Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DP0211

    It-twaqqif u s-saħħa numerika tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-KE Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta’ Ġunju 2010 dwar it-twaqqif u l-għadd tal-membri tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE

    ĠU C 236E, 12.8.2011, p. 159–159 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 236/159


    It-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2010
    It-twaqqif u s-saħħa numerika tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-KE

    P7_TA(2010)0211

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2010 dwar it-twaqqif u l-għadd tal-membri tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE

    2011/C 236 E/30

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Att Kostituttiv tal-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE tat-29 ta’ Diċembru 2008,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    1.

    Iddeċieda li jwaqqaf Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE;

    2.

    Iddeċieda li l-għadd ta’ membri tad-delegazzjoni għandu jkun ta’ 15-il membru uffiċjali;

    3.

    Iddeċieda li disa' membri għandhom jintgħażlu mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u sitta mill-Kumitat għall-Iżvilupp;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bħala informazzjoni.


    Top