This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC0803(01)
Adoption of a Council Decision establishing the organisation and functioning of the European External Action Service
Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
ĠU C 210, 3.8.2010, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
3.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 210/1 |
Adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
2010/C 210/01
Abbozz ta' Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli (1) dwar ir-responsabbiltà politika
Fir-relazzjoni tagħha mal-Parlament Ewropew, ir-Rappreżentant Għoli (RGħ) ser tibni fuq il-konsultazzjoni, l-informazzjoni u l-impenji ta' rappurtar meħuda matul l-aħħar leġiżlatura mill-Kummissarju preċedenti għar-relazzjonijiet esterni, mir-Rappreżentant Għoli preċedenti għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), kif ukoll mill-Presidenza tal-Kunsill b'rotazzjoni. Fejn meħtieġ, dawn l-impenji ser jiġu aġġustati fid-dawl tar-rwol tal-Parlament ta' kontroll politiku u d-definizzjoni mill-ġdid tar-rwol tar-Rappreżentant Għoli kif stabbilit mit-Trattati u f'konformità mal-Artikolu 36 TUE.
F’dan ir-rigward:
|
1. |
Rigward il-PESK, ir-RGħ ser titlob il-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi ta' din il-politika f'konformità mal-Artikolu 36 TUE. Kwalunkwe skambju ta' fehmiet qabel l-adozzjoni ta' mandati u strateġija fil-qasam tal-PESK ser isiru fil-format adatt, skont is-sensittività u l-kunfidenzjalità tas-suġġetti diskussi. F'dan il-kuntest, ser tissaħħaħ ukoll il-prattika tal-Laqgħat ta' Konsultazzjoni Konġunta mal-Uffiċċji tal-AFET (Kumitat għall-Affarijiet Barranin) u tal-COBU (Kumitat dwar il-Baġits). L-informazzjoni mogħtija f'dawn il-laqgħat ser tirrigwarda b'mod partikolari l-missjonijiet tal-PESK iffinanzjati mill-baġit tal-UE, kemm dawk li qed jiġu implimentati kif ukoll dawk li qed jitħejjew. Jekk meħtieġ, jistgħu jiġu organizzati aktar Laqgħat ta' Konsultazzjoni Konġunta, flimkien mal-laqgħat regolari. Il-preżenza tas-SEAE (fil-laqgħat kollha) ser tinkludi, flimkien mal-President permanenti tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, uffiċjali għolja responsabbli għall-politika. |
|
2. |
Ir-riżultati tan-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim Qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar negozjati ta' ftehim internazzjonali ser jiġu applikati mutatis mutandis mir-RGħ għal ftehimiet li jaqgħu fil-qasam tagħha ta' responsabbiltà, fejn il-kunsens tal-Parlament hu meħtieġ. Il-Parlament Ewropew ser ikun, f'konformità mal-Artikolu 218 (10) TFUE, infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż għal ftehimiet konklużi fil-qasam tal-PESK. |
|
3. |
Ir-RGħ ser tkompli bil-prattika kemm ta' djalogu fil-fond dwar il-fażijiet strateġiċi ta' ppjanar tal-istrumenti finanzjarji (bl-eċċezzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp), kif ukoll li tkompli tikkomunika d-dokumenti kollha. L-istess ser japplika għad-dokumenti konsultattivi kollha ppreżentati lill-Istati Membri matul il-fażi preparatorja. Din il-prattika hi mingħajr preġudizzju għall-eżitu tan-negozjati dwar l-ambitu u l-applikazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE dwar atti delegati. |
|
4. |
Is-sistema preżenti li tiġi pprovduta informazzjoni kunfidenzjali dwar missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK (permezz tal-Kumitat Speċjali IIA 2002 ESDP EP) ser tinżamm. Ir-RGħ tista' tipprovdi wkoll aċċess għal dokumenti oħra fil-qasam tal-PESK lil MPE oħra li jeħtieġu l-informazzjoni, li, fir-rigward ta' dokumenti klassifikati, jiġu debitament awtorizzati f'konformità mar-regoli applikabbli, fejn tali aċċess hu meħtieġ għall-eżerċizzju tal-funzjoni istituzzjonali tagħhom fuq talba tal-President tal-AFET, u, jekk meħtieġ, il-President tal-PE. Ir-RGħ ser, f'dan il-kuntest, teżamina mill-ġdid u fejn meħtieġ tipproponi li jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għall-Membri tal-Parlament Ewropew għal dokumenti u informazzjoni klassifikati fil-qasam tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża (2002 IIA ESDP). Sakemm isir dan l-aġġustament, ir-RGħ ser tiddeċiedi dwar miżuri transitorji li hi tqis neċessarji biex MPE debitament indikati u notifikati li jeżerċitaw funzjoni istituzzjonali jingħataw aċċess aktar faċli għall-informazzjoni ta' hawn fuq. |
|
5. |
Ir-RGħ ser twieġeb pożittivament għal talbiet mill-Parlament Ewropew biex Kapijiet ta' Delegazzjonijiet maħtura reċentement f'pajjiżi u organizzazzjonijiet li l-Parlament jikkunsidra bħala strateġikament importanti jidhru quddiem l-AFET għal skambju ta' fehmiet (li huma differenti minn seduti) qabel ma jibdew il-mandat tagħhom. L-istess ser japplika għar-RSUE (Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea). Dawn l-iskambji ta' fehmiet ser isiru f'format maqbul mar-RGħ, skont is-sensittività u l-kunfidenzjalità tas-suġġetti diskussi. |
|
6. |
F’każijiet fejn ir-RGħ ma tistax tipparteċipa f'dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew, hi tiddeċiedi dwar is-sostituzzjoni tagħha minn Membru ta' istituzzjoni tal-UE, jiġifieri jew Kummissarju għal kwistjonijiet li jaqgħu esklussivament jew prevalentament fil-kompetenza tal-Kummissjoni, jew Membru tal-Kunsill Affarijiet Barranin għal kwistjonijiet li jaqgħu esklussivament jew prinċipalment fil-qasam tal-PESK. Fil-każ tal-aħħar, is-sostituzzjoni ser issir jew minn ħdan il-Presidenza b'rotazzjoni jew minn ħdan it-trio tal-Presidenzi, f'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat bid-deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli dwar is-sostituzzjoni. |
|
7. |
Ir-RGħ ser tiffaċilita l-preżenza tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet, ir-RSUE, il-Kapijiet ta' missjonijiet tal-PSDK u uffiċjali għolja tal-SEAE f'kumitati u sottokumitati parlamentari rilevanti sabiex iseħħu laqgħat ta' informazzjoni regolari. |
|
8. |
Fir-rigward ta' operazzjonijiet militari tal-PSDK, iffinanzjati mill-Istati Membri, l-informazzjoni ser tkompli tiġi pprovduta permezz tal-Kumitat Speċjali IIA 2002 ESDP EP soġġett għal kwalunkwe reviżjoni tal-IIA, f'konformità mal-punt 4 ta' hawn fuq. |
|
9. |
Il-Parlament Ewropew ser jiġi kkonsultat dwar l-identifikazzjoni u l-ippjanar ta' Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali u s-segwitu tagħhom – f'konformità mad-drittijiet tal-Parlament ta' skrutinju baġitarju tal-istrument rilevanti ta' finanzjament, jiġifieri l-EIDHR. Il-ħatra ta' Osservaturi Għolja tal-UE ser issir f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Koordinazzjoni Elettorali, fi żmien debitu qabel il-bidu tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali. |
|
10. |
Ir-RGħ ser ikollha rwol attiv fid-deliberazzjonijiet li jmiss dwar l-aġġornament ta' arranġamenti eżistenti rigward il-finanzjament tal-PESK li jinsabu fi IIA 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda, abbażi tal-impenn fir-rigward tal-kwistjonijiet li jinsabu fil-punt 1. Il-proċedura baġitarja l-ġdida introdotta mit-Trattat ta' Liżbona ser tapplika bis-sħiħ għall-baġit tal-PESK. Ir-Rappreżentant Għoli ser ukoll taħdem għal aktar trasparenza dwar il-baġit tal-PESK, inkluż, inter alia, il-possibbiltà li jiġu identifikati missjonijiet ewlenin tal-PSDK fil-baġit (bħall-missjonijiet preżenti fl-Afganistan, il-Kosovo u l-Ġeorġja), filwaqt li jiġu ppreservati l-flessibbiltà fil-baġit kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata kontinwità ta' azzjoni għall-missjonijiet diġà fis-seħħ. |
(1) It-terminu Rappreżentant Għoli f'din id-dikjarazzjoni jkopri l-funzjonijiet kollha tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li hija wkoll Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, u l-President tal-Kunsill Affarijiet Barranin mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet speċifiċi skont il-funzjonijiet speċifiċi li hi teżerċita.