This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016AP0144
European Parliament legislative resolution of 28 April 2016 on the Council position at first reading with a view to the adoption of a directive of the European Parliament and of the Council on the interoperability of the rail system within the European Union (recast) (10579/1/2015 — C8-0416/2015 — 2013/0015(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Tfassil mill-ġdid) (10579/1/2015 – C8-0416/2015 – 2013/0015(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Tfassil mill-ġdid) (10579/1/2015 – C8-0416/2015 – 2013/0015(COD))
ĠU C 66, 21.2.2018, p. 64–65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 66/64 |
P8_TA(2016)0144
L-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Tfassil mill-ġdid) (10579/1/2015 – C8-0416/2015 – 2013/0015(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2018/C 066/12)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10579/1/2015 – C8-0416/2015), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Litwan u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità fejn huwa ddikjarat li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Ottubru 2013 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0030), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0071/2016), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
4. |
Jissuġġerixxi li l-att jiġi kkwotat bħala “id-direttiva Bilbao Barandica-Matīss dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (tfassil mill-ġdid)” (4); |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Testi adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0149.
(4) Izaskun Bilbao Barandica u Anrijs Matīss wettqu n-negozjati dwar l-att għall-Parlament u l-Kunsill rispettivament.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rrikonoxxew fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tagħhom tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, li l-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni rigward it-traspożizzjoni tad-direttivi fil-liġi nazzjonali “għandha tkun ċara u preċiża” sabiex tiffaċilita l-kisba tal-inkarigu tal-Kummissjoni li tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Fil-każ preżenti, id-dokumenti ta' spjegazzjoni setgħu kienu utli għal dan il-għan. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li t-test finali ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar dan.