjoni) tat-tranżazzjonijiet kollha tal-Parlament; |
|
3. |
Jirrikonoxxi li, b'mod ġenerali, il-livell baxx ta' żball fil-każ tal-infiq amministrattiv jista' jindika l-attenzjoni relattivament skarsa li l-Qorti tagħti lit-tranżazzjonijiet tal-Parlament; |
|
4. |
Jirrimarka, iżda, li anki jekk ir-rata ta' żball hija notevolment baxxa, ir-riskju għar-reputazzjoni huwa relattivament għoli, inkwantu tali żbalji finanzjarji u baġitarji jafu jħallu riperkussjonijiet negattivi fuq id-dehra tal-istituzzjoni; |
|
5. |
Iżid li, aktar reċentement, bħala konsegwenza tan-neċessità, li ġeneralment tinħass, ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni, il-kwittanzi ma jmisshomx jillimitaw ruħhom biex jaqbdu l-irregolaritajiet, iżda wkoll jinkludu l-miżura ta' prestazzjonijiet u riżultati konkreti, u li dan l-aspett ukoll huwa ta' importanza partikolari fil-każ tal-Parlament, minħabba li n-nuqqas ta' riżultati għandu impatt dirett fuq ir-reputazzjoni tal-istituzzjoni; |
|
6. |
Jinnota li, f'dan il-kuntest, ħidmet il-Parlament fl-ambitu tal-proċedura ta' kwittanza toffri opportunità biex il-kontijiet tal-amministrazzjoni tal-Parlament jitqiesu aktar fil-fond; jitlob li jissaħħaħ l-għarfien espert intern fil-qasam tal-kontabilità u tal-awditjar li r-rapporteurs ikunu jistgħu jutilizzawh huma u jħejju r-rapporti tal-kwittanza tagħhom; |
Il-kontijiet tal-Parlament
|
7. |
Jikkonstata li l-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2015 ammontaw għal EUR 1 794 929 112, jew 19,78 % tal-Intestatura 5 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (1) allokati għall-infiq amministrattiv għall-2015 tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fit-totalità tagħhom u li jirrappreżentaw żieda ta' 2,2 % meta mqabbla mal-baġit 2014 (EUR 1 755 631 742); |
|
8. |
Jinnota li d-dħul totali li tniżżel fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2015 kien EUR 176 367 724 (2014: EUR 174 436 852), inklużi EUR 27 988 590 minn dħul assenjat (2014: EUR 26 979 032); |
|
9. |
Jindika li erba' kapitoli kienu jirrappreżentaw 71 % tal-impenji totali: il-Kapitolu 10 (Membri tal-istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u nefqiet relatati) u l-Kapitolu 42 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari); josserva li dan jindika l-livell għoli ta' kontinwità li jikkaratterizza n-nefqa tal-Parlament, fil-biċċa l-kbira tagħha marbuta mar-remunerazzjoni tal-Membri u tal-persunal, adegwata skont ir-Regolamenti tal-Persunal u obbligi kuntrattwali oħrajn; |
|
10. |
Jinnota ċ-ċifri li abbażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2015, speċifikament:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
11. |
Jinnota li fl-2015, id-99,1 % tal-approprjazzjonijiet iskritti fil-baġit tal-Parlament ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 0,9 % u li, bħal ma ġara fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni tal-baġit; |
|
12. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ammont tal-approprjazzjonijiet kanċellati kien jirriżulta EUR 41 422 684, u li l-kanċellazzjonijiet kienu jirrigwardaw prinċipalment is-salarji u n-nefqa marbuta mal-bini; |
|
13. |
Josserva li t-trasferiment “ta' tlaqqit” kien jammonta għal EUR 71 000 000, li jirrappreżenta 4 % tal-approprjazzjonijiet totali trasferiti minn intestaturi relatati ma' approprazzjonijiet ta' proviżjonament u minn sorsi oħrajn biex jikkontribwixxu għall-kopertura tal-pagament ta' lokazzjoni għall-binja Konrad Adenauer; iħeġġeġ li l-politika immobiljari tal-Parlament għandha tkun stabbilita b'biżżejjed ċarezza bħala parti mill-istrateġija tal-baġit; iqis dan il-livell ta' trasferiment “ta' tlaqqit” għoli ħafna; huwa tal-fehma soda li ġestjoni effikaċi tal-baġit għandha tnaqqas dan it-trasferiment sal-minimu indispensabbli; jistieden lill-Qorti, f'dan ir-rigward, tirrediġi rapport dwar il-politika immobiljari tal-Parlament; |
L-opinjonijiet tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-2015 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet
|
14. |
Jinnota li, kumplessivament, mill-evidenza għall-awditjar jirriżulta li l-infiq għall-“amministrazzjoni” mhuwiex milqut materjalment minn żball, iżda li fuq il-bażi ta' seba' żbalji kwantifikati, il-livell ta' żball stmat fil-kuntest tal-Intestatura 5 tal-QFP dwar l-amministrazzjoni huwa 0,6 % (minn 0,5 % fl-2014); |
|
15. |
Huwa mħasseb sew dwar is-sejba tal-Qorti li mill-151 tranżazzjoni eżaminata għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni, 22 (14,6 %) kienu milquta minn żbalji; jinnota, madankollu, li, minn dawn it-22 tranżazzjoni, sebgħa biss ġew kwantifikati, u għaldaqstant kellhom implikazzjonijiet finanzjarji, li ssarrfu f'livell ta' żball stmat ta' 0,6 %; |
|
16. |
Jinnota, ukoll, is-sejbiet li jikkonċernaw speċifikament il-Parlament li jinsabu fir-rapport annwali tal-Qorti għall-2015; josserva li l-Qorti waslet għall-konklużjoni tal-eżistenza ta' dgħufijiet fil-kontrolli tal-awtorizzazzjoni u tas-saldu tan-nefqa tal-2014; jikkonstata li dawn id-dgħufijiet kienu jirrigwardaw biss tranżazzjoni waħda mis-16-il tranżazzjoni tal-Parlament li ġew eżaminati, fir-rigward ta' xi grupp politiku, u li dawn ġew solvuti fl-2015; |
|
17. |
Jinnota Sr-risposti li ta l-Parlament lill-Qorti matul il-proċedura kontradittorja; jitlob lill-Qorti żżomm lill-kumitat responsabbli informat dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tagħha biex tingħata gwida aħjar u jsir rieżami tal-qafas ta' kontroll eżistenti għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit allokati lill-gruppi politiċi; |
Ir-rapport annwali tal-awditur intern
|
18. |
Josserva li, fil-laqgħa miftuħa tal-kumitat responsabbli tat-30 ta' Jannar 2017 mal-awditur intern, dan tal-aħħar ippreżenta r-rapport annwali tiegħu u indika li, fl-2015, kien adotta rapporti ta' awditjar dwar is-suġġetti li ġejjin:
|
|
19. |
Jinnota u jappoġġa l-fehmiet espressi mill-awditur intern rigward il-ħtieġa li:
|
|
20. |
Jinnota li, fi tmiem l-2015, wara awditi ta' segwitu suċċessivi, għadhom sospiżi erba' azzjonijiet mir-rieżami tal-qafas tal-kontroll intern, kollha kkaratterizzati minn riskju moderat, u li f'każ minnhom, il-kompletament tal-azzjoni ġie pospost għall-2017 fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni finanzjarja l-ġdida tal-Parlament; jistieden lill-awditur intern iżomm lill-Kumitat CONT informat dwar il-progress miksub fir-rigward ta' dawk l-azzjonijiet; |
|
21. |
Jitlob lill-awditur intern, huwa u jippreżenta r-rapport annwali, jagħmel aktar enfasi fuq l-aspetti li fihom sab nuqqasijiet u/jew irregolaritajiet; jitlob ukoll lill-Awditur Ġenerali jagħmel ir-rapporti tiegħu dwar is-segwitu, l-iżviluppi u s-soluzzjonijiet għall-problemi identifikati matul il-mandat tiegħu disponibbli għall-Kumitat CONT; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jintroduċi proċeduri għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni u tar-riżultati; |
Segwitu għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza 2014
|
22. |
Jinnota r-risposti bil-miktub għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-2014 mogħtija lill-Kumitat CONT fl-20 ta' Ottubru 2016 u tal-preżentazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tad-diversi mistoqsijiet u talbiet fir-rigward tar-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2014 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li segwa; jiddispjaċih, madankollu, li ħafna minn dawn l-applikazzjonijiet ma ngħatawx segwitu u li ma ngħatat la motivazzjoni u lanqas ġustifikazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm aktar lok għal diskussjoni mas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat CONT dwar il-kwistjonijiet li jolqtu l-baġit tal-Parlament u l-implimentazzjoni tiegħu; |
|
23. |
Jinnota li kien hemm inkonsistenza bejn id-dati ta' preżentazzjoni tal-abbozz ta' rapport dwar il-kwittanza tal-Parlament u l-possibbiltà li jitressqu mistoqsijiet supplimentari lis-Segretarju Ġenerali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti risposti lill-mistoqsijiet supplimentari qabel ma jiskadi t-terminu għat-tressiq tal-emendi u, jekk neċessarju, qabel il-votazzjoni fil-kumitat; |
Kwittanza tal-Parlament għall-2015
|
24. |
Jinnota l-iskambju ta' fehmiet bejn il-Viċi President responsabbli għall-baġit, is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat CONT fil-preżenza tal-membru tal-Qorti u tal-awditur intern, fit-30 ta' Jannar 2017; |
|
25. |
Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-impenn li ħadet l-amministrazzjoni tal-Parlament biex ittejjeb kostantement il-prestazzjoni tas-servizzi tal-Parlament fl-intier tagħhom u biex dan isir b'mod effiċjenti, għad li jqis ukoll li, f'ċerti każijiet, il-bidliet qegħdin jieħdu wisq żmien biex jissarrfu fil-prattika; |
|
26. |
Jinnota li l-Parlament, li liċ-ċittadin jiswielu madwar EUR 3,60 fis-sena, ma għandux jibża' minn paragun ma' sistemi parlamentari oħrajn, speċjalment peress li terz tal-ispejjeż huwa dovut għal fatturi bażiċi (multilingwiżmu u postijiet tax-xogħol) li fuqhom il-Parlament stess għandu influwenza limitata u li ma japplikawx bl-istess mod għall-parlamenti l-oħra; |
|
27. |
Jinnota, madankollu, li l-attenzjoni mogħtija lill-baġitjar abbażi tal-prestazzjoni tvarja minn direttorat ġenerali għall-ieħor u li laħqet livell tajjeb, pereżempju, fid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi (DĠ FINS), iżda għadha f'fażi preliminari fi bnadi oħra tal-amministrazzjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li jkunu fissati u sottoposti għal monitoraġġ objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu fl-amministrazzjoni kollha; |
|
28. |
Jinnota r-risposta tas-Segretarju Ġenerali dwar l-aċċess għall-applikazzjoni ePetition għall-Membri u għall-pubbliku ġenerali, kif ukoll tar-rapport tas-Servizz Legali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta dwar l-azzjonijiet maħsuba biex jagħtu segwitu lir-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz Legali; |
|
29. |
Jilqa' l-attenzjoni li tagħti l-amministrazzjoni lis-sostenibbiltà, partikolarment fil-kuntest tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku; josserva, madankollu, li bid-dħul fis-seħħ tad-direttiva l-ġdida dwar l-akkwist pubbliku (2), sar possibbli li tiżdied l-importanza tal-kriterji marbuta mas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali meta mqabbla mal-kriterju tal-prezz l-aktar baxx; |
|
30. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta pjan ta' azzjoni dwar il-mod kif ikunu applikati l-kriterji ta' sostenibbiltà fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku tal-Parlament u, f'dan ir-rigward, jinkludi evalwazzjoni tal-użu li jsir mill-akkwist pubbliku ekoloġiku bħala strument; |
|
31. |
Jirrikonoxxi li, skont il-Qorti, il-kostijiet tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament jammontaw għal EUR 114-il miljun fis-sena u jinnota s-sejba, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013 dwar is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (3), li, 78 % tal-missjonijiet kollha tal-persunal tal-Parlament li jidħlu fl-ambitu tar-Regolamenti tal-Persunal hija l-konsegwenza diretta tad-dispersjoni ġeografika tas-servizzi tal-Parlament; ifakkar li l-istima tal-impatt ambjentali ta' din id-dispersjoni hija bejn il-11 000 u d-19 000 tunnellata emissjonijiet ta' CO2; jistieden lill-Bureau jitlob lis-Segretarju Ġenerali jiddefinixxi mingħajr dewmien pjan direzzjonali għal sede unika għall-Parlament; itenni l-appell tiegħu lill-Parlament u lill-Kunsill biex jieħdu ħsieb il-bżonn ta' pjan direzzjonali għal sede unika, kif jiddikjara l-Parlament f'bosta riżoluzzjonijiet preċedenti, bil-għan li jiffranka fit-terminu twil; jemmen li l-ħruġ tar-Renju Unit u l-bżonn li jerġgħu jiġu assenjati l-aġenziji Ewropej li bħalissa għandhom is-sede tagħhom fir-Renju Unit, jistgħu joffru opportunità eċċellenti biex jissolvew bosta problemi fl-istess ħin; jiġbed l-attenzjoni għall-Artikolu 341 tat-TFUE li jistabbilixxi li s-sedi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-Gvernijiet tal-Istati Membri u għall-Protokoll 6 anness mat-TUE u mat-TFUE li jistabbilixxi li l-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu; ifakkar li s-soluzzjoni ta' sede unika teħtieġ bidla fit-Trattat; |
|
32. |
Ifakkar fir-risposta li tat l-amministrazzjoni lill-mistoqsija 75 fil-kwestjonarju dwar il-kwittanza għall-Parlament għall-2013, speċifikament li kienet iddeċidiet li tissospendi l-'prattika ta' missjonijiet fit-tul …, … fatt li wassal għal iffrankar notevoli', iżda jikkunsidra bħala kontradizzjoni kbira l-fatt li 13-il membru tal-persunal bħalissa jinsabu fuq missjoni fit-tul; iqis li missjoni fit-tul ta' membru tal-persunal, b'allowance tal-espatrijazzjoni u b'allowances tas-sussistenza ta' kuljum, fil-post fejn din il-persuna diġà kienet tgħix u taħdem tikkostitwtixxi użu diskutibbli ta' flus il-kontribwenti u jmur kontra r-Regolamenti tal-Persunal; jinsisti għal kjarifika tar-ċirkostanzi ta' kull missjoni fit-tul, u partikolarment tad-divulgazzjoni tar-raġunijiet u tal-kostijiet għal tali missjoni fit-tul; |
|
33. |
Ifakkar li, skont ir-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali kollha u l-aġenti l-oħrajn tal-Unjoni, anki dawk li jaħdmu fil-kabinetti, għandhom jaqdu dmirijiethom unikament billi jżommu quddiem għajnejhom l-interessi tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-uffiċjali tal-Unjoni huma mħallsin minn flus il-kontribwenti, li mhumiex maħsubin biex jiffinanzjaw l-istampa jew lil membri tal-persunal ieħor involuti fil-promozzjoni ta' kwalunkwe interess politiku nazzjonali ta' President; jistieden lill-Bureau jistabbilixxi dispożizzjonijiet ċari fir-regolamenti tal-Parlament; |
|
34. |
Jinnota d-deċiżjoni tal-President tal-21 ta' Ottubru 2015 bl-intenzjoni li jaħtar persuni f'karigi maniġerjali fi ħdan il-Parlament mingħajr rispett tal-proċeduri, u partikolarment mingħajr ma saret sejħa għal applikazzjonijiet; jinnota li din id-deċiżjoni “ma tikkorrispondix għar-regoli” (risposta tal-amministrazzjoni marbuta mat-tieni kwestjonarju tal-Kumitat CONT); jinsisti fuq il-fatt li din id-deċiżjoni tal-President għandha tkun formalment revokata; |
|
35. |
Jinnota li fil-15 ta' Diċembru 2015 il-President awtorizza l-allokazzjoni ta' allowance speċjali illimitata lill-persunal tal-kabinett tiegħu, oltre l-allowance eżistenti, minkejja li r-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevedux din l-allowance speċjali; jerġa' jqajjem il-kwistjoni dwar il-leġittimità ta' din l-awtorità u l-validità tal-allowances speċjali; jitlob li tkun eżaminata l-possibbiltà li jkun jaf jekk id-deċiżjoni kkonċernata għandhiex tkun revokata; |
Il-ġestjoni tal-iskema ta' sussidju għall-gruppi ta' viżitaturi
|
36. |
Jinnota l-adozzjoni min-naħa tal-Bureau, fl-24 ta' Ottubru 2016, tar-Regoli riveduti li jirregolaw il-pagament tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-gruppi ta' viżitaturi sponsorjati; |
|
37. |
Jilqa' l-fatt li dawn inaqqsu konsiderevolment il-pagamenti fi flus kontanti u jintroduċu l-obbligu tat-trasferimenti elettroniċi, b'hekk jonqos ir-riskju ta' serq kif ukoll ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Parlament, filwaqt li tkompli tkun garantita flessibbiltà konsiderevoli; isostni l-intenzjoni tal-Bureau li jevalwa s-sistema riveduta wara sena mill-implimentazzjoni; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-assistenti parlamentari jistgħu jkunu nominati biex jirċievu pagamenti fil-kontijiet personali tagħhom u jiċċertifikaw l-ispejjeż tal-grupp; jibża' li dan ipoġġi responsabbiltà ġuridika u finanzjarja inutli fuq l-assistenti parlamentari akkreditati u jesponihom għal riskji potenzjali; iħeġġeġ lill-Bureau jerġa' jeżamina din il-kwistjoni bħala prijorità; |
|
38. |
Jiddeplora l-fatt li l-Parlament ta l-kwittanza lill-President tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2014 u fl-aħħar minuta ħassar paragrafi importanti, b'hekk qajjem aktar dubji dwar l-attivitajiet politiċi tal-President u l-aġir finanzjarju tiegħu matul l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014; |
Ir-reġistru ta' trasparenza u l-kunflitti ta' interess
|
39. |
Jilqa' ż-żieda fl-attenzjoni min-naħa tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-pubbliku murija lill-Parlament u lill-amministrazzjoni tiegħu; josserva, madankollu, li ċerti ġurnalisti jsibuha diffiċli jiksbu l-informazzjoni speċifika li jkunu qegħdin ifittxu; jirrimarka li t-trasparenza tal-Parlament u tal-amministrazzjoni tiegħu hija essenzjali għal-leġittimità tal-istituzzjoni u li, dejjem fir-rispett tar-regoli li jirregolaw il-protezzjoni tad-data, għandu jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni; |
|
40. |
Jistieden lill-Bureau jippubblika fuq is-sit web tal-Parlament id-dokumenti rilevanti ppreżentati lilu mis-Segretarju Ġenerali f'forma li jista' jinqara elettronikament, sakemm ma n-natura tal-informazzjoni li tkun fihom ma tagħmilx dan possibbli, bħal fil-każ, ngħidu aħna, tal-protezzjoni tad-data personali; |
|
41. |
Jisħaq fuq il-bżonn li xogħol il-korpi deċiżjonali interni tal-Parlament, partikolarment il-Bureau, isir aktar trasparenti u aċċessibbli; jappella għall-pubblikazzjoni fl-Intranet tal-aġendi tal-Bureau f'ħin utli u għall-pubblikazzjoni tal-minuti b'mod ħafna aktar tempestiv; josserva li mhuwiex neċessarju li dak li jkun jistenna sakemm dawn jiġu tradotti bil-lingwi kollha; |
|
42. |
Ifakkar fl-obbligu tal-Membri li jinformaw minnufih lill-amministrazzjoni b'kull bidla fid-dikjarazzjonijiet ta' interessi tagħhom; |
|
43. |
Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Bureau, u jevidenzja r-rikjesti kollha għal azzjoni jew deċiżjoni min-naħa tal-Bureau; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiddefinixxi pjan ta' azzjoni u kalendarju li lill-Bureau jippermettilu jagħti segwitu u/jew jirrispondi lir-rakkomandazzjonijiet misjuba fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanza u jinkludi r-riżultati fid-dokument ta' monitoraġġ annwali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta f'ħin utli lill-Kumitat għall-Baġits u lill-KumitatCONT dwar il-proġetti kollha b'impatt konsiderevoli fuq il-baġit li ġew ippreżentati lill-Bureau; |
|
44. |
Jemmen li l-Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw is-sit web tal-Parlament biex jiggarantixxu lill-eletturi tagħhom l-akbar trasparenza possibbli rigward l-attivitajiet tagħhom u jistieden, għaldaqstant, lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa sistema li l-Membri jistgħu jużaw biex jippubblikaw id-dettalji tal-laqgħat tagħhom mar-rappreżentanti ta' interessi; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jagħmel dan possibbli mill-aktar fis, kif diġà mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2014; |
|
45. |
Jistieden lill-Bureau biex jiddefinixxi u jippubblika r-regoli dwar l-użu tal-allowance għan-nefqa ġenerali (GEA); |
|
46. |
Jinnota li mhux il-Membri kollha jafu bil-possibbiltà li jirritornaw l-eċċess tal-allowance għall-ispejjeż ġenerali; ifakkar lill-Membri li l-GEA ma jikkostitwix salarju personali addizzjonali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippubbliċizza din il-possibbiltà b'mod prijoritarju; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirritornaw l-eċċess fi tmiem il-mandat tagħhom; |
|
47. |
Jistieden, analogament, lis-Segretarju Ġenerali jforni lill-Membri li jixtiequ jippubblikaw fil-paġni tas-sit web personali tagħhom l-informazzjoni dwar kwalunkwe allowance ieħor imħallas lilhom mill-Parlament, bir-reġistrazzjoni tad-data xierqa li tista' tkun faċilment riproċessata; |
|
48. |
Jistieden barra minn hekk lis-Segretarju Ġenerali jassisti b'mod analogu anki lill-gruppi politiċi interessati; |
|
49. |
Jinnota li fis-sit web tal-Parlament hemm disponibbli firxa wiesgħa ta' dokumenti li jirrigwardaw id-deċiżjoni relatata mar-rikonoxximent tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, flimkien mad-dettalji li jispeċifikaw l-ammont finali tal-finanzjament; jitlob lill-Parlament jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal reviżjoni tal-att ġuridiku attwali tal-Unjoni dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (4), biex jipprevedi wkoll rekwiżiti aktar rigorużi għat-twaqqif ta' partiti u fondazzjonijiet politiċi Ewropej, bil-għan li jkunu evitati l-abbużi; |
|
50. |
Jilqa' l-introduzzjoni ta' formola speċjali għar-rapporteurs, li fiha dawn tal-aħħar jistgħu jindikaw liema rappreżentanti ta' interessi influwenzaw ir-rapporti tagħhom (impronta leġiżlattiva); |
|
51. |
Itenni l-appell tiegħu lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex tipproduċi rapport dwar l-użu tar-reċinti tal-Parlament min-naħa tar-rappreżentanti ta' interessi u tal-organizzazzjonijiet esterni l-oħra; |
|
52. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-kodiċi ta' mġiba attwali tal-Membri jaf ikollu bżonn titjib ulterjuri biex ikunu evitati l-kunflitti ta' interessi, billi tingħata attenzjoni speċjali lis-segwenti:
|
Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
|
53. |
Jilqa' favorevolment l-iżvilupp ta' indikaturi għall-kejl tar-riżultati fir-rigward tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Parlament u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiddedika, fir-rapport tal-2016 dwar l-attivitajiet tal-Parlament, taqsima speċifika dwar l-effikaċja ta' dan l-approċċ il-ġdid imsejjes fuq ir-rendiment fil-qasam tal-komunikazzjoni; |
|
54. |
Isostni d-diversi programmi mmirati li jaġevolaw iż-żjarat ta' ġurnalisti u ċittadini interessati li jsiru jafu aktar dwar l-attivitajiet tal-Parlament; |
|
55. |
Itenni, f'dan ir-rigward, l-appell tiegħu fil-kwittanza għall-2014 li fiha ġie kkonstatat li s-sit web tal-Parlament baqa' relattivament diffiċli għall-użu, b'navigazzjoni diffiċli u ma kienx għadu daħħal l-aktar żviluppi teknoloġiċi reċenti, bir-riżultat li kien diffiċli li dak li jkun isib l-informazzjoni rilevanti malajr; ġie rrimarkat ukoll li, fid-dawl tal-importanza tal-komunikazzjoni maċ-ċittadini Ewropej, is-sit web ma jikkontribwix għat-titjib tad-dehra tal-Parlament fost il-pubbliku ġenerali; |
|
56. |
Jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM) jintroduċi sit web aktar effiċjenti u faċli għall-utenti li jdaħħal magna tat-tiftix fis-sit web aktar effiċjenti, wieħed li se jgħolli l-profil tal-Parlament mal-pubbliku ġenerali u jikkorrispondi b'mod aktar dirett għall-ħtiġijiet u għall-interessi taċ-ċittadini; josserva li nkisbu biss riżultati medjokri, minkejja li ntefqu riżorsi konsiderevoli; |
|
57. |
Jesprimi tħassib dwar l-effikaċja tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Parlament; Jappella, f'dan ir-rigward, li jsir rieżami komprensiv tal-istrateġija attwali u, partikolarment, approċċ aktar attiv lejn dawk li mhumiex awtomatikament interessati fl-attivitajiet tal-Parlament jew dawk li saħansitra huma xettiċi dwar il-funzjonament tiegħu; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa strateġija ġdida bil-għan li tkun estiża ulterjorment lejn dawn iċ-ċittadini biex dawn tal-aħħar ikunu involuti wkoll, anki permezz tal-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-informazzjoni, tal-indirizzar adegwat tal-preġudizzji inġustifikati filwaqt li jkunu evitati kampanji ta' reklamar bla bżonn u li jqumu ħafna flus; |
|
58. |
Jissottolinja l-bżonn ta' modernizzazzjoni tal-missjoni tal-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament billi jkun ottimizzat l-użu tat-teknoloġiji ta' komunikazzjoni l-ġodda u tkun sfruttata l-pożizzjoni ġeografika privileġġjata tagħhom, viċin iċ-ċittadini, ħalli titkompla l-intensifikazzjoni tal-attivitajiet “going local”, bħal dibattiti organizzati mal-Membri u mas-soċjetà ċivili, bit-tir li jiġu mismugħa n-nies u jkunu involuti; jenfasizza li d-dibattitu online u l-attenzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni mqanqla minn tali avvenimenti għandhom jikkontribwixxu biex tissaħħaħ aktar il-viċinanza maċ-ċittadini; jinnota li l-bini u l-persunal tal-uffiċċji tal-informazzjoni fl-Istati Membri jqumu ħafna flus b'mod sproporzjonat meta mqabbel mal-ammont ta' flus li jintefaq għall-funzjonijiet ewlenin ta' dawn l-uffiċċji; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat CONT, sa tmiem l-2017, rapport dettaljat dwar l-attività u l-finanzi tal-uffiċċji tal-informazzjoni fl-ibliet ta' Brussell u Strasburgu rispettivament, b'enfasi speċjali fuq il-valur miżjud tagħhom; |
|
59. |
Huwa mħasseb bir-risposti mogħtija lill-mistoqsijiet għal risposta bil-miktub dwar l-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament f'ċerti Stati Membri, billi fil-maġġor parti tal-każijiet frazzjoni biss tal-kostijiet operattivi tagħhom tirriżulta mill-għanijiet u mill-kompiti reali ta' tali uffiċċji, filwaqt li l-parti l-kbira tal-flus tintefaq fuq il-kiri tal-uffiċċini u s-salarji u l-ispejjeż tal-vjaġġi tal-persunal tagħhom; |
|
60. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jtejjeb il-komunikazzjoni interna bejn id-diversi direttorati ġenerali, sabiex l-iżvilupp, pereżempju, ta' strumenti importanti ġodda bħat-tren leġiżlattiv isiru magħrufa mal-pubbliku ġenerali, kemm intern kif ukoll estern; |
Premju LUX
|
61. |
Jilqa' l-preżentazzjoni konġunta, li saret mill-Kumitat CONT u mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-istħarriġ, kif mitlub fil-kwittanza għall-2013, li sar biex jiddetermina jekk il-Premju LUX huwiex magħruf u b'liema mod jitqies fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, kif ukoll tar-riżultati relatati; |
|
62. |
Ifakkar li l-istħarriġ kien jirrigwarda, prinċipalment, il-fatt jekk il-Premju Ċinematografiku LUX huwiex magħruf fost il-Membri u r-reġisti ċinematografiċi, l-għan tal-Premju, li huwa li juri liċ-ċittadini l-impenn tal-Parlament favur valuri kunsenswali, bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà, kif ukoll l-impenn tiegħu favur id-diversità kulturali u lingwistika; |
|
63. |
Jinnota li l-istħarriġ kellu rata ta' risposta baxxa, 18 % biss tal-Membri li jikkomponu l-Parlament, li jikkorrispondu għal 137 Membru mill-gruppi politiċi u mill-Istati Membri kollha, u li fost dawn il-Membri aktar minn 90 % kienu jafu bil-Premju Ċinematografiku LUX, 75 % fehmu l-iskop tiegħu u aktar minn 80 % kellhom opinjoni pożittiva tal-Premju; |
|
64. |
Mhuwiex konvint bil-metodu ta' selezzjoni li bih il-Membri jiddeċiedu l-kandidati u jagħżlu r-rebbieħ tal-Premju, u jistieden lill-Bureau jirrapporta dwar mudelli alternattivi biex jinkisbu ir-riżultati mixtieqa, pereżempju billi jingħata sostenn lil inizjattiva kumparabbli meħuda mill-organizzazzjonijiet tar-reġisti ċinematografiċi stess; |
|
65. |
Jinnota li, minkejja li maż-żmien in-numru tal-ispettaturi żdied, 43 000 spettatur fil-livell tal-Unjoni jirrappreżentaw ċifra li għadha baxxa wisq u tqanqal il-mistoqsija ta' jekk il-Premju LUX huwiex ġustikabbli; |
Dar l-Istorja Ewropea
|
66. |
Jiddispjaċih bid-dewmien ripetut li ġarrab il-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea, li oriġinarjament kien ippjanat għal Marzu 2016 u mbagħad ġie pospost għal Settembru u għal Novembru 2016, u bħalissa pprogrammat għas-6 ta' Mejju 2017; |
|
67. |
Jinnota bi tħassib id-diskussjonijiet li għaddejjin dwar in-natura tal-wirjiet temporanji; jenfasizza l-importanza tal-indipendenza akkademika ta' Dar l-Istorja Ewropea f'termini ta' kontenut u disinn tal-wirja, u li dawn ikunu definiti esklussivament minn kriterji mużeoloġiċi u storiċi; |
|
68. |
Jinnota bi pjaċir li, skont l-istimi, Dar l-Istorja Ewropea se tilqa' 250 000 viżitatur fis-sena; jirrimarka li l-kostijiet operattivi annwali ta' din il-faċilità huma stmati minn qabel għal EUR 13,3-il miljun; jesprimi t-tħassib tiegħu għan-numru proporzjonalment baxx ta' viżitaturi meta mqabbel mal-kostijiet operattivi, fid-dawl tal-fatt li fl-2015, il-Parlament laqa' 326 080 viżitatur u li l-kost operattiv kien biss EUR 4,3 miljun; |
|
69. |
Jinnota li bl-istabbiliment tal-Parlamentarium u l-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea, il-Parlament u l-inħawi ta' madwaru qed isiru attrazzjoni għaċ-ċittadini u t-turisti u dan se jġib miegħu għarfien aħjar tar-rwol tal-Parlament u jispjega liċ-ċittadini l-impenn tal-Parlament lejn valuri kunsenswali bħad-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà; jitlob li l-Bureau jikkunsidra li jidħol fi djalogu mal-awtoritajiet lokali biex jara kif dawn tal-aħħar jistgħu jikkontribwixxu għall-finanzjament u l-ġestjoni ta' Dar l-Istorja Ewropea; |
|
70. |
Jistieden lill-Bureau jikkunsidra li jadatta t-tmexxija ta' Dar l-Istorja Ewropea f'approċċ aktar interistituzzjonali, jeżamina kooperazzjoni ulterjuri ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, speċjalment il-Kummissjoni u l-Kunsill; |
|
71. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tikkontribwixxi EUR 800 000 fis-sena għall-kostijiet operattivi ta' Dar l-Istorja Ewropea; iqis, madankollu, li l-Kummissjoni jmissha tikkontribwixxi proporzjon ferm akbar għall-kostijiet operattivi annwali stmati; |
Direttorat Ġenerali għall-Persunal (DĠ PERS)
|
72. |
Josserva li, sal-31 ta' Diċembru 2015, total ta' 5 391 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju kienu impjegati fi ħdan is-Segretarjat (b'żieda ta' 96 meta mqabbla mal-31 ta' Diċembru 2014) u total ta' 771 uffiċjal u membru tal-persunal temporanju fi ħdan il-gruppi politiċi (b'żieda ta' 26 meta mqabbla mal-31 ta' Diċembru 2014). Flimkien mal-aġenti kuntrattwali, id-DĠ PERS kien responsabbli minn 9 402 membri tal-persunal (b'żieda ta' 467 meta mqabbla mal-31 ta' Diċembru 2014); |
|
73. |
Jinnota li fl-1 ta' Jannar 2015, 47 post tħassru mill-organigramma tal-Parlament skont ir-reviżjoni tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-QFP għall-perjodu 2014-2020, b'hekk it-total tal-organigramma ammonta għal 6 739 post li minnhom 5 723 (84,9 %) kienu għas-Segretarjat u 1 016 (15,1 %) għall-gruppi politiċi. Fil-31 ta' Diċembru 2015, 4,9 % tal-postijiet fis-Segretarjat kienu vakanti, meta mqabbel ma' 9,6 % fi tmiem l-2014; |
|
74. |
Jilqa' l-fatt li l-bilanċ tal-ġeneru fost id-diretturi ġenerali tjieb minn 18,2 %/81,8 % fl-2014 għal 33,3 %/66,7 % fl-2015, iżda josserva li l-bilanċ tal-ġeneru fost id-diretturi niżel minn 34 %/66 % fl-2014 għal 31,1 %/68,9 % fl-2015; ifakkar li n-nisa jikkostitwixxu l-maġġoranza assoluta tal-membri tal-persunal tal-Parlament, iżda huma rrappreżentati f'parti limitata tal-postijiet maniġerjali; josserva li l-bilanċ tal-ġeneru fost il-kapijiet ta' unità kompla jiżdied minn 30 %/70 % fi tmiem l-2014 għal 31,2 %/68,8 % fi tmiem l-2015; jenfasizza li l-iżbilanċi fil-postijiet maniġerjali għandhom għaldaqstant jippersistu u li l-programm tal-opportunitajiet indaqs għal dawn il-postijiet jibqa' jkollu importanza assoluta; huwa tal-fehma soda li, sal-2019, tal-anqas 40 % tal-postijiet maniġerjali fil-Parlament għandhom ikunu okkupati minn nisa; |
|
75. |
Jesprimi s-sorpriża tiegħu dwar il-fatt li l-kumitat konsultattiv tal-Parlament għall-ħatra tal-uffiċjali għolja jikkonsisti unikament minn persunal maniġerjali għoli u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jinkludi rappreżentant ta' assoċjazzjoni tal-persunal; |
|
76. |
Jenfasizza li jkun tajjeb li l-bilanċ ġeografiku, speċifikament ir-relazzjoni bejn in-numri tal-membri tal-persunal b'nazzjonalità partikolari u d-daqs tal-popolazzjoni tal-Istati Membri korrispondenti, jibqa' element importanti tal-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod partikolari fir-rigward tal-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni mill-2004 'l hawn, u jilqa' l-fatt li l-Parlament laħaq kompożizzjoni kumplessivament ibbilanċjata bejn l-uffiċjali mill-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-2004 u dawk li ngħaqdu sussegwentement; jiġbed l-attenzjoni iżda għall-fatt li dawn l-Istati Membri għadhom jirrappreżentaw 3 % biss tal-persunal fil-livell ta' “amministratur għoli” (AD12-16) fit-tliet postijiet tax-xogħol, meta mqabbla mal-perċentwal tagħhom tal-popolazzjoni tal-Unjoni, li hu 21 % u li għadu mistenni aktar progress f'dan ir-rigward; |
|
77. |
Jirrikonoxxi l-fatt li għal ċerti attivitajiet, bħat-tmexxija tal-kantins u t-tindif, il-Parlament ipprefera l-għażla tal-esternalizzazzjoni u, b'konsegwenza ta' dan, għal ċerti DĠ, in-numru ta' persunal estern fil-binjiet tal-Parlament jista' saħansitra jaqbeż in-numru ta' uffiċjali; |
|
78. |
Jinnota, madankollu, li dawn id-deċiżjonijiet ta' esternalizzazzjoni ma jistgħux jagħtu spjegazzjoni tal-użu tal-persunal estern kollu u li, pereżempju fid-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u s-Sostenn Teknoloġiku (DĠ ITEC), il-proporzjon bejn persunal estern u uffiċjali huwa diffiċli li tiġġustifikah; |
|
79. |
Jesprimi l-fehma tiegħu li l-persunal estern ma għandux jintuża biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fin-numru ta' postijiet kif maqbul fil-kuntest tar-reviżjoni tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal u fil-QFP attwali; |
|
80. |
Jinnota r-risposti tas-Segretarju Ġenerali dwar il-kundizzjonijiet applikati mill-Parlament għall-kuntratti esterni; jenfasizza li l-amministrazzjoni jeħtieġ li ssegwi mill-qrib u sistematikament il-fornituri tas-servizzi bil-għan li jirrispettaw rigorożament il-leġiżlazzjoni fil-qasam, fost oħrajn, tal-impjiegi, tas-sikurezza u tad-drittijiet soċjali, applikabbli għall-persunal estern kollu li jaħdem fi ħdan ir-reċinti tal-Parlament, pereżempju fil-kantins, fit-tindif, fil-manutenzjoni, eċċ.; jistieden lill-Parlament jintroduċi mekkaniżmi ta' allarm u kontroll perjodiċi bil-għan li jipprevjeni u jaqbad eventwali każijiet, iżolati jew sistematiċi, ta' negliġenza, abbuż jew ksur, b'mod li jkun jista' jieħu azzjoni immedjata; |
|
81. |
Jinnota li l-proċedura biex il-gwardji ta' sigurtà tal-Parlament isiru servizz intern tlestiet u li l-istess proċedura għas-servizz tax-xufiera għaddejja bħalissa; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lill-Kumitat CONT dwar dak li dawn il-proċeduri għallmu u kwalunkwe ffrankar li sar bħala konsegwenza; |
|
82. |
Jinnota bi tħassib li l-persunal tal-kantins ma jitħallasx skont is-sigħat imniżżla fil-kuntratt tiegħu fil-ġimgħat li fihom il-Membri jaħdmu f'postijiet oħra, pereżempju fil-ġimgħat riservati għall-attivitajiet esterni tal-Parlament (fid-distretti elettorali) jew waqt is-sessjonijiet plenarji fi Strasburgu u li lil numru konsiderevoli ta' dawn il-membri tal-persunal jiġi applikat tnaqqis tas-sigħat tax-xogħol, b'konsegwenzi fuq il-ħajja tax-xogħol u fuq ir-remunerazzjoni tagħhom; jistieden lis-Segretarju Ġenerali joħroġ b'soluzzjoni fl-ambitu tan-negozjati mal-fornitur tas-servizzi tal-kantins, li tiggarantixxi lill-impjegati sigħat regolari u ħlas kull ġimgħa; |
|
83. |
Jinnota li fi tmiem l-2015 kien hemm 1 813-il assistent parlamentari akkreditat (APA) jaħdmu mal-Parlament, meta mqabbel ma' 1 686 sena qabel. Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-APA u tal-assistenti lokali, billi l-kuntratti tagħhom huma direttament marbutin mal-mandat tal-Membri li lilhom jagħtu assistenza, filwaqt li dak li jkun iżomm quddiem għajnejh li l-APA huma membri tal-persunal b'kuntratt tax-xogħol mal-Parlament, filwaqt li l-assistenti lokali huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
|
84. |
Jiddispjaċih li r-rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l- APA ma ġiex ippreżentat lill-Kumitat CONT sa tmiem l-2016, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-kwittanza għall-2014, u li, sal-lum, għadu ma ġiex ippreżentat; |
|
85. |
Jirrimarka li f'każijiet ta' fastidju jew żvelar ta' informazzjoni protetta (whistleblowing), l-APA jinsabu b'pożizzjoni partikolarment vulnerabbli, peress li l-kuntratti tagħhom jissejsu fuq fiduċja reċiproka bejn il-Membru u l-assistent tiegħu; jinnota li jekk din il-fiduċja tkun nieqsa, din tkun raġuni biżżejjed biex il-kuntratt jintemm; jinnota, barra minn hekk, li jekk il-Membru jkollu jirriżenja minħabba danni għar-reputazzjoni li jirriżultaw minn reat jew ksur ieħor tal-liġi, dan normalment ifisser li l-kuntratti tal-assistenti kollha tiegħu jintemmu wkoll; jitlob, għalhekk, it-tisħiħ immedjat tar-rappreżentanza tal-APA fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju, u jkun garantit il-bilanċ tal-ġeneru, kif diġà mitlub fil-kuntest tal-kwitttanza għall-2013 u għall-2014; jistieden lill-Bureau jassenja fondi suffiċjenti biex ikopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza tal-APA li ressqu lment, li spiss ma jkollhomx il-mezzi neċessarji biex imorru personalment Brussell biex jippreżentaw il-każ tagħhom lill-Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta' fastidju; jitlob li, fl-ambitu tar-reviżjoni li jmiss tar-Regolamenti tal-Persunal, tkun eżaminata l-possibbiltà li jkunu previsti miżuri finanzjarji kumpensatorji għall-APA, bil-għan li jkunu garantiti t-trattament indaqs tal-APA u r-rikonoxximent tal-vulnerabbiltà partikolari tagħhom f'każ ta' fastidju jew ta' żvelar ta' informazzjoni protetta; |
|
86. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-amministrazzjoni biex titnieda proċedura ta' adegwament tal-allowances b'rata fissa għall-missjonijiet fi Strasburgu li jirċievu l-APA, li huma notevolment inqas minn dawk li jirċievu l-uffiċjali permanenti; jenfasizza li l-adegwament għandu jissejjes fuq metodu ta' kalkolu trasparenti u li għandu jkun f'korrelazzjoni diretta mar-reviżjoni reċenti 'l fuq tal-allowances u tal-limiti massimi għall-ispejjeż ta' akkomodazzjoni għall-uffiċjali permanenti; jenfasizza wkoll li għandha tiddaħħal l-indiċizzazzjoni awtomatika tal-allowances għar-reviżjonijiet futuri; |
|
87. |
Jiddeplora l-fatt li l-Bureau ma weġibx għat-talba li saritlu mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-2013 u għall-2014, biex japplika lill-APA l-istess allowances ta' kuljum li jirċievu l-membri l-oħra tal-persunal; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jagħti, qabel ma jiġu implimentati l-eventwali bidliet, stima tal-kost addizzjonali li jkun jirriżulta permezz ta' dan l-adegwament; jissottolinja sadanittant il-fatt li l-limiti massimi attwali għar-rimborżi tal-missjonijiet għall-assistenti parlamentari akkreditati ilhom mill-2009 ma jiġu adegwati u li d-diskrepanza bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-membri l-oħra tal-persunal żdiedet ulterjorment biex laħqet tal-anqas l-40 % b'segwitu għall-introduzzjoni tal-limiti massimi l-ġodda li ġew approvati mill-Kunsill fid-9 ta' Settembru 2016 u li sa issa ġew applikati biss għall-uffiċjali tal-persunal, mill-10 ta' Settembru 2016; jappella għalhekk lill-Bureau biex jieħu l-miżuri neċessarji biex jirrimedja għal din l-inugwaljanza; |
|
88. |
Jiddispjaċih ħafna rigward il-fatt li, f'każ ta' mewt jew ta' riżenja ta' Membru, il-perjodu ta' impjieg ta' APA jintemm mat-tmiem tax-xahar ta' kalendarju rilevanti; jenfasizza li, għalhekk, jekk il-mandat tal-Membru jintemm l-aħħar jum ta' xahar partikolari, l-APA x'aktarx lanqas ikollu ġurnata waħda ta' preavviż; jitlob li din is-sitwazzjoni inaċċettabbli tissolva fl-ambitu tar-reviżjoni li jmiss tar-Regolamenti tal-Persunal, billi l-perjodu ta' preavviż jintrabat ma' perjodu ta' żmien definit, pereżempju erba' ġimgħat, minflok milli max-xhur ta' kalendarju; jitlob ukoll lill-Bureau jintroduċi malajr miżuri temporanji biex tinstab soluzzjoni provviżorja għal din il-problema qabel ma ssir tali reviżjoni ġuridika; |
|
89. |
Huwa mħasseb fuq l-allegata prassi skont liema l-Membri jobbligaw lill-APA jmorru fuq missjoni, partikolarment fi Strasburgu, mingħajr ma dawn ikollhom la ordnijiet ta' missjoni u lanqas jieħdu rimborż tal-ispejjeż tal-missjoni jew tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar; huwa tal-opinjoni li din il-prassi tagħti lok għal abbuż: fl-assenza ta' ordni ta' missjoni, l-APA jkollhom iħallsu minn buthom l-ispejjeż u mhumiex koperti mill-assigurazzjoni fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Bureau jiżgura li r-Regolamenti tal-Persunal jiġu implimentati sewwa u jippenalizza lil dawk il-Membri li jiksru r-regoli; |
|
90. |
Jinnota li t-trainees għandhom dritt għal skont ta' EUR 0,50 għall-platti prinċipali fir-ristoranti self-service kollha ta' Brussell u Lussemburgu u ta' EUR 0,80 f'dawk ta' Strasburgu; iqis madankollu li, fid-dawl tal-livell medju tal-paga li jaqalgħu t-trainees u tal-prezzijiet għoljin applikati f'dawn l-aħħar sentejn, tali skontijiet mhumiex biżżejjed biex iħallu lanqas l-iċken impatt fuq il-finanzi tagħhom; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti roħs fil-prezz skont ir-remunerazzjoni tagħhom; |
|
91. |
Jistieden lill-Bureau jiżgura li jkunu garantiti d-drittijiet soċjali u tal-pensjoni lill-APAs li ħadmu mingħajr interruzzjoni għal dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi; jistieden lill-amministrazzjoni, f'dan ir-rigward, tressaq proposta li tqis id-deċiżjoni li ssir elezzjoni bikrija fl-2014, u l-ħin mgħoddi fil-proċedura ta' reklutaġġ meta tkun qed tikkalkula l-perjodu ta' 10 snin ta' servizz mitlub mir-Regolamenti tal-Persunal; |
|
92. |
Jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti tikkunsidra mill-ġdid il-possibbiltà li l-APA, f'ċerti kundizzjonijiet li għad iridu jiġu stabbiliti, jakkumpanjaw lill-Membri f'delegazzjonijiet u f'missjonijiet uffiċjali tal-Parlament, kif diġà mitlub minn diversi Membri. |
|
93. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau janalizzaw u jsolvu l-problemi li jinħolqu prinċipalment mill-aħħar bidla tal-kundizzjonijiet rigward l-APA (bħad-dewmien tal-iffirmar tal-kuntratti, l-interruzzjoni tal-kuntratti l-elezzjonijiet Ewropej bikrija, eċċ.) li tista' jkollha konsegwenzi gravi għall-ksib futur tad-drittijiet tax-xogħol min-naħa tal-APA; jitlob ukoll li r-rappreżentanti tal-APA jkunu involuti fit-tfittxija tas-soluzzjonijiet; |
|
94. |
Jitlob lill-Parlament, fl-interessi tal-opportunitajiet indaqs u tar-rispett tad-drittijiet tax-xogħol, jadotta linji gwida dwar l-attribuzzjoni ta' grad lill-APA u jiżviluppa deskrizzjonijiet tax-xogħol, responsabbiltajiet u kompiti ċari korrispondenti għall kull grupp ta' funzjoni; |
|
95. |
Jinnota li fl-2015 in-numru ta' każijiet ta' tmiem tas-servizz kien 154, li minnhom 126 kienu każijiet ta' rtirar, 13-il każ ta' invalidità, disa' każijiet ta' riżenja u sitt każijiet ta' mewt; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jeżegwixxi b'mod rigoruż ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal dwar il-kunflitti ta' interess potenzjali wara t-t-tmiem tas-servizz fil-Parlament, partikolarment f'każijiet ta' riżenja, billi huwa sorprendenti li l-ebda każ ta' kunflitt ta' interessi potenzjali ma ġie qatt ippubblikat; |
|
96. |
Jinnota bi tħassib li mhumiex previsti dispożizzjonijiet speċjali għall-persunal fil-każ li Stat Membru jiddeċiedi li joħroġ mill-Unjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali, huwa u jirrikonoxxi li din il-kwistjoni tolqot lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha, jidħol fi djalogu mal-Kummissjoni biex jaċċerta ruħu li l-persunal ta' ċittadinanza Brittanika ma jisfax vittma fil-każ ta' Brexit, u li d-drittijiet statutorji, kuntrattwali u akkwiżiti tiegħu jkunu salvagwardati bis-sħiħ; |
|
97. |
Jitlob organizzazzjoni aktar effiċjenti tal-korsijiet ta' taħriġ biex ikunu adattati għall-esiġenzi speċifiċi tal-APA;jitlob, b'mod partikolari, lill-amministrazzjonitqis il-kalendarju tal-attivitajiet parlamentari u tal-Membri u tiddefinixxi orarji adegwati u suġġetti speċifiċi; |
|
98. |
Jirrimarka l-fatt li 43 % tal-persunal tal-Parlament iqis li t-telexogħol ikollu effett pożittiv fuq is-sodisfazzjon professjonali tagħhom; jenfasizza li l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni li ma daħħlitx it-telexogħol u s-sistema tal-flexitime, filwaqt li t-tnejn ilhom bosta snin applikati fil-maġġor parti tal-istituzzjonijiet l-oħra, partikolarment il-Kummissjoni, b'riżultati bil-provi f'termini ta' żieda fil-produttività u titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-membri tal-persunal; josserva li l-Parlament daħħal it-telexogħol okkażjonali f' Ottubru 2016; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lis-servizzi kollha interessati, inklużi l-Membri u l-assistenti tagħhom, dwar l-implimentazzjoni ta' dan is-servizz; jitlob ukoll li s-sistema tal-“flexitime” tiġi inkorporata malajr kemm jista' jkun fil-prattiki ta' ħidma tal-Parlament; |
|
99. |
Jistieden lill-Parlament ibiddel ir-regoli tiegħu dwar l-internships offruti mill-Membri u mill-gruppi politiċi, bil-għan li titjieb is-sitwazzjoni tal-interns u tat-trainees fil-Parlament, inkluża remunerazzjoni dinjituża, id-definizzjoni ta' tul ta' żmien limitat tat-traineeships u ftehim ta' tagħlim; |
DĠ FINS
Kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew
|
100. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-Parlament jippubblika fis-sit web tiegħu lista annwali kompluta ta' dawk il-kuntratturi kollha tiegħu li ngħataw kuntratt ta' valur ogħla minn EUR 15 000, u li tali lista tinkludi l-isem u l-indirizz tal-kuntrattur, it-tip u s-suġġett tal-kuntratt, it-tul ta' żmien u l-valur tiegħu, il-proċedura segwita u d-direttorat ġenerali rilevanti; |
|
101. |
Jirrimarka li din il-lista tmur oltre r-rekwiżiti ta' trasparenza stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju; jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jagħmlu disponibbli l-informazzjoni sħiħa dwar il-kuntratturi u l-kuntratti kollha mogħtija permezz ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, inklużi każijiet ta' għoti dirett jew proċeduri ristretti; |
|
102. |
Isostni l-konklużjoni tal-Qorti li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jeħtieġu jwaqqfu arkivju pubbliku uniku ta' informazzjoni li fih tinżamm l-informazzjoni relatata mal-kuntratti ta' akkwist tagħhom sabiex jippermetti li jkun hemm trasparenza u monitoraġġ ex post effikaċi tal-attivitajiet ta' akkwist tagħhom; |
|
103. |
Jirrimarka li, minkejja l-appelli preċedenti għal titjib, is-servizz li toffri l-aġenzija tal-ivvjaġġar tal-Parlament għadu insodisfaċenti, inkwantu l-prezzijiet huma relattivament għoljin u l-aġenzija ma rnexxilhiex tinnegozja ftehimiet mal-kumpaniji tal-ajru prinċipali biex tikseb prezzijiet aktar vantaġġjużi u flessibbiltà akbar fl-arranġamenti tal-vjaġġi; |
|
104. |
Jistieden lill-aġenzija tipprova b'mod attiv toffri prezzijiet orħos indipendentement mill-kumpanija tal-ajru inkwistjoni; jitlob li l-aġenzija tintroduċi proċess ta' feedback (stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-utenti), biex tidentifika s-setturi li fihom huwa possibbli li tagħmel progress ulterjuri; |
Fond pensjonistiku volontarju
|
105. |
Jinnota li fi tmiem l-2015 id-defiċit attwarjali stmat tal-Fond pensjonistiku volontarju kien żied sa EUR 276,8 miljun; ikompli josserva li, fi tmiem l-2015, l-ammont ta' attiv nett li għandu jitqies u l-impenn attwarjali jammontaw għal EUR 155,5 miljun u EUR 432,3 miljun rispettivament; |
|
106. |
Ifakkar li dan il-passiv futur previst jinfirex fuq bosta deċennji iżda josserva li l-ammont totali mħallas fl-2015 mill-Fond pensjonistiku volontarju jammonta għal EUR 15,8-il miljun; |
|
107. |
Jirrimarka li dan iqajjem tħassib dwar il-possibbiltà li l-Fond jiġi eżawrit u li l-Parlament huwa l-garanti tal-pagament tad-drittijiet għal pensjoni meta u jekk dan il-Fond ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu; |
|
108. |
Jistieden lill-Bureau għal darb'oħra biex, malajr kemm jista' jkun, jagħmel valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond pensjonistiku; |
|
109. |
Ifakkar fil-paragrafu 112 tar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tas-sena li għaddiet (5) li fiha jsir appell biex issir valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-Fond pensjonistiku; jiddispjaċih li tali valutazzjoni għadha ma saritx; |
|
110. |
Ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fl-2013, li kienet valida d-deċiżjoni biex l-età tal-irtirar għal min ikun sottoskritt fil-Fond tiżdied minn 60 sa 63 sena b'mod li jiġi evitat eżawriment bikri tal-kapital u biex tkun allinjata mal-Istatut il-ġdid għall-Membri; |
|
111. |
Iqis li, meta normalment il-fondi pensjonistiċi nazzjonali huma suġġetti għal standards rigorużi u ma jistgħux fl-ebda każ ikollhom defiċit attwarjali, il-Fond pensjonistiku volontarju issa għandu defiċit attwarjali ta' 64 % tal-impenn attwarjali; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Bureau pjan ta' azzjoni komprensiv intiż li jevita eżawriment bikri tal-Fond; |
Kwistjonijiet oħra
|
112. |
Jiddispjaċih bil-fatt li l-Parlament huwa u jagħżel ma' liema istituzzjonijiet finanzjarji jittratta għall-pagamenti u għall-kontijiet tiegħu, ma tingħata l-ebda attenzjoni lill-politiki ta' dawn l-istituzzjonijiet fir-rigward tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpanniji u jfakkar lis-Segretarju Ġenerali jaċċerta ruħu li fil-ġejjieni l-Parlament jittratta primarjament ma' istituzzjonijiet finanzjarji b'politiki ta' investiment li jikkonċentraw fuq is-sostenibbiltà u fuq aspetti oħrajn tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpanniji; |
|
113. |
Jenfasizza li fl-2015 il-Parlament kellu medja ta' EUR 106,25 miljun fil-kontijiet bankarji mingħajr ma qala' l-ebda introjtu mill-imgħax; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jeżamina jekk huwiex neċessarju li jkun hemm ammont daqshekk għoli ta' likwidità u, b'mod partikolari, jistiednu jtejjeb il-ġestjoni tat-teżor f'dan ir-rigward u, jekk possibbli, isib modi kif iżid ir-redditi minn tali depożiti; |
DĠ ITEC
|
114. |
Huwa sodisfatt bl-implimentazzjoni tal-orjentamenti strateġiċi 2014-2019 tad-DĠ ITEC; iqis li huma bosta l-bidliet fl-ambjent tax-xogħol elettroniku għall-Membri u għall-persunal li qegħdin jiġu implimentati, iżda l-implikazzjonijiet ta' dawn il-bidliet, fosthom l-opportunitajiet il-ġodda, huma relattivament ftit magħrufa u qegħdin jiġu żviluppati prinċipalment fi ħdan id-DĠ ITEC; jitlob kooperazzjoni aktar stretta bejn id-DĠ ITEC u d-DĠ COMM bil-għan li titjieb il-komunikazzjoni interna u esterna dwar il-ħafna innovazzjonijiet li ġew jew li dalwaqt jiġu implimentati; |
|
115. |
Jifhem li l-isforzi li jagħmel id-DĠ ITEC biex itejjeb in-numru tar-riżultati relatati mal-paġni tal-web tal-Parlament fil-kuntest tal-magna tat-tiftix Google; huwa, madankollu, ukoll tal-fehma li l-magna tat-tiftix fi ħdan is-sit web tal-Parlament stess imissha twassal għal riżultati utli, biex b'hekk l-utenti jkunu jistgħu jinqdew effettivament bil-portal biex jaslu malajr fil-paġni tal-web li jinteressawhom; huwa mħasseb li bħalissa din il-magna tat-tiftix ma taħdimx sew u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jsib soluzzjoni malajr għal din il-problema li ilha tippersisti; |
|
116. |
Jinnota bi tħassib li minkejja l-fatt li id-DĠ ITEC kull sena tonfoq EUR 35 miljun għax-xiri ta' hardware ġdid, ma hemm l-ebda politika ċara relatata ma' akkwist sostenibbli mil-lat ambjentali u soċjali u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiżviluppa pjan ta' azzjoni f'dan ir-rigward biex jaċċerta ruħu li fil-ġejjieni kull sejħa għal offerti tinkludi kriterji ta' selezzjoni ta' hardware li jinvolvu aspetti ambjentali u soċjali; |
|
117. |
Jistieden lid-DĠ ITEC jagħmel il-paġni tal-web kollha tal-Parlament aċċessibbli minn apparati portabbli, peress li, għad li parti kbira mill-viżitaturi tal-paġni tuża iPad jew telefon ċellulari biex taċċedi għas-siti tal-Parlament u tal-kumitati speċjalizzati, l-interfaċċji attwali ma jistgħux jitqiesu kompatibbli mal-apparti portabbli; jipproponi l-implimentazzjoni ta' miżuri maħsuba biex itejbu, konkretament u fi ħdan żmien raġonevoli, l-aċċessibbiltà tal-paġni għall-apparti portabbli; |
|
118. |
Iqis bħala essenzjali għall-mandat tal-Membri li l-printers jibqgħu fl-uffiċċji tagħhom; jindika li l-użu tal-cartridges ġeneriċi li jqumu ftit flus jistgħu jikkaġunaw livelli perikolużi ta' emissjonijiet ta' partiċelli u ħsara għas-saħħa; jitlob li d-DĠ ITEC u d-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO) jippromwovu l-akkwist ta' printers ekoloġiċi u jiggarantixxu l-użu esklużiv ta' cartridges oriġinali, filwaqt li joħolqu alternattivi li bihom il-Membri u l-persunal tagħhom ikollhom printers mhux fl-uffiċċji tagħhom imma f'postijiet strateġikament viċin dawk l-uffiċċji; |
|
119. |
Jinnota l-adozzjoni min-naħa tal-Bureau fis-7 ta' Settembru 2015 ta' politika fil-qasam tas-sigurtà tas-sistemi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (politika ta' sigurtà ICT); jisħaq fuq il-fatt li fil-kuntest globali attwali hija urġenti l-implimentazzjoni ta' politika ta' sigurtà ICT konsiderevolment aktar soda li tindirizza bis-sħiħ il-ġestjoni tar-riskji assoċjati maċ-ċibersigurtà; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-ħatra ta' uffiċjal tal-Parlament inkarigat miċ-ċibersigurtà; |
|
120. |
Itenni l-appell fir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-2014 għall-ħolqien ta' sistema ta' twissija bikrija ta' emerġenza li tippermetti lid-DĠ ITEC, f'kollaborazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għas-Sigurtà u l-Protezzjoni (DĠ SAFE), jibgħat komunikazzjonijiet rapidi permezz ta' SMS jew email lill-Membri u lill-persunal li jagħtu l-kunsens tagħhom biex id-dettalji tal-kuntatt tagħhom jitniżżlu f'lista ta' komunikazzjoni li għandha tintuża f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza speċifiċi; |
|
121. |
Ifaħħar lid-DĠ ITEC talli installa l-Wi-Fi fil-binjiet kollha tal-Parlament; josserva, madankollu, li fl-emiċiklu ta' Strasburgu l-Wi-Fi mhuwiex affidabbli, speċjalment meta, matul is-sessjonijiet ta' votazzjoni u d-dibattiti ta' prijorità, ħafna Membri jużaw simultanjament is-sistema; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jieħu l-passi meħtieġa f'dan ir-rigward; |
Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni
|
122. |
Jilqa' il-fatt li ċerti laqgħat pubbliċi tad-delegazzjonijiet interparlamentari diġà jixxandru bil-webstreaming; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jkompli l-iżvilupp u l-estensjoni ta' dan is-servizz flimkien mal-kontenut tas-siti web tad-delegazzjonijiet; |
DĠ INLO
|
123. |
Jinnota li l-istrateġija immobiljari fit-terminu medju tal-2010 attwalment hija sottoposta għal reviżjoni; jitlob li din l-istrateġija tkun estiża biex tkopri prospettiva fuq terminu itwal u tinkludi studju tal-konsegwenzi probabbli tal-Brexit; |
|
124. |
Jilqa' il-fatt li mill-2019 'il quddiem, il-kwantità ta' spazju tal-uffiċċji tal-Membri u tal-assistenti tagħhom fi Strasburgu se tiżdied; jappella lis-Segretarju Ġenerali, sakemm tinstab soluzzjoni għal sede unika tal-Parlament, jiggarantixxi numru minimu ta' metri kwadri għal kull assistent f'konformità mar-regoli fis-seħħ dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, peress li l-Parlament, inkwantu qiegħed jikser deliberatament dawn ir-regoli tal-ispazju minimu għall-uffiċċji, jinsab f'pożizzjoni ta' vulnerabbiltà; |
|
125. |
Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni biex tinbidel l-għamara fl-uffiċċji tal-Membri u tal-assistenti fi Brussell u jitlob li dan it-tibdil jiġi sospiż minnufih; josserva li l-maġġor parti tal-għamara hija perfettament utilizzabbli u f'kundizzjoni tajba u li, għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex tinbidel; iqis li l-feedback ta' għadd ta' Membri — u mhux stħarriġ ġenerali — ma jistax jikkostitwixxi, għalih waħdu, raġuni biżżejjed biex ikun ġustifikat it-tibdil, u li l-kwistjonijiet ta' gosti, moda jew stil antikwat indikati mill-amministrazzjoni huma daqstant inadegwati; huwa tal-fehma li l-biċċiet individwali tal-għamara għandhom jinbidlu biss jekk juru sinjali ċari ta' deterjorament jew ta' tkagħbir bl-użu jew jikkawżaw riskji għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol ta' natura speċifika jew ġenerali (pereżempju, it-titjib possibbli tal-ergonomija tas-siġġijiet); josserva li fi żmien ta' kriżi ekonomika u r-ristrettezzi finanzjarji bħal dawk li qegħdin ngħixu bħalissa, il-kwistjonijiet estetiċi ta' din ix-xorta jafu jikkompromettu serjament il-kredibbiltà tal-Parlament u, b'mod partikolari, tal-Membri tiegħu, f'għajnejn iċ-ċittadini u tal-opinjoni pubblika; |
|
126. |
Jirrikonoxxi li skont id-deċiżjonijiet tal-Bureau tal-2013 u tal-2015, il-kuntratti l-ġodda relatati mal-forniment tal-ikel ma jipprevedu l-ebda sussidju dirett mill-baġit tal-Parlament; jinsab imħasseb, madankollu, li ċerti servizzi huma offruti bi prezzijiet ogħla minn dawk tas-suq fl-2015; qiegħed jirreferi, f'dan ir-rigward, għas-servizzi tal-kafè matul il-laqgħat; josserva li l-prezzijiet kienu riveduti f'Awwissu 2016; |
|
127. |
Jiddispjaċih ħafna bil-kriterji arbitrarji, soġġettivi u sproporzjonati użati fil-proċedura ta' reklutaġġ ta' xufiera u fl-internalizzazzjoni tas-servizz, li bdiet fl-2016 minħabba raġunijiet ta' sikurezza; jiddispjaċih li l-proċedura ma qisitx il-ħiliet u l-esperjenza miksuba tax-xufiera fis-snin li matulhom ħadmu f'kuntatt dirett mal-Membri, ir-relazzjoni ta' fiduċja stabbilita ma' dawn tal-aħħar, u lanqas tal-fatt li dawn ix-xufiera sfaw qiegħda, ħafna minnhom diġà f'età li fiha huwa diffiċli ssib xogħol; |
Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi (DĠ INTE)
|
128. |
Huwa mħasseb bid-djalogu soċjali problematiku bejn id-DĠ INTE u r-rappreżentanti tal-interpreti, li beda f'Jannar 2014 u li, sal-lum, għadu ma ntlaħaq l-ebda qbil; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jibda medjazzjoni bejn il-partijiet involuti biex itejjeb il-fehim reċiproku tal-pożizzjonijiet u jsib soluzzjonijiet aċċettabbli għal kulħadd; |
|
129. |
Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bil-progress li diġà ntlaħaq fil-proċess ta' modernizzazzjoni tad-DĠ INTE, partikolarment fir-rigward tad-disponibbiltà msaħħa tal-interpreti, iż-żieda moderata fin-numru ta' sigħat li l-interpreti jqattgħu jagħtu interpretazzjoni u d-distribuzzjoni mtejba tal-volum ta' xogħol tal-interpreti; josserva li l-metodu ta' kalkolu fir-rigward tal-istatistika ġie ċċarat u li l-leave annwali u minħabba mard kollu issa ġie eskluż mill-kalkolu tan-numru medju ta' sigħat li l-interpreti jqattgħu fil-kabina; |
|
130. |
Jitlob informazzjoni mis-Segretarju Ġenerali rigward il-miżuri li ttieħdu mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-baġit 2014 bil-għan li jintlaħqu aktar effiċjenza u effikaċja f'termini ta' riżorsi fl-organizzazzjoni ta' laqgħat billi tiġi semplifikata l-ġestjoni tal-konferenzi fi ħdan il-Parlament; |
DĠ SAFE
|
131. |
Jilqa' isforzi kontinwi biex titjieb is-sigurtà u s-sikurezza fir-reċinti tal-Parlament u madwarhom; jirrikonoxxi li s-sigurtà fi ħdan il-Parlament trid timmira li tilħaq bilanċ delikat bejn il-kunsiderazzjoni ta' teħid ta' sensiela ta' miżuri protettivi u l-introduzzjoni ta' sistema eċċessivament imsejsa fuq is-sigurtà li xxekkel l-attività tal-Parlament; jinsisti madankollu fuq il-fatt li s-sigurtà tal-Parlament għandha tkompli tissaħħaħ u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li l-persunal jitħarreġ b'mod adegwat u jkun kapaċi jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod professjonali, anki fis-sitwazzjonijiet ta' emerġenza; |
|
132. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni tkun segwita attivament, flimkien mal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet Belġjani, Franċiżi u Lussemburgiżi; |
|
133. |
Jistieden lid-DĠ ITEC u lid-DĠ SAFE isaħħu l-kapaċitajiet taċ-ċiberdifiża fid-dawl taż-żieda fit-theddid ta' attakki ċibernetiċi fix-xhur reċenti; |
Parlament li jirrispetta l-ambjent
|
134. |
Ifakkar li l-Bureau nieda proġett ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMAS) fil-Parlament fid-19 ta' April 2004; josserva li l-Bureau adotta fl-2016 politika ambjentali riveduta li żżomm u ttenni l-impenn tal-Parlament favur titjib ambjentali kontinwu; |
|
135. |
Jilqa' l-installazzjoni tal-helpdesk interistituzzjonali dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku, li issa għandu jkun implimentat bis-sħiħ bl-istabbiliment ta' objettivi ċari fil-qasam, kif ukoll bil-intensifikazzjoni tal-isforzi fl-informazzjoni interna, fil-promozzjoni u fil-governanza effettiva dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku; jenfasizza li l-fornituri ta' servizz sottokuntrattati jeħtiġilhom jikkonformaw ukoll ma' dawk ir-regoli; jiddeplora l-użu mifrux ta' fliexken, tazzi, kontenituri u imballaġġi tal-plastik fil-Parlament f'dan ir-rigward; |
|
136. |
Iżomm quddiem għajnejh il-fatt li l-Parlament impenja ruħu li jnaqqas bi 30 % għal kull FTE l-emissjonijiet ta' CO2 sal-2020 meta mqabbel mal-2006; ifaħħar il-fatt li bejn l-2006 u l-2015 dan l-indikatur naqas b'madwar 24,3 %; |
|
137. |
Iqis li huwa tal-akbar importanza, għalhekk, li l-Parlament jistabbilixxi objettivi ġodda, aktar impenjattivi u kwantitattivi għalih innifsu li huwa mistenni li dawn l-objettivi jitkejlu regolarment mis-servizzi responsabbli; jinnota f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Bureau tal-2015 li jpaċi l-ammont totali ta' emissjonijiet tal-karbonju tal-Parlament, inklużi l-emissjonijiet minn titjiriet tal-Membri bejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom u l-postijiet tax-xogħol tal-Parlament; |
|
138. |
Ifakkar lill-Parlament fl-impenn tiegħu li ħa fl-ambitu tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar l-effiċjenza fl-enerġija li tistabbilixxi li dan se jintrabat, “mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli tal-baġit u l-akkwist, li japplikaw l-istess rekwiżiti għall-binjiet li huma l-proprjetà tagħhom u li huma jokkupaw bħal dawk applikabbli għall-binjiet tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri skont l-Artikoli 5 u 6” tagħha, minħabba l-viżibilità għolja tal-binjiet tagħhom u r-rwol ta' tmexxija li jenħtieġ li jkollu fir-rigward tal-prestazzjoni enerġetika tal-binjiet; jissottolinja l-urġenza li jkun konformi ma' din id-dikjarazzjoni, biss biss għall-kredibbiltà tiegħu stess fir-reviżjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini u d-direttivi dwar l-effiċjenza fl-enerġija; |
|
139. |
Jistieden lill-Bureau jistudja skema ta' inċentivi għall-promozzjoni ta' trasport iktar sostenibbli u effiċjenti fit-traġitti bejn id-dar u l-post tax-xogħol; |
|
140. |
Jilqa' l-inizjattiva tal-Parlament rigward l-implimentazzjoni ta' politika komprensiva biex tonqos il-ħela tal-ikel; jistieden lill-Parlament jiżgura li l-fornituri kollha tas-servizzi tal-ikel fil-binjiet kollha tal-Parlament jattivaw ruħhom biex jevitaw il-ħela tal-ikel; jistieden lill-Parlament jippromwovi ulterjorment il-prassi ta' donazzjoni tal-ikel li ma jinbiegħx għal skopijiet ta' karità; |
|
141. |
Jassumi li l-introduzzjoni ta' sistema effiċjenti ta' prenotazzjoni tas-swali tal-laqgħat u reġistru ta' ġestjoni tal-faċilitajiet jistgħu joħolqu potenzjal konsiderevoli fir-rigward tal-ispejjeż u tal-isforzi ambjentali tal-Parlament, u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jagħti spinta lil dan l-approċċ f'dan is-sens; |
Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)
|
142. |
Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 0, attribwita lill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati, intużaw kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
143. |
Ifakkar li l-Qorti rrakkomandat li fir-rapport annwali tagħha li l-Parlament “jeżamina il-qafas ta' kontroll eżistenti għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit li jiġu allokati għal gruppi politiċi. Barra minn hekk, li l-Parlament Ewropew jipprovdi gwida aħjar permezz ta' monitoraġġ rinforzat dwar l-applikazzjoni, mill-gruppi, tar-regoli għall-awtorizzazzjoni u l-ħlas ta' nfiq, u għall-proċeduri ta' akkwist”; |
Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej
|
144. |
Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 2 intużaw kif ġej (7):
|
|
145. |
Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet imdaħħla taħt il-partita baġitarja 4 0 3 intużaw kif ġej (8):
|
|
146. |
Jinnota bi tħassib li fil-każijiet tal-Alleanza għad-Demokrazija Diretta fl-Ewropa, tal-Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija, tal-Istitut għad-Demokrazija Diretta fl-Ewropa u tal-Fondazzjoni għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija nqabdu irregolaritajiet kbar relatati mal-finanzjament dirett jew indiriett projbit tal-partiti nazzjonali u mad-donazzjonijiet; |
|
147. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Parlament li irregolaritajiet bħal dawn jikkostitwixxu, u huwa konvint mill-bżonn ta' azzjoni rapida u effikaċi li tipprevjeni u tieħu ħsieb kull irregolarità simili fil-ġejjieni; iqis, madankollu, li dawn l-irregolaritajiet huma ristretti għal għadd limitat ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi; huwa tal-fehma li dawn l-irregolaritajiet m'għandhomx iqajmu dubji dwar il-ġestjoni finanzjarja ta' partiti politiċi u fondazzjonijiet politiċi oħra; |
|
148. |
Huwa konxju mir-regolamenti l-ġodda, jiġifieri r-Regolament Nru 1141/2014 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1142/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 (9) li se jibdew ikollhom effett fuq il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għas-sena finanzjarja 2018, u bir-rwol importanti tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, stabbilita dan l-aħħar, kif ukoll bid-diskussjonijiet li għaddejjin fi ħdan il-Bureau dwar il-proposti tas-Segretarju Ġenerali biex jiġu indirizzati għadd ta' kwistjonijiet pendenti bis-saħħa ta' dawn ir-Regolamenti; jistieden lill-awditur intern tal-Parlament jirrediġi, mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid, rapport ta' awditjar ġdid dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej; |
|
149. |
Iqis li huwa essenzjali, f'dan ir-rigward, li jiġi eżaminat kwalunkwe nuqqas fis-sistema attwali ta' kontrolli interni u esterni fir-rigward tal-evitar ta' irregolaritajiet gravi; jinnota d-dikjarazzjonijiet tal-kontabilista esterna, EY, li skont hu l-awditi tiegħu huma mmirati biex jiksbu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali huma ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u li l-entità rrispettat ir-regoli u r-regolamentazzjonijiet pertinenti u li dawn jinkludu l-eżami, fuq il-bażi ta' testijiet, tal-elementi probatorji li jsostnu l-opinjoni; josserva, madankollu, li l-eżamijiet ma jinkludux l-investigazzjonijiet ta' eventwali rapporti u dokumenti frawdolenti, u għaldaqstant joffru biss konoxxenza kemxejn limitata tal-attivitajiet finanzjarji eżaminati; |
|
150. |
Jinnota l-iskarsezza ta' riżorsi umani (effettivament 2 FTEs) fid-DĠ FINS iddedikati għall-kontroll tal-kontijiet tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej; huwa tal-opinjoni soda li fid-dawl tar-riskju għoli għar-reputazzjoni involut, aktar riżorsi jistgħu jkunu ddedikati għal din l-attività; |
|
151. |
Jistieden lill-Bureau, sakemm jippermetti l-prinċipju ta' kunfidenzjalità, jaġevola l-aċċess għad-dokumenti ta' bażi li jinsabu fir-rapport finali tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, partikolarment il-kontijiet u l-awditi li saru; |
|
152. |
Jitlob lill-Awtorità l-ġdida tippreżenta lill-Parlament rapport ta' progress wara l-ewwel sena ta' attività, jiġifieri l-2017; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiggarantixxi li l-awtorità jkollha għad-dispożizzjoni tagħha r-riżorsi neċessarji biex taqdi dmirijietha. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(2) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(3) ĠU C 436, 24.11.2016, p. 2.
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).
(5) ĠU L 246, 14.9.2016. p. 3.
(6) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(*1) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR
(*2) is-sena 2014 kienet magħmula minn sentejn finanzjarji minħabba l-elezzjonijiet parlamentari f'Mejju 2014. Iċ-ċifri għall-2014 fit-tabella jirrappreżentaw l-ammonti konsolidati.
Noti:
l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR
Nota (1): id-dħul totali jinkludi r-riport tas-sena preċedenti skont l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju
(*3) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.
Noti:
l-ammonti kollha huma f'eluf ta' EUR
(*4) l-ammonti kollha qed jiġu espressi f'eluf ta' EUR.
(9) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1142/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Ottubru 2014, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 28).