This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011IP0065
Implementation of the EU strategy for the Danube region European Parliament resolution of 17 February 2011 on the implementation of the EU Strategy for the Danube Region
Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju
Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju
ĠU C 188E, 28.6.2012, pp. 30–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
28.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 188/30 |
Il-Ħamis 17 ta’ Frar 2011
Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju
P7_TA(2011)0065
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju
2012/C 188 E/06
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsijjiet orali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju (O-00014/2011 - B7-0011/2011 - O-00029/2011 - B7-0013/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2010 dwar Strateġija Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 dwar Strateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju (COM(2010)0715) u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha (SEC(2010)1489), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (COM(2009)0248), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2009, li talab lill-Kummissjoni biex sal-2010 tfassal strateġija Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar Green Paper dwar il-koeżjoni territorjali u l-qagħda tad-diskussjonijiet dwar ir-riforma futura tal-politika għall-koeżjoni (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2006 dwar il-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni NAIADES, Programm ta’ Azzjoni Ewropew integrat għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta’ Ottubru 2009 dwar “Strateġija tal-UE għaż-Żona tad-Danubju”, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni fuq inizjattiva tal-Kumitat tar-Reġjuni bit-titlu “White Paper tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Governanza f’Diversi Livelli”, (CdR 89/2009), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-kooperazzjoni makroreġjonali. L-applikazzjoni tal-Istrateġija għall-Baħar Baltiku għal makroreġjuni oħra fl-Ewropa” (ECO/251), |
|
— |
wara li kkunsidra l-programm ta’ ħidma tal-Kunsill għat-18-il xahar li ġejjin, imfassal mill-presidenzi ta’ Spanja, il-Belġju u l-Ungerija, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta’ Espoo, Aarhus, u Berna dwar il-ħarsien tal-ambjent, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma u l-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Belgrad li tirregola n-navigazzjoni tul id-Danubju, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi t-Trattat ta’ Lisbona jirrikonoxxi l-koeżjoni territorjali bħala objettiv tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 3 tat-Trattat tal-UE), |
|
B. |
billi l-istrateġiji makroreġjonali huma mmirati sabiex jagħmlu użu aħjar mir-riżorsi eżistenti biex jitrattaw kwistjonijiet ta’ żvilupp territorjali u jidentifikaw rispons konġunt għal sfidi komuni, |
|
C. |
billi sabiex tiżdied l-effettività tal-politika reġjonali l-idea ta’ approċċ integrat għandha tkun appoġġjata u żviluppata, inkluż il-ħolqien ta’ strateġiji għal makro-reġjuni li huma strateġiji fuq livell tal-UE, |
|
D. |
billi l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku diġà tipprovdi mudell għall-koordinazzjoni tal-politiki u l-finanzjament tal-UE f'unitajiet territorjali ġeopolitiċi - makroreġjuni - iddefiniti fuq il-bażi ta’ kriterji speċifiċi, |
|
E. |
billi r-reġjun tad-Danubju, li jiġbor fih 14-il pajjiż Ewropew, u 115 miljun persuna kemm fi ħdan l-UE kif ukoll 'il barra minnha - il-Ġermanja, l-Awstrija, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Kroazja, is-Serbja, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Moldova u l-Ukraina - hu żona fejn is-sinerġiji mtejba bejn il-politiki differenti tal-UE – il-politika tal-koeżjoni, tat-trasport, tal-ekonomija, tal-enerġija, tal-ambjent, tal-kultura, tal-edukazzjoni, tal-agrikultura, tas-sajd, tat-tkabbir u tal-viċinat – jistgħu jiġu żviluppati, |
|
F. |
billi l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju għandha għaldaqstant tgħaqqad l-elementi ekonomiċi, ambjentali, soċjali u kulturali, |
|
G. |
billi din l-istrateġija tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tal-governanza fuq diversi livelli u l-involviment ta’ sħab, organizzazzjonijiet u NGOs li joperaw fir-reġjun tad-Danubju u twassal għall-ġid, l-iżvilupp sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi u s-sigurtà fiż-żona, |
|
H. |
billi r-reġjun tad-Danubju jirrappreżenta fetħa storika sinifikanti li tgħaqqad flimkien il-Punent u l-Lvant tal-Ewropa, |
|
I. |
billi x-Xmara Danubju għoddha saret passaġġ intern navigabbli tal-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir tal-2007 u r-Reġjun tad-Danubju jista' jagħti kontribut sostanzjali biex jirrifletti l-bidliet li seħħew mit-tkabbir ’l hawn, |
|
J. |
billi r-reġjun tad-Danubju jikkostitwixxi makroreġjun interkonness b'kapaċitajiet ekonomiċi eteroġeni, |
|
K. |
billi l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun tad-Danubju se jżid b'mod sinifikanti l-ġid ekonomiku ta’ dan il-makroreġjun u se jistimula l-impjiegi, |
|
L. |
billi jekk iż-żona tad-Danubju titqies bħala makroreġjun wieħed, dan jista' jgħin biex jingħelbu d-differenzi reġjonali fil-prestazzjoni ekonomika u jsostni żvilupp integrat, |
|
M. |
billi d-Delta tad-Danubju ilha Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO sa mill-1991, u r-reġjun tad-Danubju jinkludi bosta Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali u Żoni Speċjali għall-Konservazzjoni skont il-qafas Natura 2000; billi d-Danubju u d-Delta tad-Danubju għandhom ekosistema unika u fraġli, li fiha jgħixu speċijiet ta’ pjanti rari li jinsabu mhedda minħabba t-tniġġis, |
|
1. |
Jilqa' l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-Istrateġija għar-Reġjun tad-Danubju u jsostni l-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanjaha, iffukata fuq erba pilastri (l-interkonnessjoni tar-Reġjun tad-Danubju, il-ħarsien tal-Ambjent, it-tkattir tal-prosperit u t-tisħiħ tar-Reġjun tad-Danubju) u li tagħti tweġiba għall-ħtieġa ta’ mobbiltà mtejba, is-sigurtà fl-enerġija, il-ħarsien ambjentali, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku, is-sigurtà u l-protezzjoni ċvili fir-Reġjun tad-Danubju; |
|
2. |
Ifakkar li l-Parlament Ewropew ilu jitlob għal din l-istrateġija mill-2008 u jitlob lill-Presidenza Ungeriza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u fuq il-Kunsill Ewropew biex japprovaw l-Istrateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju sal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju u biex l-implimentazzjoni tagħha tibda mill-iżjed fis possibbli; |
|
3. |
Jilqa', b'mod partikolari, il-fatt li l-Istrateġija hija riżultat ta’ konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati, inklużi awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali iżda wkoll mal-komunitajiet tan-negozju u akademiċi kif ukoll mal-NGOs, filwaqt li jenfasizza li dan huwa fattur importanti għas-suċċess tiegħu; f'dan ir-rigward jitlob għat-twaqqif ta’ forum tas-soċjetà ċivili fir-reġjun, li jlaqqgħu flimkien atturi pubbliċi u privati u jippermettulhom ikunu aktar involuti fl-iżvilupp ta’ strateġiji makroreġjonali; |
|
4. |
Iqis li d-dimensjoni territorjali tal-istrateġija għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp konkret tal-idea ta’ koeżjoni territorjali, li t-Trattat ta’ Lisbona jqiegħed fuq l-istess livell tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u filwaqt li jikkunsidra dan, jappella lill-Kummissjoni biex tinvolvi ruħha fi djalogu attiv dwar ir-rwol u l-effett tal-politiki makroreġjonali tal-UE wara l-2013; |
|
5. |
Jenfasizza li l-valur miżjud ta’ strateġiji makroreġjonali tal-UE qiegħed f’kooperazzjoni u f'koordinazzjoni fuq diversi livelli u investimenti strateġiċi aħjar bl-użu ta’ finanzjament disponibbli, u mhux fl-allokazzjoni addizzjonali ta’ riżorsi; jenfasizza l-koklużjonijiet tal-Presidenza Svediża dwar ebda istituzzjoni ġdida, ebda leġiżlazzjoni ġdidam ebda baġit ġdid; |
|
6. |
Jitlob lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom biex jużaw il-Fondi Strutturali disponibbli għall-2007-2013 sabiex jingħata appoġġ kemm jista’ jkun kbir għall-Istrateġija, b’mod partikolari biex jippromwovu opportunitajiet ta’ impjieg u t-tkabbir ekonomiku fiż-żoni l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika, filwaqt li fl-istess ħin jirrakkomanda, fejn ikun ġustifikat, li jkun hemm dispożizzjonijiet għal bidliet fil-Programmi Operattivi fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali; jenfasizza li l-esplojtazzjoni ta’ karatteristiċi partikolari tar-reġjuni tista' twassal għal użu aktar effettiv tal-Fondi Strutturali u għall-ħolqien ta’ valur miżjud fil-livell reġjonali; jenfasizza li riżorsi finanzjarji mhux assorbiti wkoll jistgħu jkunu riżorsa ta’ finanzjamrnt għall-proġetti makroreġjonali; |
|
7. |
Jikkunsidra li t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-isfidi maġġuri transnazzjonali bħall-kriżi ekonomika, tehdid ambjentali, trasport sostenibbli, il-konnettività fl-enerġija, is-sotenibbiltà tar-riżorsi, l-użu ekoloġiku tar-riżorsi tal-ilma, juru li l-interdipendenza ta’ stati individwali qiegħda tiżdied, li linja ta’ ħsieb settorali ma għadhiex xieraqa u li f'dan il-kuntest l-istabbiliment ta’ makroreġjuni jiftaħ perspettivi ġodda u aktar effiċjenti għall- kooperazzjoni billi juża approċċ integrat u koordinat għall-iżvilupp sostenibbli fuq livell reġjonali territorjali usa' u billi jistupla użu aktar effikaċi tal-potenzjal enormi tar-Reġjun tad-Danubju għall-iżvilupp u l-prevenzjoni tad-diżastri naturali; |
|
8. |
Jenfasizza għalhekk li din l-istrateġija għandha tkun stabbilita fi ħdan l-objettiv tal-politika ta’ koeżjoni tal-kooperazzjoni territorjali (objettiv 3), u tkun ibbażata fuq approċċ territorjali integrat u mifrux fuq diversi oqsma, immirata biex tikkoordina aħjar il-politiki bejn id-diversi livelli tal-governanza fuq territorju partikolari, b’attenzjoni kkonċentrata fuq kwistjonijiet relevanti; |
|
9. |
Jenfasizza li l-Istrateġija tad-danubju hija konformi mal-objettivi tal-UE 2020, li tiżgura li hija konformi mat-tendenzi Ewropej ta’ żvilupp u l-impenn tal-UE għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv; |
|
10. |
Jenfasizza l-karattru integrattiv u unifikanti tal-istrateġija, jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-Istrateġija għad-Danubju, jekk tiġi appoġġata minn impenn politiku qawwi tal-Istati Membri, kif ukoll tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, tista’ tirrappreżenta kontribut sinifikanti biex jingħelbu diviżjonijiet tal-imgħoddi fl-Ewropa u b'hekk tissodosfa l-viżjoni ta’ integrazzjoni tal-UE u għas-suċċess ġenerali u l-effiċjenza tal-istrateġija ta’ rkupru Ewropea wara dawn l-aħħar snin ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, billi tagħti impetu ġdid għat-tkabbir sostenibbli fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew, mhux biss fil-limiti tal-Ewropa Ċentrali u tan-Nofsinhar, imma wkoll f’kuntest ġeografiku ħafna aktar wiesa’; |
|
11. |
Jinnota l-impatt qawwi li kellha l-kriżi dinjija finanzjarja u ekonomika fuq il-pajjiżi kollha fir-reġjun, b’mod partikolari fl-istati Baltiċi; jistieden lill-partijiet interessati kollha biex ma jnaqqsux l-impenn tagħhom lejn l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku minħabba l-kriżi; |
|
12. |
Jenfasizza li r-Reġjun tad-Danubju jirrappreżenta l-feħta tal-Ewropa għall-Balkani tal-Punent u għalhekk l-Istrateġija Ewropea għar-Reġjun tan-Danubu mhux talli twassal għat-titjib fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi ġirien fl-Ewropa Ċentrali iżda tipprovdi valur miżjud importanti għal-polotika tal-UE għall-Lvant tal-Ewropa, u b'hekk tirrappreżenta opportunità eċċellenti għall-Unjoni kollha biex issaħħaħ l-kooperazzjoni ekonomika u politika tagħha mal-Balkani, u, għaldaqstant, tikkontribwixxi għall-espansjoni u l-konsolidazzjoni tal-proċess għall-integrazzjoni Ewropea fir-reġjun; |
|
13. |
Jenfasizza li l-Istrateġija tad-Danubju, flimkiem mad-diversi forom ta’ kooperazzjoni transkonfinali li timplika, tista' faċilment issir fattur ewlieni għat-tkattir tal-benessri, għal titjib fil-kwalità tal-ħajja u għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali, fejn tikkatalizza sforzi lokali u reġjonali u bżonnijiet għall-iżvilupp, tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ interrelazzjonijiet transkonfinali b'saħħithom inklużi proġetti fuq skala żgħira (programmi bejn il-persuni) f'diversi oqsma bħalma huma l-kultura, l-edukazzjoni, l-impjieg, l-ambjent, il-ħarsien, il-katini tal-fornitura industrijali, il-proġetti ta’ kooperazzjoni muniċipali, u inizjattivi transnazzjonali għall-modernizzazzjoni tat-trasport; |
|
14. |
Jemmen li l-iżvilupp ta’ strateġiji fuq skala kbira, bħal strateġiji makroreġjonali, għandu jikkontribwixxi biex jikber ir-rwol tal-livell lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE b’mod aktar ġenerali; |
|
15. |
fil-qafas ta’ dan il-mudell ġdid ta’ kooperazzjoni ġie żgurat li l-iżvantaġġi naturali ta’ żewġ reġjuni perferali issa saru patrimonji u opportunitajiet, u li l-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni ġie stimulat; |
|
16. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu involuti l-partijiet interessati lokali u reġjonali rilevanti u is-soċjetà ċivili tar-reġjun tad-Dunubu fl-istadji kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet (il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, is-sorveljanza, il-valutazzjoni) sabiex jinstabu soluzzjonijiet għal sfidi komuni, biex jintagħżlu u jiġu implimentati b'mod effikaċi proġetti konkreti u biex jinkiseb mekkaniżmu għal governanza tajba; iħeġġeġ il-gvernijiet biex isostnu u jaffċilitaw miżuri biex l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u s-soċjetà ċivili ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mo proattiv, fejn se jitqiesu n-netwerk tan-nisa u l-gruppi ta’ monoranza; |
|
17. |
Jirrakkomanda f'dan il-kuntest li jiżdied l-involviment ta’ komunitajiet lokali billi jitwaqqfu strumenti ta’ komunikazzjoni u konsultazzjoni usa' u aktar iffukati, inkluż permezz tal-midja lokali (televiżjoni lokali, radju u ġurnali online u stampati); jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq portal speċjali fuq l-internet dedikat għall-Istrateġija tal-Baħar Baltiku li jaġixxi bħala forum għall-iskambju tal-esperjenzi dwar proġetti attwali u futuri ta’ gvernijiet ċentrali u lokali, NGOs u entitatijiet oħra attivi fil-Baħar Baltiku; |
|
18. |
Ifakkar r-riżultati tal-esperjenza meħuda mill-Istrateġija tal-Baħar Baltiku fil-forma ta’ trasparenza tal-proċess għat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-UE; |
|
19. |
Inħeġġeġ l-impenn politiku bil-għan li tittejjeb il-fiduċja taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati kemm fl-awtoritajiet politiċi kif ukoll fl-awtoritajiet lokali; |
|
20. |
Jiddikjara li l-implimentazzjoni b’suċċess tal-istrateġiji ta’ ħruġ fiskali adottati / li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri jiddependu parzjalment mill-abilità, il-kapaċità u mil-livell ta’ tħejjija tal-atturi muniċipali li jintervjenu fis-swieq tax-xogħol reġjonali b'inizjattivi ta’ proġetti li jistimulaw id-domanda lokali tal-forza tax-xogħol, u b'hekk tinħoloq il-bażi għal tkabbir intelliġenti u li jirrispetta l-ambjent, tittejjeb il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni ta’ mal-fruntieri ta’ Stati Membri differenti, u jiġi żgurat żvilupp fit-tul tan-netwerk Ewropew tat-trasport bl-ilma; Jiġbed l-attenzjoni għad-disproporzjon f'termini ta’ żvilupp ekonomiku u innovazzjoni li jeżisti fir-reġjun tal-Baħar Baltiku u għall-ħtieġa li jiżdied il-potenzjal taż-żoni kollha, inklużi dawk l-aktar żviluppati, billi dawn jistgħu jgħinu jmexxu 'l quddiem ir-reġjuni lanqas vantaġġati; jindika l-ħtieġa ta’ promozzjoni ta’ żoni ġodda ta’ żvilupp u innovazzjoni potenzjali u li tittieħed l-opportunità li jintuża l-valur miżjud tal-Istrateġija tal-Baħar Baltiku u tal-istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danjubu; |
|
21. |
Jitlob għall-iżvilupp tal-infratstruttura tal-enerġija, għall-effiċjenza fl-enerġija u għal enerġiji rinnovabbli sabiex ikun jista' jiġi stabbilt suq integrat li jiffunzjona kif suppost; |
|
22. |
Jieħu nota tal-previżjonijiet fuq medda medja ta’ żmien u fit-tul li jindikaw li r-Reġjuni t'Isfel tal-Ewropa - inklużi l-Istati Membri li jinsabu fix-Xlokk tal-Ewropa - se jintlaqtu ħażin b'mod partikolari mill-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima; jinsab konvint li l-Istrateġija għad-Danubju għandha rwol importanti xi twettaq f’dan ir-rigward, u għandha tkun iddisinjata bil-ħsieb u l-obbjettiv li ttaffi l-effetti negattivi marbuta mat-tibdil tal-klima fir-regjuni Danubjani, filwaqt li jitqiesu r-rwol u n-natura kumplessi tan-netwerk tax-xmajjar (il-provvista tal-ilma, l-aspetti ekoloġiċi, l-infrastruttura tat-trasport, l-irrikazzjoni u d-dimensjoni agrikola, l-ispeċijiet u l-flora protetti, eċċ.); |
|
23. |
Jenfassizza li l-Ewropa Ċentrali, minn lat ekoloġiku, hija waħda miż-żoni l-aktar għanja imma fl-istess ħin l-aktar vulnerabbli tal-Ewropa, ikkaratterizzata min ekosistema ta’ kumplessità ekoloġika għolja u valur kbir li għaldaqstant titlob livell għoli ta’ ħarsien. L-Istrateġija Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju timmira li toħloq Reġjun tad-Danubju prosperu li jkun abitabbli, sostenibbli u fl-istess ħin żviluppat billi timmaniġġja r-riskji ambjentali bħalma huma l-għargħar u t-tniġġis industrijali, filwaqt li tippriserva l-kwalità u l-kwantità tar-riżervi tal-ilma taħt kontroll u tiżgura l-użu sostenibbli tagħhom, filwaqt li jiġu ppriservati l-bijodiversità, il-pajsaġġ u l-kwalità tal-arja u tal-ħamriji; Jisħaq li l-ħarsien tal-ambjent fil-baċin tax-xmara Danubju huwa aspett importanti li se jistumula l-argrikoltura responsabbli u l-iżvilupp agrikolu tar-reġjun; jitlob li jkun hemm titjib fl-istatus ekoloġiku tax-xmara Danubju, u għal miżuri li biex jitnaqqas it-tniġġis u biex ma jibqax jintrema aktar żejt u aktar sustanzi tossiċi u dannużi fiha; jenfasizza li status ekoloġiku tajjeb tad-Danubju huwa prerekwiżit tal-attività umana kollha tul ix-xmara u jirrakomanda li l-miri ambjentali għandhom ikunu kkunsidrati b'mod partikolari; |
|
24. |
Jinsab konvint li miżuri mmirati lejn il-konservazzjoni tal-kapaċità naturali taż-żamma tal-għargħar tal-baċin tad-Danubju u u jevitaw ir-rikorrenza tal-għargħar u l-aktar xierqa biex jissodisfaw is-sensittività u l-vulnerabbiltà unika tar-reġjun tad-Danubju; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-flus tal-UE ma jintefaqx fuq proġetti li mhumiex konsistenti mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE; |
|
25. |
Jenfasizza l-interdipendenza ekonomika tal-istati fir-reġjun tad-Danubju u jenfasizza l-importanza li jsir investiment fl-ITC u fl-iżvilupp tal-Intrapriżi ż-Żgħar u ta’ daqs Medju u fid-deipartimenti ta’ riċerka tagħhom u fil-promozzjoni tal-innovazzjoni, l-intraprendenza, u t-tkabbira ta’ ekonomija tal-għarfien sabiex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli u effiċjenti; |
|
26. |
Jenfasizza li l-investiment u l-iżvilupp ekonomiku intelliġenti jirrappreżentaw oqsma promettenti ħafba ta’ tkabbir ekonomiku u li teknoloġiji ħodor u l-modernizzazzjoni ekoloġika, bħalma huma l-effiċjenza mtejba tal-enerġja u l-immaniġġjar aħjar tal-iskart jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun u għat-tnaqqis tal-impatti ambjentali negattivi tal-attività ekonomika; |
|
27. |
Jirrikonoxxi r-rwol importanti li twettaq l-Istrateġija għad-Danubju fil-promozzjoni tal-ekonomija ħadra, l-innovazzjoni ħadra u f’sens aktar wiesa’ r-riċerka u l-innovazzjoni mmirata lejn il-ħolqien ta’ ekonomija baxxa fil-karbonju kompetittiva u ġdida, u preżenza aktar qawwija ta’ approċċi li jirrispettaw l-ambjent fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni industrijali transkonfinali; iħeġġeġ lill-Istati li minnhom tgħaddi x-xmara Danubju biex jagħti l-ogħla prijorità lil faċilitajiet idroloġiċi u tal-ittestjar tal-kwalità tal-ilma kondiviżi; |
|
28. |
Jenfasizza l-importanza li jkunu promoss it-turiżmu sostenibbli fir-reġjun, filwaqt jieħu nota tal-potenzjal ekonomika tal-passaġġ ċikliku tul id-Danubju kollha, u tal-istabbilizzazzjoni tad-Danubju bħala destinazzjoni turistika Ewropea u biex tiġi żviluppata ditta għar-Reġjun tad-Danubju; |
|
29. |
Isostni l-istabbiliment ta’ netwerks għall-iżvilupp tan-negozji u kopri għall-promozzjoni tal-kummerċ non-governali li jistgħu jikkoordinaw u jippromwovu opportunitajiet futuri għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni bejn il-kumpaniji - speċjalment l-SMEs - ir-riċerka, l-unversitajiet u l-awtoritajiet pubbliċi sabiex tissaħħ il-potenzjal ta’ gruppi ta’ innovazzjoni reġjonali bbażati fuq l-għarfien u biex taghti spinta lill-kompetittività reġjonali; |
|
30. |
Jenfasizza li l-mezzi ta’ trasport kollha għandhom jiġu aġġornati għall-istandards tal-UE u li mezzi tat-trasport favur l-ambjent bħalma huma t-trasport bil-ferrovija u t-trasport fuq ilmijiet navigabbli interni għandhom jieħdu prijorità meta xieraq filwaqt li jkun qed isir l-ippjanar tas-sistema tat-trasport tar-reġjun b’rispett sħiħ għall-elementi relevanti kollha tal-acquis tal-UE applikabbli; |
|
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-prestazzjoni tal-infrastruttura u tal-ekonomija tar-reġjun tad-Danubju u biex ilestu l-implimentazzjoni tal-Proġetti ta’ Prijorità TEN-T relatati mar-Reġjun tad-Danubju fil-ħin u b'mod sostenibbli għall-ambjent; b'kinsiderazzzjoni għar-reviżjoni tal-linjigwida TEN-T, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-ħtieġa li jiġi żviluppati sistemi tat-trasport fir-reġjun tad-Danubju; |
|
32. |
Jenfasizza tliet livell importanti ta’ żvilupp infrastrutturali fejn l-approċċ koordinat tal-Istrateġija tad-Danubju jista' jiffaċilità s-sinerġiji: (i) il-kuritur multi-modali tul ix-xmara Danubju (proġett ta’ prijorità TEN-T 18), (ii) interkonnessjonijiet bejn l-kuritur multi-modali tad-Danubju u l-Istati Membri tal-viċinat (proġetti ta’ prijorità TEN-T relatati mar-reġjun tad-Danubju), (iii) imblokki transkonfinali fuq netwerks TEN-T, nazzjonali u reġjonali; |
|
33. |
Jenfasizza li “Id-dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Iżvilupp tan-navigazzjoni ta’ ilmijiet interni u l Ħarsien tal-Ambjent fil-Baċin tax-Xmara Danubju” ġie żviluppat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsiem tax-Xmara Danubju, il-Kummissjoni tad-Danubju u l-Kummissjoni Internazzjonali tal-Baċir tax-Xmara Sava u li toffri konsulenza ġenerali għall-proġetti ta’ infrastruttura tan-navigazzjoni ta’ ilmijiet sabiex jiġu indirizzati kemm dawk li jippjanaw tekniċi kif ukoll partijiet interessati li jixtiequ jkunu involuti fl-iżvilupp ta’ proċess għall-ippjanar ta’ navigazzjoni ta’ ilmijiet, u li dawn il-linji gwida jeħtieġu tim ta’ ppjanar integrat biex jevalwa l-ħtieġijiet u biex jipproponu l-akbar għadd ta’ miżuri win-win possibbli għat-titjib kemm tan-navigazzjoni kif ukoll tal-istatus ekoloġiku; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tirrispetta l-impenji skont id-Dikjarazzjoni Konġunta; |
|
34. |
Iqis li, b'konformità mal-prinċipju ta’ ko-modalità effiċjenti u l-innovazzjoni, it-taħlita ta’ portijiet interni mtejba u l-loġistika, in-navigazzjoni interna u t-trasport ferrovjarju tipprovdi potenzjal konsiderevoli għall-żivilupp ekonomiku wkoll għall pajjiż ġirien tal-UE fir-reġjun tad-Danubju u tista' tgħin biex jitnaqqsu l-imblokki tat-trasport; |
|
35. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ bastimenti nodfa u effikaċi skont is-Seba' Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku b'attenzjoni partikolari fir-rigward tat-tekonoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u d-disinn, l-ekoeffiċjenza u t-tagħmir tal-bastimenti; |
|
36. |
Jenfasizza li, peress li huma marbuta mill-kanal Main-Danube, ir-Rhine u d-Danubju jgħaqqdu direttament ħdax-il pajjiż mill-Baħar tat-Tramuntana sal-Baħar l-Iswed għal tul ta’ 3 500 km u jenfasizza l-ħtieġa li l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju testendi lejn ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed; jirrimarka li l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun tad-Danubju se jkompli jsaħħaħ l-importanza ġeostrateġika tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed; |
|
37. |
Jinkoraġġixxi s-sedqa tal-ambjent kulturali tad-Danubju billi jiġi promoss id-djalogu kulturali, jiġu appoġġati programmi ta’ skambju universitarji u proġetti taż-żgħażagħ ibbażati fuq il-kooperazzjoni transnazzjonali, jitrawwem turiżmu sostenibbli, u jitħares il-wirt storiku u l-wirt arkitettorali; |
|
38. |
Jenfasizza l-ħtieġa vitali li jkun hemm kooperazzjoni fil-proġetti kulturali bil-għan li jiġu appoġġjati d-djalogu u l-fehim interkulturali fost il-pajjiżi tar-Reġjuni tad-Danubju; jenfasizza f’dan ir-rigward l-involviment attiv taż-żgħażagħ permezz ta’ faċilitajiet kulturali u edukattivi bil-għan li jinħolqu netwerks multinazzjonali; |
|
39. |
Iħeġġeġ l-allokazzjoni ta’ aktar riżorsi għall-proġetti u għal netwerks ta’ proġetti għal gruppi vulenrabbli, b'mod partikolari Roma; |
|
40. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ ikkoordinat bil-ħsieb li jsir użu aktar effiċjenti tal-fondi disponibbli kollha tal-UE fil-pajjiżi tar-Reġjun tad-Danubju ħalli l-għanijiet tal-Istrateġija jkunu jistgħu jitwettqu sal-aħjar livelli possibbli; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkun hemm flessibilità biżżejjed bil-għan li jkun jista’ jsir l-iżvilupp tal-proġetti marbuta mal-Istrateġija għad-Danubju fi ħdan il-Programmi Operazzjonali eżistenti; |
|
41. |
Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fir-regolament ġenerali dwar il-Fondi Strutturali li se jkun hemm abbażi ta’ dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni territorjali, li jkunu ċari u li jikkunsidraw il-kulturi amministrattivi differenti u ma jimponux piżijiet amministrattivi żejda fuq il-benefiċjarji, sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati u r-reġjuni u l-iżvilupp ta’ aktar strateġiji ta’ azzjoni komuni li jistgħu jseddqu l-attrazzjoni tar-reġjun fil-livell Ewropew u dak internazzjonali u li wara jistgħu jikkostitwixxu mudell għall-kooperazzjoni transkonfinali; |
|
42. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-azzjoni ta’ Preparazzjoni eżistenti - “Id-definizzjoni tal-mudell ta’ Governanza għar-Reġjun tad-Danubju tal-UE - koordinazzjoni aħjar u aktar effettiva” u jistieden lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri biex jużaw dan il-baġit kif suppost biex jiffinanzjaw attivitajiet relatati mad-definizzjoni tal-mudell ta’ governanza meħtieġ mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju.; jenfasizza kemm hu importanti li tiġi pprovduta l-għajnuna teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-proġetti mwettqa fil-qafas tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju. jikkunsidra li l-ispejjeż tal-assitenza teknika għadhom ikunu rikonoxxuti aħjar u kkunsidrati waqt l-ippjanar tal-qafas finanzjarju għall-Istrateġija u li l-ammont ipprovdut għall-assistenza għandu jkun disponibbli għas-sħab jekk jintuża għal raġunijiet u azzjonijiet ikkoordinati fl-livell makroreġjonali; |
|
43. |
Jilqa' t-tħabbira tal-koordinaturi taż-żona ta’ prijorità tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju li saret mill-Kummissjoni Ewropea fit-3 ta’ Frar 2011 jikkunsidra li mil-lum 'il quddiem il-pajjiżi u l-oqsma ta’ xogħol prijoritarji ewlenin tar-reġjuni u tal-pajjiżi għandhom imexxu l-implimantazzjoni tal-Istrateġija billi jaqblu fuq programme ta’ xogħol, jidentifikaw sorsi ta’ finanzjament, isaħħu l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi u r-reġjuni f'dak il-qasam partikolari u jniedu l-azzjonijiet l-aktar immedjati biex jgħinu r-reġjun tad-Danubju jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal ekonomiku tiegħu u, b'mod speċjali, jirrispettaw l-iskadenza għall-implimentazzjoni tal-prġetti ewlenin f'dak il-qasam partikolari; |
|
44. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-ħtieġa li ssir analiżi interim tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju, biex tipprepara strumenti konkreti u kriterji għall-evalwazzjoni tal-proġetti abbażi ta’ indikaturi li jippermettu li jsir paragun; |
|
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tanalizza l-ewwel riżultati u esperjenzi b'konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju li, flimkien mal-Istrateġija tar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, se tgħin biex jiġu identifikati s-sorsi u l-metodi possibbli għall-finanzjament ta’ strateġiji għal makroreġjonali fi ħdan il-qafas eżistenti; |
|
46. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħarraf u tikkonsulta regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tad-Danubju; |
|
47. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-istituzzjonijiet rilevanti oħra. |
(1) ĠU C 305 E, 11.11.2010, p. 14.
(2) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 65.
(3) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 443.