EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012XG1222(01)
Notice for the attention of the persons and entities to which the restrictive measures provided for in Council Decision 2010/413/CFSP, as amended by Council Decision 2012/829/CFSP, and in Council Regulation (EU) No 267/2012, as implemented by Council Implementing Regulation (EU) No 1264/2012 concerning restrictive measures against Iran apply
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU C 398, 22.12.2012, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/8 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
2012/C 398/03
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK (1), u fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. Ir-raġunijiet għan-nomini ta' dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li japplikaw għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew Stati Membri rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness X għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 26 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz segwenti:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG C — Coordination Unit |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 356, 22.12.2012, p. 71.
(2) ĠU L 356, 22.12.2012, p. 55.