This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010XC0212(02)
Update of reference amounts for the crossing of the external borders, as referred to in Article 5(3) of Regulation (EC) No 562/2006 of the European Parliament and of the Council of 15 March 2006 establishing a Community Code on the rules governing the movement of persons across borders (Schengen Borders Code) ( OJ C 247, 13.10.2006, p. 19 , OJ C 153, 6.7.2007, p. 22 , OJ C 182, 4.8.2007, p. 18 , OJ C 57, 1.3.2008, p. 38 , OJ C 134, 31.5.2008, p. 19 , OJ C 37, 14.2.2009, p. 8 )
Aġġornament tal-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22 , ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18 , ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38 , ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19 ; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8 )
Aġġornament tal-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22 , ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18 , ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38 , ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19 ; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8 )
ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/7 |
Aġġornament tal-ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22, ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18, ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38, ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8)
2010/C 35/07
Il-pubblikazzjoni ta' ammonti ta' referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament ta' kull xahar fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà.
SPANJA
Sostituzzjoni fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 37, 14.2.2009
L-Ordni tal-Ministeru tal-Presidenza (PRE/1282/2007) tal-10 ta' Mejju 2007 dwar il-mezzi finanzjarji li għandu jkollhom il-barranin biex jidħlu fi Spanja tispeċifika l-ammont li l-barranin irid ikollhom prova dwaru li jkun jinsab disponibbli lilhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu fi Spanja.
(a) |
Għall-ispejjeż taż-żjara tagħhom fi Spanja, l-ammont li għandu jkollhom disponibbli jrid jirrappreżenta, f'euro, 10 % tal-paga minima nazzjonali grossa (63,30 EUR għall-2010) jew l-ekwivalenti legali f'munita barranija mmultiplikati bin-numru ta' ġranet li jkunu se jqattgħu fi Spanja u bin-numru ta' persuni dipendenti li jkunu qed jivvjaġġaw magħhom. L-ammont minimu għad-dispożizzjoni tagħhom irid jirrappreżenta 90 % tal-paga minima nazzjonali grossa (570,00 EUR għall-2010) jew l-ekwivalenti legali f'munita barranija għal kull persuna, irrispettivament minn kemm ikun bi ħsiebhom idumu. |
(b) |
Għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat tal-oriġini jew għat-tranżitu minn pajjiż terz, il-barranin irid ikollhom biljett f'isimhom, mhux trasferibbli u b'data fissa jew biljetti għall-mezzi ta' trasport li jkunu qed jippjanaw li jużaw. |
Il-barranin irid ikollhom prova li għandhom il-mezzi biex jgħixu msemmija aktar 'il fuq jew billi juruhom jekk dawn il-mezzi jkunu flus kontanti, jew billi jipproduċu ċekkijiet iċċertifikati, ċekkijiet tal-vjaġġaturi, irċevuti jew karti ta' kreditu, li jrid ikollhom magħhom ċertifikat tal-bank riċenti (ittri mill-bank jew ċertifikati bankarji tal-Internet mhumiex aċċettabbli) jew billi jipprovdu prova oħra li turi b'mod ċar l-ammont ta' kreditu disponibbli fil-kont bankarju jew tal-karta tal-kreditu.