This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016AP0461
European Parliament legislative resolution of 1 December 2016 on the draft Council decision on the conclusion, on behalf of the Union, of the Agreement between the European Union and the Federated States of Micronesia on the short-stay visa waiver (09780/2016 — C8-0388/2016 — 2016/0098(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u l-Istati Federali tal-Mikroneżja, min-naħa l-oħra, dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09780/2016 – C8-0388/2016 – 2016/0098(NLE))

ĠU C 224, 27.6.2018, p. 203–203
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/203 |
P8_TA(2016)0461
Ftehim UE-Mikroneżja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa, u l-Istati Federali tal-Mikroneżja, min-naħa l-oħra, dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09780/2016 – C8-0388/2016 – 2016/0098(NLE))
(Approvazzjoni)
(2018/C 224/41)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09780/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09779/2016), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0388/2016), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0337/2016), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Federali tal-Mikroneżja. |