Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0115

    Linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2008)0869 – C6-0050/2009 – 2008/0252(CNS))

    ĠU C 87E, 1.4.2010, p. 381–381 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 87/381


    L-Erbgħa, 11 ta’ Marzu 2009
    Linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *

    P6_TA(2009)0115

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2008)0869 – C6-0050/2009 – 2008/0252(CNS))

    2010/C 87 E/63

    (Proċedura ta' Konsultazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0869),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 128(2) tat-Trattat KE, skont liema l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0050/2009),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0052/2009),

    1.

    Approva l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jitlob lill-Kunsill biex javża lill-Parlament jekk ikun bi ħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament,

    3.

    Isaqsi lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk ikun bi ħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

    4.

    Ifakkar fit-talba tiegħu li ilu li għamilha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżgura li l-Parlament jingħata ż-żmien meħtieġ, u f'kwalunkwe każ mhux inqas minn ħames xhur, biex jissodisfa l-irwol konsultattiv tiegħu, kif definit fl-Artikolu 128(2) tat-Trattat, waqt ir-reviżjoni sħiħa tal-Linji Gwida tal-Impjiegi, li hija maħsuba li ssir fl-aħħar tal-2010;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    Top